CURIA
rss
tfittxija avvanzata
Sentenzi tal-ġurisprudenza storika fil-lingwi l-ġodda tal-2004, tal-2007 u tal-2013

Il-ġurisprudenza storika għat-tkabbir tal-2004

Is-selezzjoni tal-ġurisprudenza storika għat-tkabbir tal-2004 tinkludi 948 sentenza, opinjoni jew digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-Qorti tal-Prim'Istanza (mill-1956 sa April 2004). L-ewwel parti, li tinkludi 869 dokument, diġà ntbagħtet uffiċjalment fl-2001 liċ-Ċentri ta' Traduzzjoni tal-pajjiżi kandidati għall-adeżjoni.

F'April tal-2002, il-Kummissjoni (TAIEX) tat bidu għall-proġett ta' sostenn għat-traduzzjoni fil-lingwi ġodda tal-ġurisprudenza storika. 57 mit-869 deċiżjoni ġew tradotti, b'finanzjament tal-Kummissjoni, u ġew irriveduti mir-reviżuri taċ-Ċentri ta' Traduzzjoni waqt bosta laqgħat organizzati fil-bini tal-Qorti tal-Ġustizzja u ffinanzjati mit-TAIEX. Dan il-proġett ippermetta li tingħata dik l-ispinta neċessarja għat-traduzzjoni tal-ġurisprudenza storika fl-Istati li kienu fi triqithom sabiex jissieħbu u li tiġi msaħħa l-kooperazzjoni bejn id-Direttorat Ġenerali tat-Traduzzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja u ċ-Ċentri nazzjonali. Fil-kuntest ta' din l-azzjoni ta' sostenn, it-TAIEX min-naħa l-oħra żviluppa, b'kollaborazzjoni mal-Qorti tal-Ġustizzja, database ta' dokumenti, Jurisvista, li tiġbor fiha l-informazzjoni ġuridika u dokumentarja disponibbli fuq is-sentenzi, l-opinjonijiet u d-digrieti li jinsabu f'din is-selezzjoni.

It-testi tas-57 deċiżjoni tradotti u rriveduti inizjalment miċ-Ċentri nazzjonali ġew iffinalizzati mid-diviżjonijiet lingwistiċi tal-Qorti tal-Ġustizzja u huma disponibbli permezz tal-link li ġej:

Lista ta' 57 sentenza mill-1954 sal-2000 fil-lingwi tat-tkabbir 2004

It-tieni parti, li tinkludi 79 deċiżjoni li jkopru l-perijodu 2001 sa April 2004, ġiet tradotta mid-diviżjonijiet lingwistiċi tal-Qorti tal-Ġustizzja. Huma disponibbli permezz tal-link li ġej:

Lista ta' 79 sentenza mill-2001 sa April 2004 fil-lingwi tat-tkabbir 2004

      

Il-ġurisprudenza storika għat-tkabbir tal-2007

L-istess 948 deċiżjoni li jkopru l-perijodu 1956 sa April 2004, kif ukoll 63 deċiżjoni li jkopru l-perijodu Mejju 2004 sa Diċembru 2006, jikkostitwixxu s-selezzjoni tal-ġurisprudenza storika għat-tkabbir tal-2007. Dawn l-1011-il deċiżjoni qegħdin jiġu tradotti għal-lingwa Bulgara u Rumena miċ-Ċentri ta' Traduzzjoni nazzjonali.

Is-57 deċiżjoni tradotta u rriveduta fil-kuntest tal-proġett iffinanzjat mit-TAIEX ġew iffinalizzati mid-diviżjoni lingwistika Bulgara u Rumena tal-Qorti tal-Ġustizzja. Huma disponibbli permezz tal-link li ġej:

Lista ta' 57 sentenza mill-1954 sal-2000 fil-lingwi tat-tkabbir 2007

   

Il-ġurisprudenza storika għat-tkabbir tal-2013

Is-selezzjoni tal-ġurisprudenza storika għat-tkabbir tal-2013 tinkludi 1 143 sentenza, opinjoni jew digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-Qorti tal-Prim'Istanza (mill-1956 sa Ġunju 2013). Id-dokumenti ntbagħtu liċ-Ċentru ta' Traduzzjoni Kroat.

Is-57 deċiżjoni qed jiġu tradotti fi ħdan id-diviżjoni lingwistika Kroata tal-Qorti tal-Ġustizzja. Malli jkunu disponibbli huma ser ikunu aċċessibbli permezz tal-link li ġej:

Lista ta' 57 sentenza mill-1954 sal-2000 fil-lingwa Kroata.


 

.