CURIA
rss
tfittxija avvanzata
RSS

X'inhu l-RSS ?

RSS (Really Simply Syndication jew Rich Site Summary) huwa format ta' test li jippermetti x-xandir awtomatiku u effikaċi ta' suġġetti ta' attwalità fuq l-Internet, u b'hekk jevita t-tfittxija tal-informazzjoni.

X'għandu jsir sabiex jintuża RSS feed għall-ewwel darba ?

Huwa possibbli li wieħed jabbona għal feed billi juża RSS reader. Hekk kif ikun installat, l-RSS jivverifika, jattwalizza u javżak bit-tqegħid ta' kull informazzjoni ġdida fuq l-Internet.

Inti tista' tuża l-magna ta' tiftix (search engine) normali tiegħek sabiex tagħżel ir-reader li tippreferi minn fost dawk li jeżistu fis-suq. Jeħtieġ li tosserva li d-diversi readers jaħdmu fuq sistemi operattivi (operating systems) differenti, ħaġa li għandek iżżomm f'moħħok meta tkun qed tagħmel l-għażla tiegħek.

Il-metodi tal-abbonament ivarjaw skont ir-readers. Ir-reader li tagħżel jagħtik l-istruzzjonijiet neċessarji.

Hekk kif tkun niżżilt u installajt ir-reader, imxi mal-istruzzjonijiet sabiex iżżid l-għażla tiegħek mal-feeds offerti mill-CVRIA bħala kanal ġdid.

Liema feeds ta' informazzjoni huma offerti mill-CVRIA ?

Komunikati stampa

Fuq is-sit CVRIA, l-RSS feeds tal-istqarrijiet għall-istampa huma disponibbli fi 23 lingwa.

Sabiex jittieħed inkunsiderazzjoni il-fatt li l-istqarrijiet għall-istampa mhux dejjem ikunu disponibbli fil-lingwi kollha, huwa possibbli li tabbona għal-lingwa tal-għażla tiegħek u għal waħda minn żewġ lingwi supplimentari (il-Franċiż jew l-Ingliż) sabiex tirċievi informazzjoni sħiħa. Fil-każ li stqarrijiet għall-istampa ma jkunx disponibbli fil-lingwa tal-għażla tiegħek, xorta tintbagħtlek l-informazzjoni fil-lingwa supplimentari magħżula.

Sabiex tuża l-RSS, għażel wieħed miż-żewġ URL li ġejjin:

   MT + EN : http://curia.europa.eu/jcms/rss.jsp?lang=mt&secondLang=en
   MT + FR : http://curia.europa.eu/jcms/rss.jsp?lang=mt&secondLang=fr

Ġurisprudenza

 rss-xml Il-Qorti tal-Ġustizzjahttp://curia.europa.eu/jcms/rssJur.jsp?jur=C&lang=mt
 rss-xml Il-Qorti Ġeneralihttp://curia.europa.eu/jcms/rssJur.jsp?jur=T&lang=mt 

.