CURIA
rss
tfittxija avvanzata
Multimedia

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea hija l-organu ġudizzjarju tal-Unjoni Ewropea. Ir-rwol tagħha huwa li tiżgura li l-liġijiet tal-Unjoni Ewropea jiġu osservati mill-istituzzjonijiet u mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u jiġu applikati bl-istess mod madwar l-Unjoni Ewropea kollha. Dan jiżgura li l-Unjoni Ewropea hija organizzazzjoni bbażata fuq l-Istat ta’ dritt, element fundamentali tal-entitajiet demokratiċi kollha. Billi tagħti deċiżjonijiet f’oqsma bħall-protezzjoni tal-konsumatur, l-ambjent, id-dritt għall-ħajja privata, l-ugwaljanza fit-trattament u d-drittijiet tal-ħaddiema, li jaffettwaw direttament il-ħajja taċ-ċittadini kollha tal-Unjoni Ewropea, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tiggarantixxi li ċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea jgawdu mill-protezzjoni tal-liġi tal-Unjoni Ewropea eżattament bl-istess mod, irrispettivament minn fejn jinsabu fl-Unjoni Ewropea.

.