CURIA
rss
tfittxija avvanzata
Stages

Informazzjoni ġenerali

Kull sena, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea toffri numru limitat ta' stages bi ħlas ta' mhux iktar minn ħames xhur. L-istages isiru prinċipalment fid-Direttorat tar-Riċerka u Dokumentazzjoni, fid-Direttorat tal-Komunikazzjoni, fid-Dipartiment tas-Seminars u ż-Żjarat, fid-Direttorat Ġenerali tat-Traduzzjoni u fid-Direttorat tal-Interpretazzjoni (għal iktar informazzjoni dwar l-istage fl-interpretazzjoni, ara hawn taħt).

Jeżistu żewġ perijodi ta' stage:

- mill-1 ta' Marzu sal-31 ta' Lulju (l-applikazzjoni għandha tintbagħat sa mhux iktar tard mit-30 ta' Settembru)
- mill-1 ta' Ottubru sat-28 ta' Frar (l-applikazzjoni għandha tintbagħat sa mhux iktar tard mit-30 ta' April)

L-applikanti, li għandhom ikollhom diploma universitarja fil-liġi jew fix-xjenzi politiċi (bil-liġi bħala suġġett prinċipali) jew, għal stages mad-Direttorat tal-Interpretazzjoni, diploma ta' interpretu ta' konferenzi, għandhom jimlew u wara jistampaw u jiffirmaw din il-formola: EN / FR,u jibagħtuha lill-indirizz elettroniku segwenti: Stages.services@curia.europa.eu, flimkien ma' curriculum vitae ddettaljat u kopji tad-diplomi u/jew taċ-ċertifikati. Il-fajls kollha annessi għandhom jinkludu l-isem u l-kunjom tal-applikant għall-istage u għandhom jiġu nnumerati konsekuttivament. Id-daqs massimu tal-fajlijiet kollha f’daqqa huma ta’ 5Mo.

Jekk ikollok diffikultà sabiex tiftaħ il-formola, nissuġġerixxulek tniżżel din lokalment u li tagħmel użu mis-softwer Adobe Reader sabiex taqra din minflok in-navigatur tal-internet tiegħek.

Għal raġunijiet ta' servizz, għarfien tajjeb tal-lingwa Franċiża jkun utli.

L-istages fl-interpretazzjoni, ta' bejn għaxar u tnax-il ġimgħa, huma fl-ewwel lok intiżi għal żgħażagħ gradwati fl-interpretazzjoni tal-konferenzi li għandhom għarfien ta' lingwi li jkunu ta' interess għad-Direttorat tal-interpretazzjoni. L-għan huwa li l-interpreti żgħażagħ ikunu jistgħu jiġu segwiti fit-titjib tagħhom tal-interpretazzjoni, b'mod iktar partikolari ġuridiku, li jikkomporta kemm it-tfassil ta' dokumenti, xogħol ta' riċerka ta' terminoloġija u eżerċizzji prattiċi fil-"kabina muta". Huwa meħtieġ għarfien tal-Franċiż miktub. Wieħed għandu jżomm f'moħħu li ma jkunx hemm seduti matul il-vaganzi ġudizzjarji.

.