CURIA
rss
tfittxija avvanzata
Il-membri preċedenti

José Luis da Cruz Vilaça
José Luis da Cruz Vilaça

Imwieled fl-1944; gradwat fid-dritt u master fl-ekonomija politika mill-Università ta' Coimbra; duttur fl-ekonomija internazzjonali (Università ta' Pariġi I - Panthéon Sorbonne); servizz militari obbligatorju fi ħdan il-Ministeru tal-Marina (dipartiment tal-Ġustizzja, 1969-1972); Professur fl-Università Kattolika u fl-Università Ġdida ta' Lisbona; kien Professur fl-Università ta' Coimbra u fl-Università Lusíada ta' Lisbona (Direttur tal-Istitut ta' Studji Ewropej); membru tal-Gvern Portugiż (1980-1983): Segretarju tal-Istat fil-Ministeru tal-Intern, waqt il-presidenza tal-Kunsill tal-Ministri u tal-Affarijiet Ewropej; deputat fil-Parlament Portugiż, viċi President tal-grupp Demokratiku Kristjan; Avukat Ġenerali fil-Qorti tal-Ġustizzja (1986-1988); President tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej (1989-1995); avukat membru tal-Avukatura ta' Lisbona, espert fid-dritt Ewropew u fid-dritt tal-kompetizzjoni (1996-2012); membru tal-grupp ta' riflessjoni dwar il-futur tas-sistema ġudizzjarja tal-Komunitajiet Ewropej "Groupe Due" (2000); President tal-Bord ta' Dixxiplina tal-Kummissjoni Ewropea (2003-2007); President tal-Assoċjazzjoni Portugiża tad-dritt Ewropew (mill-1999); Imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja mit-8 ta' Ottubru 2012.

Massimo PILOTTI
Massimo PILOTTI

Twieled fl-1 ta' Awwissu 1879 f'Ruma; ta' nazzjonalità Taljana; duttur fil-liġi, Maġistrat (1901); Imħallef fit-Tribunale ta' Ruma (1913); konsulent fil-Corte d'appello ta' Ruma (1923); konsulent fil-Corte di cassazione (1926); Prim'Imħallef tal-Corte d'appello di Trieste (1930); Avukat Ġenerali tal-Corte di cassazione (1944); President tat-Tribunale superiore delle acque pubbliche (1948); Prim'Imħallef Onorarju tal-Corte di cassazione (1949); Segretarju Ġenerali aġġunt tal-Lega tan-Nazzjonijiet (1932-1937); President tal-Istitut Internazzjonali għall-Armonizzazzjoni tad-dritt privat (1944); Membru tal-Qorti Permanenti tal-Arbitraġġ tal-Aja (1949); President tal-Qorti tal-Ġustizzja mill-1952 sal-1958; miet fid-29 ta' April 1962.

Paul J. Mahoney
Paul J. Mahoney

Imwieled fl-1946; studji fid-dritt (Master of Arts, Università ta' Oxford, 1967; Master of Laws, University College London, 1969); Lecturer, University College London (1967-1973); Barrister (Londra, 1972-1974); Amministratur, Amministratur Prinċipali mal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (1974-1990); Visiting Professor fl-Università ta' Saskatchewan, Saskatoon, Kanada (1988); Kap tal-persunal mal-Kunsill tal-Ewropa (1990-1993); Kap ta' Diviżjoni (1993-1995), Deputat Reġistratur (1995-2001), Reġistratur fil-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (2001-Settembru 2005); President tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku mis-6 ta’ Ottubru 2005 sas-6 ta’ Ottubru 2011.

Donal Patrick Michael Barrington
Donal Patrick Michael Barrington

Twieled fl-1928; ta' nazzjonalità Irlandiża; Avukat Anzjan; espert fid-dritt kostituzzjonali u fid-dritt kummerċjali; Imħallef fil-High Court; President tal-Kunsill Ġenerali tal-Avukatura tal-Irlanda; Membru tal-Kunsill ta' Amministrazzjoni tal-King's Inns; President tal-Kummissjoni Edukattiva tal-Kunsill tal-King's Inns; Imħallef tal-Qorti tal-Prim'Istanza mill-25 ta' Settembru 1989 sal-10 ta' Jannar 1996.

Petrus SERRARENS
Petrus SERRARENS

Twieled fit-12 ta' Novembru 1888 f'Dordrecht; ta' nazzjonalità Olandiża; Segretarju Ġenerali tal-Konfederazzjoni Internazzjonali tas-Sindikati Kristjani (1920-1952); delegat f'diversi konferenzi internazzjonali fuq ix-xogħol, membru aġġunt tal-Kunsill ta' Amministrazzjoni tal-Uffiċċju Internazzjonali tax-Xogħol, President tal-Kummissjoni tal-Affarijiet Soċjali tal-Kunsill tal-Ewropa, membru tal-Ewwel Awla (1929) u tat-Tieni Awla (1939-1952) tal-États généraux; Imħallef tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-KEFA mill-4 ta' Diċembru 1952 sas-6 ta' Ottubru 1958; miet fis-26 ta' Awwissu 1963.

Sean Van Raepenbusch
Sean Van Raepenbusch

Imwieled fl-1956; gradwat fid-dritt (Université libre ta' Brussell, 1979); lawrea speċjali fid-Dritt Internazzjonali (Brussell, 1980); Dottorat fid-dritt (1989); responsabbli għas-servizz legali tas-Société anonyme du canal et des installations maritimes ta' Brussell (1979-1984); Uffiċjal mal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (Direttorat Ġenerali tal-Affarijiet Soċjali, 1984-1988); Membru tas-servizz legali tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (1988-1994); Référendaire mal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej (1994-2005); Lecturer fiċ-Ċentru universitarju ta' Charleroi (Dritt Soċjali Internazzjonali u Ewropew, 1989-1991); fl-Università ta' Mons-Hainaut (Dritt Ewropew, 1991-1997), fl-Università ta' Liège (Dritt tas-Servizz Pubbliku Ewropew, 1989-1991; Dritt Istituzzjonali tal-Unjoni Ewropea, 1995-2005; Dritt Soċjali Ewropew, 2004-2005) u, mill-2006, fl-Université libre ta' Brussell (Dritt Istituzzjonali tal-Unjoni Ewropea); diversi pubblikazzjonijiet fil-qasam tad-Dritt Soċjali Ewropew u tad-Dritt Istituzzjonali tal-Unjoni Ewropea; Imħallef fit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku mis-6 ta‘ Ottubru 2005; President tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku 7 ott 2011 li 31 Awissu, 2016.

Antonio SAGGIO
Antonio SAGGIO

Twieled fid-19 ta' Frar 1934; ta' nazzjonalità Taljana; Imħallef tat-Tribunale di Napoli; konsulent fil-Corte d'appello ta' Ruma, wara fil-Corte di cassazione; Segretarju fl-Uffiċċju leġiżlattiv tal-Ministeru tal-Ġustizzja; President tal-Kumitat Ġenerali għall-konferenza diplomatika għall-elaborazzjoni tal-Konvenzjoni ta' Lugano; référendaire tal-Avukat Ġenerali Taljan fil-Qorti tal-Ġustizzja; Professur tal-Iskola Superjuri tal-Amministrazzjoni Pubblika ta' Ruma; Imħallef tal-Qorti tal-Prim'Istanza mill-25 ta' Settembru sas-17 ta' Settembru 1995; President tal-Qorti tal-Prim'Istanza mit-18 ta' Settembru 1995 sal-4 ta' Marzu 1998; Avukat Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja mill-5 ta' Marzu 1998 sas-6 ta' Ottubru 2000; miet fil-26 ta' Jannar 2010.

Heikki Kanninen
Heikki Kanninen

Imwieled fl-1952; lawreat mill-Iskola tal-Istudji Kummerċjali Għolja ta' Helsinki u mill-Fakultà tal-Liġi ta' Helsinki; Référendaire mal-Qorti Amministrattiva Suprema tal-Finlandja; Segretarju Ġenerali tal-Kumitat dwar ir-riforma tal-protezzjoni legali fl-amministrazzjoni pubblika; Amministratur Prinċipali mal-Qorti Amministrattiva Suprema; Segretarju Ġenerali tal-Kumitat dwar ir-riforma tal-proċedimenti amministrattivi, Konsulent mad-Direttorat tal-Leġiżlazzjoni fil-Ministeru tal-Ġustizzja; Deputat Reġistratur fil-Qorti tal-EFTA; Référendaire mal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej; Imħallef fil-Qorti Amministrattiva Suprema (1998-2005); Membru tal-Bord tal-Appelli dwar ir-Refuġjati; Viċi-President tal-Kumitat dwar l-iżvilupp tal-istituzzjonijiet ġudizzjarji Finlandiżi; Imħallef fit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku mis-6 ta' Ottubru 2005 sas-6 ta' Ottubru 2009; Imħallef fil-Qorti Ġenerali mis-7 ta' Ottubru 2009; viċi President tal-Qorti Ġenerali mis-17 ta' Settembru 2013.

Otto RIESE
Otto RIESE

Twieled fis-27 ta' Ottubru 1894 fi Frankfurt-a-M.; ta' nazzjonalità Ġermaniża; duttur fil-liġi (1921); assessur tal-Landgericht ta' Frankfurt-a-M (1923); ħadem fil-Ministeru tal-Ġustizzja (1925-1928); studju tal-dritt Ingliż (Londra, 1928); assistent lecturer (1932), Professur Straordinarju (1935), Professur (1949), dekan tal-Fakultà tal-Liġi (1950), Professur Onorarju (1951) tal-Università ta' Lausanne; President ta' Awla fil-Bundesgerichtshof ta' Karlsruhe; membru tal-Kummissjoni Internazzjonali Teknika ta' Esperti Ġuridiċi fuq l-Ajru (mill-1926); Imħallef tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-KEFA mill-4 ta' Diċembru 1952 sas-6 ta' Ottubru 1958; Imħallef tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej mis-7 ta' Ottubru 1958 sas-6 ta' Frar 1963; miet fl-4 ta' Ġunju 1977.

David Alexander Ogilvy Edward
David Alexander Ogilvy Edward

Twieled fl-14 ta' Novembru 1934; ta' nazzjonalità Britannika; avukat (l-Iskozja); Avukat tal-Istat (l-Iskozja); segretarju, wara Teżorier tal-Fakultà tal-Avukati; President tal-Kunsill Konsultattiv tal-Avukatura tal-Komunità Ewropea; Professur Salvesen tal-Istituzzjonijiet Ewropej u d-Direttur tal-Europa Institute, Università ta' Edinburgh; Konsulent Speċjali tal-House of Lords Select Committee on the European Communities; Bencher Onorarju ta' Gray's Inn, Londra; Imħallef tal-Qorti tal-Prim'Istanza mill-25 ta' Settembru 1989 sad-9 ta' Marzu 1992; Imħallef tal-Qorti tal-Ġustizzja mill-10 ta' Marzu 1992 sas-7 ta' Jannar 2004.

Haris Tagaras
Haris Tagaras

Imwieled fl-1955; gradwat fid-dritt (Università ta' Tessaloniki, 1977); lawrea speċjali fid-Dritt Ewropew (Institut d'Ètudes Européennes de l'Université Libre de Brussell, 1980); Dottorat fid-dritt (Università ta' Tessaloniki, 1984); Ġurist Lingwist mal-Kunsill tal-Komunitajiet Ewropej (1980-1982); Riċerkatur fiċ-Ċentru tad-Dritt Ekonomiku Internazzjonali u Ewropew ta' Tessaloniki (1982-1984); Amministratur mal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej u mal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (1986-1990); Professur tad-Dritt Komunitarju, tad-Dritt Internazzjonali Privat u tad-Drittijiet tal-Bniedem fl-Università Panteion ta' Ateni (mill-1990); Konsulent estern għall-affarijiet Ewropej mal-Ministeru tal-Ġustizzja u Membru tal-Kumitat Permanenti tal-Konvenzjoni ta' Lugano (1991-2004); Membru tal-Kummissjoni nazzjonali tal-kompetizzjoni (1999-2005); Membru tal-Kummissjoni nazzjonali tat-telekomunikazzjonijiet u tal-posta (2000-2002); Avukat fil-Qrati ta' Tessaloniki, Avukat fil-Qorti tal-Kassazzjoni; Membru fundatur tal-European Lawyers' Union (UAE); Membru assoċjat tal-International Academy of Comparative Law; Imħallef fit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku mis-6 ta’ Ottubru 2005 sas-6 ta’ Ottubru 2011.

Louis DELVAUX
Louis DELVAUX

Twieled fil-21 ta' Ottubru 1895 f'Orp-le-Grand (il-Belġju); ta' nazzjonalità Belġjana; duttur fil-liġi (1922); avukat f'Louvain u wara f'Nivelles; membru tal-Kamra tar-Rappreżentanti fid-distrett ta' Nivelles (1936-1946); Ministru tal-Agrikoltura (1945); irtira mill-politika (1946) u reġa' beda jipprattika ta' avukat (1946-1949), President tal-Kunsill ta' Amministrazzjoni tal-Uffiċċju tas-Sekwestri (1949-1953), ċensur tal-Bank Nazzjonali, amministratur tas-Soċjetà Nazzjonali ta' Artjiet Żgħar sa Marzu 1953, ġurnalist mill-1931 sal-1940 u mill-1944 sal-1945 : "Le vingtième siècle", "Le Soir", "La cité"; Imħallef tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-KEFA mill-4 ta' Diċembru 1952 sas-6 ta' Ottubru 1958; Imħallef tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej mis-7 ta' Ottubru 1958 sat-8 ta' Ottubru 1967; miet fl-24 ta' Awwissu 1976.

Heinrich Kirschner
Heinrich Kirschner

Twieled fl-1938; ta' nazzjonalità Ġermaniża; Maġistrat tal-Land Nordrhein-Westfalen, Uffiċjal pubbliku fil-Ministeru tal-Ġustizzja (diviżjoni tad-dritt Komunitarju u tad-drittijiet tal-bniedem); Kollaboratur fil-kabinet tal-Membru Daniż tal-Kummissjoni u wara fid-DĠ III (suq intern); Kap tad-diviżjoni kriminali fil-Ministeru Federali tal-Ġustizzja; Kap ta' kabinet tal-Ministeru, u wara Direttur (Ministerialdirigent) ta' sotto-dipartiment kriminali; assistent lecturer fl-Università ta' Sarrebruck; Imħallef tal-Qorti tal-Prim'Istanza mill-25 ta' Settembru 1989 sas-6 ta' Frar 1997, id-data tal-mewt tiegħu.

Irena Boruta
Irena Boruta

Imwielda fl-1950; gradwata fid-dritt mill-Università ta' Wrocław (1972), Dottorat fid-dritt (Łodz 1982); Avukat fil-Qrati tar-Repubblika tal-Polonja (mill-1977); Visiting researcher (Università ta' Paris X, 1987-1988; Università ta' Nantes, 1993-1994); esperta ma' "Solidarnosc" (1995-2000); Professur tad-Dritt Industrijali u tad-Dritt Soċjali Ewropew fl-Università ta' Łodz (1997-1998 u 2001-2005), Professur Assoċjat fl-Iskola Superjuri tal-Kummerċ ta' Varsavja (2002), Professur tad-Dritt Industrijali u tad-Dritt tas-Sigurtà Soċjali fl-Università Kardinal Stefan Wyszynski f'Varsavja (2002-2005); Deputat Ministru għax-Xogħol u Affarijiet Soċjali (1998-2001); Membru tal-Kumitat tan-negozjaturi għall-adeżjoni tar-Repubblika tal-Polonja mal-Unjoni Ewropea (1998-2001); Rappreżentanta tal-Gvern Pollakk fl-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (1998-2001); awtriċi ta' diversi kotba fuqid-Dritt Industrijali u fuq id-Dritt Soċjali Ewropew; Imħallef fit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku mis-6 ta’ Ottubru 2005 sas-7 ta’ Ottubru 2013.

Jacques RUEFF
Jacques RUEFF

Twieled fit-23 ta' Awwissu 1896 f'Pariġi; ta' nazzjonalità Franċiża; Spettur Ġenerali tal-Finanzi; membru tal-Istitut ta' Franza; membru estern tal-Akkademja Rjali tax-Xjenza, tal-Letteratura u tal-Arti u tal-Akkademja Nazzjonali tal-Lincei; spettur tal-finanzi (1923); Professur fl-Istitut tal-Istatistika tal-Università ta' Pariġi (1923-1930); kap ta' proġett fil-kabinet tas-sur Poincaré, President tal-Kunsill, Ministru tal-Finanzi (1926); membru tas-sezzjoni ekonomika u finanzjarja tas-Segretarjat tal-Lega tan-Nazzjonijiet (1927); attaché ekonomiku fl-Ambaxxata ta' Franza f'Londra (1930); Professur tal-Iskola Libera tax-xjenzi politiċi (mill-1933) : direttur aġġunt tal-Moviment Ġenerali tal-Fondi fil-Ministeru tal-Finanzi (1934); direttur tal-Moviment Ġenerali tal-Fondi (1936-1939); Avukat Anzjan tal-Istat f'servizz straordinarju (1936); viċi-gvernatur tal-Banque de France (1939); delegat aġġunt tal-Ewwel u t-Tieni Assemblea tan-Nazzjonijiet Uniti (1946); membru Franċiż tal-Kumitat Ekonomiku u tal-Impjieg tan-Nazzjonalitajiet Uniti (1946); President onorarju tas-Soċjetà ta' Ekonomija Politika ta' Pariġi u tas-Soċjetà tal-Istatistika ta' Pariġi; President Onorarju tal-Kunsill Internazzjonali tal-filosofija u tax-xjenzi umani; Imħallef tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-KEFA mill-4 ta' Diċembru 1952 sas-6 ta' Ottubru 1958; Imħallef tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej mis-7 ta' Ottubru 1958 sat-18 ta' Mejju 1962. Huwa mexxa, għall-fondazzjoni tal-Ħames Repubblika, il-kumitat ta' esperti mqabbad mill-Ġeneral de Gaulle sabiex iħejji u japplika l-pjan ta' rkupru ekonomiku, li waħda mill-miżuri l-iktar importanti tiegħu kienet il-ħolqien tal-"franc lourd". Mill-1962 sal-1974, kien membru tal-Kunsill Ekonomiku u Soċjali. Grand-Croix de la Légion d'honneur, membru tal-Akkademja tax-xjenzi morali u politiċi, Jacques Rueff, li kien jokkupa l-kariġa ta' kanċillier tal-Istitut ta' Franza, kien elett fl-Akkademja Franċiża fit-30 ta' April 1964 minflok Jean Cocteau, permezz ta' 18-il vot kontra s-sitta tal-poeta André Berry. Huwa ġie milqugħ minn André Maurois fl-1 ta' April 1965. Miet fit-23 ta' April 1978.

Charles Léon HAMMES
Charles Léon HAMMES

Twieled fl-21 ta' Mejju 1898 f'Falk; ta' nazzjonalità Lussemburgiża; duttur fil-liġi; Avukat fil-Qorti ta' Lussemburgu (1922-1927); attaché fil-Ministeru tal-Ġustizzja (1927-1929); juge de paix (1929-1930); assistent prosekutur tal-Istat (1930-1937), Imħallef tat-Tribunal tad-Distrett (1937-1945); Konsulent tal-Cour supérieure de justice (1945-1952); Konsulent tal-kumitat tal-kontenzjuż tal-Conseil d'État (1951-1952); Professur Straordinarju fl-Università ta' Brussell; membru tal-Conseil d'État tal-Gran Dukat; membru tal-Kummissjoni Benelux għall-unifikazzjoni tad-dritt; President tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Konferenza tal-Aja fuq id-dritt internazzjonali privat, president tal-Kummissjoni tal-istudji leġiżlattivi fil-Lussemburgu; Imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja tal-KEFA mill-4 ta' Diċembru 1952 sas-6 ta' Ottubru 1958; Imħallef tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej mis-7 ta' Ottubru 1958 sas-7 ta' Ottubru 1964; President tal-Qorti tal-Ġustizzja mit-8 ta' Ottubru 1964 sad-9 ta' Ottubru 1967; President tal-Qorti ta' Arbitraġġ tal-Assoċjazzjoni bejn il-KEE u l-Istati Afrikani u l-Madagaskar assoċjati ma' din il-Komunità (1965-1967); miet fid-9 ta' Diċembru 1967.

Christos Yeraris
Christos Yeraris

Twieled fl-1938; ta' nazzjonalità Griega; Avukat tal-Conseil d'État, wara Avukat Anzjan tal-Istat; Membru tal-Qorti Speċjali Superjuri; Membru tat-Tribunali tat-trade marks; Konsulent tal-amministrazzjoni fil-qasam tal-applikazzjoni tad-dritt Komunitarju; Professur tad-dritt Komunitarju fl-École nationale d'administration publique u l-Institut għat-Taħriġ Intern; Imħallef tal-Qorti tal-Prim'Istanza mill-1 ta' Settembru 1989 sat-18 ta' Settembru 1992.

Stéphane Gervasoni
Stéphane Gervasoni

Imwieled fl-1967; diploma mill-Institut d'études politiques ta' Grenoble (1988) u mill-École nationale d'administration (1993); okkupa l-pożizzjoni ta' auditeur fil-Conseil d'État [Imħallef relatur fit-taqsima tal-kontenzjuż (1993-1997) u membru tat-taqsima soċjali (1996-1997)]; okkupa l-pożizzjoni ta' maître des requêtes fil-Conseil d'État (1996-2008); okkupa l-pożizzjoni ta' maître de conférences fl-Institut d'études politiques ta' Pariġi (1993-1995); Kummissarju tal-Gvern fi ħdan il-Commission spéciale de cassation des pensions (1994-1996); konsulent legali għall-Ministeru tas-Servizz pubbliku u għall-belt ta' Pariġi (1995-1997); Segretarju Ġenerali tal-kunsill tar-reġjun amministrattiv ta' Yonne, responsabbli għaż-żona ta' Auxerre (1997-1999); Segretarju Ġenerali tal-kunsill tar-reġjun amministrattiv ta' Savoie, responsabbli għaż-żona ta' Chambéry (1999-2001); référendaire mal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej (2001-2005); membru titolari tal-Kummissjoni tal-Appelli tal-Organizzazzjoni tat-Trattat tal-Atlantiku tat-Tramuntana (NATO) (2001-2005); Imħallef fit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (2005-2011, President ta' awla mill-2008 sal-2011); okkupa l-pożizzjoni ta' conseiller d'État bħala assistent tal-President tat-tmien awla tat-taqsima tal-kontenzjuż (2011-2013); Membru tal-Kummissjoni tal-Appelli tal-Aġenzija Spazjali Ewropea (2011-2013); Imħallef fil-Qorti Ġenerali mis-16 ta' Settembru 2013.

Adrianus VAN KLEFFENS
Adrianus VAN KLEFFENS

Twieled fl-14 ta' Ottubru 1899; ta' nazzjonalità Olandiża; studji fid-dritt (Leyden); ħadem fis-Segretarjat Ġenerali tal-Lega tan-Nazzjonijiet f'Ġinevra; Imħallef fir-Rechtbank f'Amsterdam; membru tal-Kummissjoni Internazzjonali Marittima; direttur tas-servizz tal-Kummerċ Estern fil-Ministeru tal-Affarijiet Ekonomiċi (1934); priġunier tal-gwerra; fl-1945, kompla l-kariġa tiegħu fl-istess Ministeru; membru assoċjat tal-iżvilupp tal-integrazzjoni ekonomika Ewropea; awtur prinċipali, għall-Olanda, tal-proġett tal-unjoni tal-Benelux; Imħallef tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-KEFA mill-10 ta' Diċembru 1952 sas-6 ta' Ottubru 1958; Miet fit-2 ta' Awwissu 1973.

Horstpeter Kreppel
Horstpeter Kreppel

Imwieled fl-1945; studji universitarji f'Berlin, f'München, fi Frankfurt am Main (1966-1972); l-ewwel eżami tal-Istat (1972); Maġistrat trainee fi Frankfurt am Main (1972-1973 u 1974-1975); Collège d'Europe fi Bruges (1973-1974); it-tieni eżami tal-Istat (Frankfurt am Main, 1976); impjegat mal-Uffiċċju Federali dwar l-impjieg u Avukat (1976); Imħallef fit-Tribunal industrijali (Land ta' Hesse, 1977-1993); Lecturer fil-Fachhochschule für Sozialarbeit ta' Frankfurt am Main u fil-Verwaltungsfachhochschule ta' Wiesbaden (1979-1990); espert nazzjonali fis-servizz legali tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (1993-1996 u 2001-2005); Attaché għall-affarijiet soċjali fl-Ambaxxata tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja f'Madrid (1996-2001); Imħallef fit-Tribunal Industrijali ta' Frankfurt am Main (Frar-Settembru 2005); Imħallef fit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku mis-6 ta' Ottubru 2005 sas-13 ta’ April 2016.

Romain Schintgen
Romain Schintgen

Imwieled fl-1939; studja fil-fakultajiet tal-liġi u tax-xjenzi ekonomiċi tal-Universitajiet ta' Montpellier u ta' Pariġi; duttur tal-liġi (1964); avukat (1964); avukat quddiem il-Qorti tal-Appell (1967); amministratur ġenerali fil-Ministeru tax-Xogħolijiet u tas-Sigurtà Soċjali; membru (1978-1989) u wara president tal-Kunsill Ekonomiku u Soċjali; amministratur tas-Soċjeta Nazzjonali tal-Kreditu u Investiment u tas-Soċjetà Ewropea Satellitari (sal-1989); membru (1993-1995) u wara president tal-Kunsill tal-Istitut Universitarju Internazzjonali tal-Lussemburgu (1995-2004); għalliem fl-Università tal-Lussemburgu; membru nominat mill-Gvern tal-kumitat tal-Fond Soċjal Ewropej, tal-Kumitat Konsultattiv għall-Moviment Ħieles tal-Ħaddiema u fil-Kunsill tal-Amministrazzjoni tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib fil-Kundizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (sal-1989); imħallef fil-Qorti tal-Prim'Istanza mill-25 ta' Settembru 1989 sal-11 ta' Lulju 1996; imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja mit-12 ta' Lulju 1996 sal-14 ta' Jannar 2008.

Cornelis Paulus Briët
Cornelis Paulus Briët

Twieled fl-1944; ta' nazzjonalità Olandiża; Segretarju tad-dipartiment tas-sensari ta' assigurazzjonijiet D. Hudig & Co. u wara tal-impriża Granaria BV; Imħallef tal-Arrondissementsrechtsbank (tad-distrett) ta' Rotterdam; Membru tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Antilles Oldaniżi; Imħallef tad-Distrett f'Rotterdam; Viċi-president tal-Arrondissementsrechtsbank ta' Rotterdam; Imħallef tal-Qorti tal-Prim'Istanza mill-25 ta' Settembru 1989 sas-17 ta' Settembru 1998.

Maria Isabel Rofes i Pujol
Maria Isabel Rofes i Pujol

Imwielda fl-1956; studji fid-dritt (licenciatura en derecho, Università ta' Barcelona, 1981); speċjalizzazzjoni fil-kummerċ internazzjonali (Messiku, 1983); studji dwar l-integrazzjoni Ewropea (Kamra tal-Kummerċ ta' Barcelona 1985) u dwar id-dritt Komunitarju (Escola d'Administació Pública de Catalunya 1986); Uffiċjal fil-Generalitat de Catalunya (Membru tas-servizz legali tal-Ministeru għall-Industrija u l-Enerġija, April 1984-Awwissu 1986); Avukat fil-qrati ta' Barcelona (1985-1987); Amministratur, sussegwentement amministratur prinċipali fid-Diviżjoni tar-Riċerka u Dokumentazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej (1986-1994); Référendaire mal-Qorti tal-Ġustizzja (uffiċċju tal-Avukat Ġenerali Ruiz-Jarabo Colomer, Jannar 1995-April 2004; uffiċċju tal-Imħallef Lõhmus, Mejju 2004-Awwissu 2009); Lecturer dwar il-ġurisprudenza Komunitarju fil-fakultà tal-Liġi (Universitat Autònoma de Barcelona, 1993-2000); diversi pubblikazzjonijiet u lectures fil-qasam tad-dritt soċjali Ewropew; Membru tal-Bord tal-Appell tal-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti (2006-2009); Imħallef fit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku mis-7 ta' Ottubru 2009 sas-13 ta’ April 2016.

Maurice LAGRANGE
Maurice LAGRANGE

Twieled fl-14 ta' Mejju 1900 f'Meudon; ta' nazzjonalità Franċiża; beda' jaħdem fil-Conseil d'État permezz ta' konkors, uffiċjal ta' tieni klassi (1924), uffiċjal tal-ewwel klassi (1929), Avukat tal-Conseil d'État (1934), Avukat Anzjan tal-Istat mas-sezzjoni tal-finanzi (1945); kummissarju tal-Gvern; ipparteċipa, bħala expert ġuridiku, fin-negozjati li wasslu għall-firma tat-Trattat li jistabbilixxi l-KEFA (1950); Avukat Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-KEFA mill-4 ta' Dicembru 1952 sas-6 ta' Ottubru 1958; Avukat ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej mis-7 ta' Ottubru 1958 sat-8 ta' Ottubru 1964; miet fil-5 ta' Settembru 1986.

Bo Vesterdorf
Bo Vesterdorf

Imwieled fl-1945; ġurist lingwist fil-Qorti tal-Ġustizzja; amministratur fil-Ministeru tal-Ġustizzja; imħallef assessur; attaché ġuridiku fir-Rappreżentazzjoni Permanenti tad-Danimarka għall-Komunità Ekonomika Ewropea; imħallef ad interim fl-Østre Landsret (Qorti tal-Appell); kap tas-sezzjoni dwar id-dritt kostituzzjonali u amministrattiv fil-Ministeru tal-Ġustizzja; direttur ta' dipartiment fil-Ministeru tal-Ġustizzja; lecturer universitarju; membru tal-Kumitat ta' Direzzjoni dwar id-Drittijiet tal-Bniedem fil-Kunsill tal-Ewropa (CDDH), u mbagħad membru tal-Bureau tas-CDDH; fl-2004, membru tal-kumitat ad hoc għat-taħriġ tal-membri tal-ġudikatura fl-Akkademja tad-Dritt Ewropew fi Trier, il-Ġermanja; imħallef fil-Qorti tal-Prim'Istanza mill-25 ta' Settembru 1989; President tal-Qorti tal-Prim'Istanza mill-4 ta' Marzu 1998 sas-17 ta' Settembru 2007.

Ezio Perillo
Ezio Perillo

imwieled fl-1950; dottorat fid-dritt u avukat fil-kamra tal-avukati ta’ Padova; assistent, u wara riċerkatur ikkonfermat fid-dritt ċivili u fid-dritt ikkomparat fil-fakultà tal-liġi tal-Università ta’ Padova (1977-1982); lecturer fid-dritt Komunitarju fil-Collège d’Europe (Parma, 1990-1998), fil-fakultajiet tal-liġi tal-Università ta’ Padova (1985-1987), ta’ Macerata (1991-1994), ta’ Napoli (1995) u fl-Università Statali ta’ Milano (2000-2001); membru tal-kumitat xjentifiku tal-Master in European integration fl-Università ta’ Padova; uffiċjal fi ħdan id-Direttorat tal-Bibljoteka, Riċerka u Dokumentazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej (1982-1984); référendaire fil-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej mal-Avukat Ġenerali G. F. Mancini (1984-1988); konsulent legali tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew, E. Vinci (1988-1993); Kap ta’ Diviżjoni fis-Servizz Legali tal-Parlament Ewropew (1995-1999); Direttur tal-affarijiet leġiżlattivi u tal-konċiljazzjonijiet, tar-relazzjonijiet interistituzzjonali u tar-relazzjonijiet mal-parlamenti nazzjonali fi ħdan il-Parlament Ewropew (1999-2004); Direttur tar-relazzjonijiet esterni tal-Parlament Ewropew (2004-2006); Direttur tal-affarijiet leġiżlattivi fis-servizz legali tal-Parlament Ewropew (2006-2011); awtur ta’ diversi pubblikazzjonijiet fid-dritt ċivili Taljan u fid-dritt tal-Unjoni Ewropea; Imħallef fit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku mis-6 ta’ Ottubru 2011 sal-31 ta’ Awwissu 2016; Imħallef fil-Qorti Ġenerali mid-19 ta’ Settembru 2016.

Karl ROEMER
Karl ROEMER

Twieled fit-30 ta' Diċembru 1899; ta' nazzjonalità Ġermaniża, studji ta' ekonomija politika u ta' dritt (Köln, München, Freiburg, Bonn);"Gerichtsassessor" u Mħallef (Köln, 1932); avukat quddiem il-Qorti f'Berlin sal-1946; avukat quddiem il-Landgericht u l-Oberlandesgericht ta' Sarrebrück; mill-1947 sal-1952, wettaq attivitajiet prinċipalment b'konnessjoni mad-dritt barrani, id-difiża tal-interessi Ġermaniżi quddiem l-awtoritajiet u l-qrati stabbiliti fil-qafas tas-sistema ta' okkupazzjoni kif ukoll quddiem l-amministrazzjonijiet u l-qrati barranin; karigi speċjali għall-gvern federali qabel l-istabbiliment tas-servizzi diplomatiċi barra mill-pajjiż; mill-1947 sal-1948, ipparteċipa fix-xogħlijiet tas-"Sonderstelle für Geld und Kredit" f'Hamburg, għall-preparazzjoni tar-riforma monetarja; Avukat Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja (1953-1973); miet fil-21 ta' Diċembru 1984.

René Barents
René Barents

imwieled fl-1951; gradwat fil-liġi u speċjalizzazzjoni fl-ekonomija (Università Erasmus ta’ Rotterdam, 1973); dottorat fid-dritt (Università ta’ Utrecht, 1981); riċerkatur fid-dritt Ewropew u fid-dritt ekonomiku internazzjonali (1973-1974) u lecturer anzjan fid-dritt Ewropew u fid-dritt ekonomiku fl-Istitut Ewropew tal-Università ta’ Utrecht (1974-1979) u fl-Università ta’ Leyde (1979-1981); référendaire fil-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej (1981-1986), Kap tal-Unità “Drittijiet Statutorji” fid-Diviżjoni tal-Persunal tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej (1986-1987); membru tas-Servizz Legali tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (1987-1991); référendaire fil-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej (1991-2000); Kap ta’ Diviżjoni (2000-2009) u mbagħad Direttur (2009-2011) fid-Direttorat tar-riċerka u dokumentazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea; professur titolari (1988-2003) u professur onorarju (mill-2003) fid-dritt Ewropew fl-Università ta’ Maastricht; konsulent fil-qorti tal-appell ta’ ‘s‑Hertogenbosch (1993-2011); membru tal-Akkademja Rjali tax-Xjenza tal-Pajjiżi l-Baxxi (mill-1993); diversi pubblikazzjonijiet dwar id-dritt Ewropew; Imħallef fit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku mis-6 ta’ Ottubru 2011 sal-31 ta’ Awwissu 2016; Imħallef fil-Qorti Ġenerali mid-19 ta’ Settembru 2016.

Rafael García-Valdecasas y Fernández
Rafael García-Valdecasas y Fernández

Imwieled fl-1946; Abogado del Estado f'Jaén u fi Granada); Reġistratur tat-Tribunal Ekonomiku Amministrattiv ta' Jaén, wara f'Cordoba; membru tal-Kamra tal-Avukati (Jaén, Granada); Kap tas-servizz tal-proċeduri kontenzjużi Komunitarji fil-Ministeru tal-Affarijiet Barranin; Kap tad-Delegazzjoni Spanjola għall-grupp tax-xogħol tal-Kunsill dwar il-ħolqien tal-Qorti tal-Prim'Istanza; imħallef fil-Qorti tal-Prim'Istanza mill-25 ta' Settembru 1989 sas-17 ta' Settembru 2007.

Rino ROSSI
Rino ROSSI

Twieled fi Chivenna fl-14 ta' Awwissu 1889; ta' nazzjonalità Taljana; Pretore f'Caraglio (1920) u f'Torino (1924); President tat-Tribunale ta' Rodi (1928), assenjat fit-Tribunale ta' Ruma (1934); Imħallef tat-Tribunale consolare tal-Kajr (1936); assenjat fil-Ministeru tal-affarjiet barranin (1940); President tal-Corte d'appello ta' Rodi (1941); Konsulent tal-Corte d'appello dell'Aquila, wara għal dik ta' Ruma (1945); assenjat fl-uffiċċju tal-prosekutur tal-Qorti ta' Kassazzjoni (1948); assistent Avukat Ġenerali tal-Corte di cassazione (1951), President ta' Awla tal-Corte di cassazione (1958); Imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja mis-7 ta' Ottubru 1958 sas-7 ta' Ottubru 1964; miet fis-6 ta' Frar 1974.

Jacques Biancarelli
Jacques Biancarelli

Twieled fl-1948; ta' nazzjonalità Franċiża; Spettur fit-Teżor; uffiċjal u wara Avukat tal-Conseil d'État; Konsulent guridiku f'diversi Ministeri; lecturer f'diversi kulleġġi professjonali u assistent lecturer f'diversi istituzzjonijiet u universitajiet; référendaire fil-Qorti tal-Ġustizzja; Direttur tas-servizzi ġuridiċi tal-Crédit Lyonnais; President Onorarju tal-Assoċjazzjoni Ewropea tad-dritt bankarju u finanzjarju; Imħallef tal-Qorti tal-Prim'Istanza mill-15 ta' Settembru 1989 sat-18 ta' Settembru 1995.

Kieran Bradley
Kieran Bradley

Imwieled fl-1957; Lawreat fil-liġi (Trinity College, Dublin, 1975-1979); Assistent fir-Riċerka tas-senatriċi Mary Robinson (1978-79 u 1980); Borża ta’ Studju “Pádraig Pearse” sabiex jistudja fil-Collège d’Europe (1979); studji post universitarji fid-Dritt Ewropew fil-Collège d’Europe (1979-1980); Masters fid-dritt fl-Università ta’ Cambridge (1980-1981); Stagaire fil-Parlament Ewropew (il-Lussemburgu, 1981); Amministratur fis-Segretarjat tal Kummissjoni Legali tal-Parlament Ewropew (il-Lussemburgu, 1981-1988); Membru tas Servizz Legali tal-Parlament Ewropew (Brussell, 1988-1995); Référendaire fil-Qorti tal Ġustizzja (1995-2000); Lettur fid-Dritt Ewropew fil-Harvard Law School (2000); Membru tas-Servizz Legali tal-Parlament Ewropew (2000-2003), sussegwentement kap ta’ diviżjoni (2003-2011), wara Direttur (2011); Awtur ta’ diversi pubblikazzjonijiet; Imħallef fit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku mis-Ottubru 6, 2011 sas Awissu 31, 2016.

Nicola CATALANO
Nicola CATALANO

Twieled fl-1910, duttur fil-liġi (1932), avukat sal-1939; ammess b'konkors fl-"Avvocatura dello Stato", u laħaq assistent Avukat Ġenerali (1955); assistent fl-Università ta' Ruma (1939-1950); "commissario governativo" tal-kumpannija ta' pubblikazzjoni "Il Giornale d'Italia" (1944-1946); konsulent ġuridiku tal-"Poligrafico dello Stato" (1946-1948); aġent tal-Gvern Taljan fil-kummissjonijiet tal-konċiljazzjoni tat-Trattat ta' Paċi (1948-1950); konsulent ġuridiku taż-żona internazzjonali ta' Tangïer (1951-1953) u tal-Awtorità Għolja tal-KEFA (1953-1956); espert ġuridiku tad-delegazzjoni Taljana għall-abbozz tat-Trattati ta' Ruma; awtur ta' diversi pubblikazzjonijiet ġuridiċi; Imħallef tal-Qorti tal-Ġustizzja (1958-1961); miet fil-5 ta' Awwissu 1984.

Andreas Matthias DONNER
Andreas Matthias DONNER

Twieled fil-15 ta' Jannar 1918 f'Rotterdam; ta' nazzjonalità Olandiża; duttur fil-liġi (1941); kollobarazzjoni ġuridika fi "Schoolraad voor de Scholen met de Bijbel", wara l-projbizzjoni ta' dan il-korp mill-okkupazzjoni, kompla l-attività tiegħu bil-moħbi (1941-1945); Professur tad-dritt pubbliku u tad-dritt amministrattiv fl-Università Libera ta' Amsterdam (mill-1945); President tan-"Nederlandse Verening voor Administratief Recht" (1948-1958); mill-1955, membru tal-Akkademja Rjali Olandiża tax-Xjenzi; Imħallef tal-Qorti tal-Ġustizzja mis-7 ta' Ottubru 1958 sad-29 ta' Marzu 1979, President mis-7 ta' Ottubru 1958 sas-7 ta' Ottubru 1964; Professur tad-dritt kostituzzjonali fl-Univesità ta' Groningen (1979-1984); miet fl-24 ta' Awwissu 1992.

Jesper Svenningsen
Jesper Svenningsen

imwieled fl-1966; studji fid-dritt (Candidatus juris, Università ta’ Aarhus, 1989); avukat stagiaire mal-konsultent legali tal-Gvern Daniż (1989-1991); référendaire fil-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej mal-Avukat Ġenerali C. C. Gulmann (1991-1993); ammess fil-kamra tal-avukati tad-Danimarka (1993); avukat mal-konsulent legali tal-Gvern Daniż (1993-1995); lecturer fid-dritt Ewropew fl-Università ta’ Kopenħagen; lecturer anzjan fl-Institut européen d’administration publique (IEAP) (il-Lussemburgu, 1995-1997); avukat fil-kamra tal-avukati ta’ Brussell (1997); lecturer anzjan u sussegwentement aġent direttur tal-IEAP (il-Lussemburgu, 1997-1999); amministratur fi ħdan is-servizz legali tal-Awtorità tas-Sorveljanza tal-Assoċjazzjoni Ewropea għall-Kummerċ Ħieles (EFTA) (1999-2000); référendaire fil-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej mal-Imħallef Gulmann (2003-2006), u sussegwentement mal-Imħallef L. Bay Larsen (2006-2013); Imħallef fit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku mis-7 ta’ Ottubru 2013 sal-31 ta’ Awwissu 2016; Imħallef fil-Qorti Ġenerali mid-19 ta’ Settembru 2016.

Koen Lenaerts
Koen Lenaerts

Imwieled fl-1945; lic.iuris, Ph.D. fil-liġi (Katholieke Universiteit Leuven); Master of Laws, Master in Public Administration (Harvard University); professur fil-Katholieke Universiteit Leuven; visiting professor fl-universitajiet ta' Burundi, ta' Strasbourg u fil-Harvard University; professur fil-Collège d'Europe ta' Bruges; référendaire fil-Qorti tal-Ġustizzja; avukat fil-Qorti ta' Brussell; Imħallef tal-Qorti tal-Prim'Istanza mill-25 ta' Settembru 1989 sas-6 ta' Ottubru 2003; Imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja; Viċi President tal-Qorti tal-Ġustizzja mid-9 ta' Ottubru 2012 mis-8 ta' Ottubru 2015; President tal-Qorti tal-Ġustizzja mis-8 ta' Ottubru 2015.

Alberto TRABUCCHI
Alberto TRABUCCHI

Twieled fis-26 ta' Lulju 1907 f'Verona; ta' nazzjonalità Taljana; duttur fil-liġi fl-Università ta' Padova (1928); assistent fl-Istitut ta' filosofija tad-dritt f'Padova (1929); lecturer ta' dritt ċivili (1935); Professur inkarigat mill-korsijiet ta' dritt ċivili f'Ferrara (1935-1942); Professur Straordinarju ta' dritt ċivili f'Venezja (1941-1942); Professur ta' dritt ċivili f'Padova mill-1942 u responsabbli għall-korsijiet ta' dritt privat komparattiv fl-istess università mill-1953; direttur tal-istitut ta' dritt privat f'Padova mill-1945; Membru tal-Istitut Veneto ta' Venezja, tal-Akkademji ta' Padova, Verona u Ferrara; Imħallef mit-8 ta' Marzu 1962 sat-12 ta' Diċembru 1972, wara Avukat Ġenerali mid-9 ta' Jannar 1973 sas-6 ta' Ottubru 1976; miet fit-18 ta' April 1998.

Christopher William Bellamy
Christopher William Bellamy

Twieled fl-1946; ta' nazzjonalità Britannika; barrister, Middle Temple; Avukat tal-Istat, speċjalizzat fid-dritt kummerċjali, fid-dritt Ewropew u fid-dritt pubbliku; koawtur tal-ewwel tliet edizzjonijiet ta' "Bellamy & Child, Common Market Law of Competition"; Imħallef tal-Qorti tal-Prim'Istanza mill-10 ta' Marzu 1992 sal-15 ta' Diċembru 1999.

João Sant
João Sant'Anna

Imwieled fl-1957; diploma fid-dritt mill-Università Klassika ta' Lisbona (1980); osservatur tad-dritt amministrattiv fl-Università Klassika ta' Lisbona (1979-1980); studji fil-qasam tal-proprjetà industrijali fl-Institut Max-Planck ta' München (1982-1984); amministratur u mbagħad kap ta' diviżjoni fil-Ministeru tal-intern (1980-1986); avukat fil-kamra tal-avukati ta' Lisbona (1981-1986); fi ħdan il-Parlament Ewropew, amministratur fid-Direttorat Ġenerali tal-informazzjoni u tar-relazzjonijiet pubbliċi (1986-1987), fid-Direttorat Ġenerali tar-riċerka u tal-istudji (1987-1992), fid-Direttorat Ġenerali tal-persunal, tal-baġit u tal-finanzi (1992-1996) u fis-servizz legali (1996-2000); kap tad-dipartiment amministrattiv u finanzjarju (2000-2007) u mbagħad direttur tad-dipartiment legali (2007-2011) u tad-Direttorat A (2012-2015) mal-Ombudsman Ewropew; Imħallef fit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku mit-13-31 April ta 'Awissu 2016.

Alexander Kornezov
Alexander Kornezov

imwieled fl-1978; diploma fid-dritt mill-Università Saint-Clément d’Ohrid ta’ Sofia (2002) u Master of Laws fid-dritt Ewropew tal-Collège d’Europe (Bruges, 2004); dottorat fid-dritt (2008); avukat fil-kamra tal-avukati ta’ Brussell (2004-2006); lecturer anzjan fid-dritt proċedurali tal-Unjoni Ewropea fl-Università tal-ekonomija nazzjonali u dinjija ta’ Sofia (2008-2012) u fl-Università Saint-Clément d’Ohrid ta’ Sofia (2010-2013); professur assoċjat tad-dritt tal-Unjoni Ewropew u tad-dritt internazzjonali privat fl-akkademja Bulgara tax-xjenzi (mill-2014); lecturer mistieden fl-Università ta’ Cambridge u fil-Università Kattolika ta’ Leuven; référendaire fil-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (2007-2016); fundatur u membru tal-kumitat tat-tmexxija tal-assoċjazzjoni Bulgara għad-dritt Ewropew; editur prinċipali tal-ġurnal tad-dritt Ewropew “Evropeiski praven pregled”; awtur ta’ diversi pubblikazzjonijiet fil-qasam tad-dritt Ewropew; Imħallef fit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku mit-13 ta’ April 2016 sal-31 ta’ Awwissu 2016; Imħallef fil-Qorti Ġenerali mid-19 ta’ Settembru 2016.

Andreas Kalogeropoulos
Andreas Kalogeropoulos

Twieled fl-1944; ta' nazzjonalità Griega; avukat (Ateni); référendaire mal-Imħallfin Chloros u Kakouris fil-Qorti tal-Ġustizzja; Professur tad-dritt pubbliku u tad-dritt Komunitarju (Ateni); Konsulent ġuridiku; attaché prinċipali fil-Qorti tal-Awdituri; Imħallef tal-Qorti tal-Prim'Istanza mit-18 ta' Settembru 1992 sas-17 ta' Settembru 1998.

Robert LECOURT
Robert LECOURT

Twieled fid-19 ta' Settembru 1908; ta' nazzjonalità Franċiża; duttur fil-liġi; avukat tal-Cour d'Appel ta' Pariġi; kaptan tar-riżervi; membru tat-tmexxija klandestina tal-Kumitat tal-Moviment "Resistance" u membru tal-Moviment tal-Ħelsien Nazzjonali; membru tal-Assemblea konsultattiva provviżorja; deputat għal Pariġi (1945-1958); deputat għal Hautes - Alpes (Novembru 1958); Ministru tal-Ġustizzja (f'diversi okkazzjonijiet bejn l-1948 u l-1958); Ministru mingħajr portafoll responsabbli għall-għajnuna u għall-kooperazzjoni bejn ir-Repubblika u l-Istati Membri tal-Komunità u wara mad-dipartimenti u mat-territorijiet extra-Ewropej u mas-Sahara (Jannar 1959 - Awwissu 1961); Membru tal-Kumitat Eżekuttiv tal-Moviment Ewropew; Imħallef tal-Qorti tal-Ġustizzja mit-18 ta' Mejju 1962 sad-9 ta' Ottubru 1967; president mill-10 ta' Ottubru 1967 sal-25 ta' Ottubru 1976; miet fid-9 ta' Awwissu 2004.

Virpi TIILI
Virpi TIILI

Imwielda fl-1942; gradwata fid-Dritt mill-Università ta' Helsinki; assistenta fid-dritt ċivili u fid-dritt kummerċjali fl-Universita' ta' Helsinki, Direttur għal Affarijiet Ġuridiċi u tal-Politika Kummerċjali tal-Kamra Ċentrali tal-Kummerċ tal-Finlandja; direttur ġenerali ma' l-Amministrazzjoni tal-Protezzjoni tal-Konsumaturi tal-Finlandja; membru ta' diversi kumitati governattivi u delegazzjonijiet, fosthom, membru tal-Kunsill ta' Sorveljanza tar-Reklamar ta' Mediċini (1988-1990), membru tal-Kunsill għall-Affarijiet tal-Konsumatur (1990-1994), membru tal-Kunsill għall-Kompetizzjoni (1991-1994) u membru tal-Kumitat Editorjali tan-Nordic Intellectual Property Law Review (1982-1990); Imħallef fil-Qorti tal-Prim'Istanza mit-18 ta' Jannar 1995 sas-6 ta' Ottubru 2009.

Waltraud Hakenberg
Waltraud Hakenberg

Imwielda fl-1955; studji fid-dritt f'Regensburg u f'Geneve (1974-1979); l-ewwel eżami tal-Istat (1979); studji post universitarji fid-Dritt Komunitarju fil-Collège d'Europe ta' Bruges (1979-1980); Maġistrat trainee f'Regensburg (1980-1983); Dottorat fid-dritt (1982); it-tieni eżami tal-Istat (1983); Avukat fi München u f'Pariġi (1983-1989); Uffiċjal mal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej (1990-2005); Référendaire mal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej (Uffiċċju tal-Imħallef Jann, 1995-2005); attivitajiet ta' tagħlim f'diversi universitajiet fil-Ġermanja, fl-Awstrija, fl-Isvizzera u fir-Russja; Professur Onorarju fl-Università tas-Saarland (mill-1999); Membru ta' diversi kumitati, assoċjazzjonijiet u bordijiet ġuridiċi; diversi pubblikazzjonijiet fil-qasam tad-Dritt Komunitarju u tal-ġurisprudenza Komunitarja; Reġistratur tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku Novembru 30, 2005 31 ta 'Awwissu 2016.

Walter STRAUSS
Walter STRAUSS

Twieled fil-15 ta' Ġunju 1900 f'Berlin; ta' nazzjonalità Ġermaniża; duttur fil-liġi (Heidelberg, 1924); Imħallef awżiljarju tal-Gerichten ta' Berlin; impjegat fil-Ministeru tal-Ekonomija (mill-1928 sal-1935); espert fuq l-ekonomija; direttur ta' amministrazzjoni fl-isptarijiet ta' Berlin; Segretarju ta' Stat tal-gvern ta' Hesse għall-Affarijiet Federali, membru tad-Direttorat tal-Kunsill Federali taż-żona ta' okkupazzjoni Amerikana fi Stuttgart (1946); direttur aġġunt (1947-1948), wara kap tal-Uffiċċju Ġuridiku (1948-1949) tal-amministrazzjoni tal-ekonomija taż-żona magħquda ekonomikament; Membru tal-Kunsill Parlamentari (1948-1949); Segretarju ta' Stat fil-Ministeru Federali tal-Ġustizzja (1949-1963); Imħallef tal-Qorti tal-Ġustizzja mis-6 ta' Frar 1963 sat-28 ta Ottubru 1970; miet fl-1 ta' Jannar 1976.

Josef Azizi
Josef Azizi

Imwieled fl-1948; Duttur tal-liġi u ggradwat fix-xjenzi soċjali u ekonomiċi mill-Università ta' Vjenna; inkarigat mill-korsijiet u għalliem fl-Università tax-Xjenzi Ekonomici ta' Vjenna fil-Fakultà tal-Liġi fl-Università ta' Vjenna u f'diversi universitajiet oħra; Professur onorarju fil-Fakultà tal-Liġi fl-Università ta' Vjenna; Ministerialrat u Kap tad-Diviżjoni tal-Kanċellerija Federali; membru tal-Kumitat ta' tmexxija għall-kooperazzjoni ġuridika fil-Kunsill tal-Ewropa (CDCJ); mandatarju ad litem quddiem il-Verfassungsgerichtshof (Qorti Kostituzzjonali) fil-proċeduri ġudizzjarji għall-eżami tal-kostituzzjonalità tal-liġijiet federali; koordinatur responsabbli għall-adattament tad-dritt federali Awstrijak mad-dritt Komunitarju; Imħallef fil-Qorti Ġenerali mit-18 ta' Jannar 1995 sad-16 ta' Settembru 2013.

Riccardo MONACO
Riccardo MONACO

Twieled fit-2 ta' Jannar 1909; ta' nazzjonalità Taljana; duttur fil-liġi fl-Università ta' Torino (1930); "Privatdozent" fi dritt internazzjonali (1933); assistent lecturer fl-Università ta' Torino; Professur tad-dritt internazzjonali fl-Università ta' Cagliari (1939-1940), wara ta' Modena (1940-1942); Professur fil-fakultà tad-dritt ta' Torino (1942-1956); Professur ta' organizzazzjoni internazzjonali fil-fakultà tax-xjenzi politiċi tal-Università ta' Ruma (1956-1964); Imħallef fit-Tribunal ta' Torino; consigliere di Stato (mill-1948); President tas-Sezzjoni Onorarja tal-Consilgio di Stato (1956); Segretarju Ġenerali tal-kontenzjuz diplomatiku u kap tas-servizz ġuridiku; membru tal-Istitut ta' Dritt Internazzjonali, membru tal-Qorti Permanenti tal-Arbitraġġ; Imħallef tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-8 ta' Ottubru 1964 sat-3 ta' Frar 1976; miet fit-8 ta' Jannar 2000.

Joseph GAND
Joseph GAND

Twieled fit-28 ta' Frar 1913; ta' nazzjonalità Franċiża; lawreat fid-dritt; diplomat fl-istudji superjuri ta' dritt pubbliku u ta' ekonomija politika; diplomat fl-Iskola Libera fix-xjenzi pubbliċi; għadda mill-konkors għal uffiċjal tal-Conseil d'état fl-1963; kummissarju tal-gvern fis-sezzjoni tal-kontenzjuż tal-Conseil d'état mill-1947 sal-1950, mill-1957 sal-1960 u mill-1962 sal-1964; direttur ġenerali tal-amministrazzjoni u tas-servizz pubbliku minn Frar 1959 sa April 1961; lecturer anzjan fl-École nationale d'administration mill-1947 sal-1958 u Professur fl-Istitut ta' studji politiċi ta' Pariġi mill-1958 sal-1962; Avukat Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja mit-8 ta' Ottubru 1964 sas-6 ta' Diċembru 1970; miet fl-4 ta' Ottubru 1974.

Pernilla Lindh
Pernilla Lindh

Imwielda fl-1942; gradwata fil-liġi mill-Università ta' Lund; référendaire u Imħallef fil-Qorti tal-Prim'Istanza ta' Trollhättan (1971-1974); référendaire fll-Qorti tal-Appell ta' Stokkolma (1974-1975); Imħallef tal-Qorti tal-Prim'Istanza ta' Stokkolma (1975); Kunsillier għall-affarijiet ġuridiċi u amministrattivi tal-President tal-Qorti tal-Appell ta' Stokkolma (1975-1978); Konsulent Speċjali fid-Domstolverket (Amministrazzjoni Nazzjonali tal-Qrati) (1977); Kunsillier fl-Uffiċċju tal-Kanċillier tal-Ġustizzja (Justice Chancellor) (1979-1980); Imħallef Assessur tal-Qorti tal-Appell ta' Stokkolma (1980-1981); Kunsillier Ġuridiku fil-Ministeru tal-Kummerċ (1981-1982); Kunsillier Ġuridiku, wara Direttur u Direttur Ġenerali għall-affarijiet ġuridiċi fil-Ministeru tal-Affarijiet Barranin (1982-1995); titolu ta' ambaxxatur fl-1992; viċi-President tal-iSwedish Market Court; inkarigata mill-kwistjonijiet ġuridiċi u istituzzjonali waqt in-negozjati ŻEE (viċi-President u wara President tal-grupp EFTA) u waqt in-negozjati għall-adeżjoni tar-Renju tal-Isvezja fl-Unjoni Ewropea; Imħallef tal-Qorti tal-Prim'Istanza mit-18 ta' Jannar 1995 sas-6 ta' Ottubru 2006; Imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja mis-7 ta’ Ottubru 2006 sas-6 ta’ Ottubru 2011.

André Potocki
André Potocki

Twieled fl-1950; ta' nazzjonalità Franċiża; Segretarju Ġenerali tal-ewwel Presidenza tal-Cour de cassation (1988); viċi-President tat-Tribunal de Grande Instance ta' Pariġi (1990); Kap tad-Dipartiment tal-affarijiet Ewropej u internazzjonali tal-Ministeru tal-Ġustizzja (1991); Konsulent fil-Cour d'appel ta' Pariġi u Professur assoċjat fl-Università ta' Pariġi X-Nanterre (1994); Imħallef tal-Qorti tal-Prim'Istanza mit-18 ta' Settembru 1995 sad-19 ta' Settembru 2001.

Josse J. MERTENS de WILMARS
Josse J. MERTENS de WILMARS

Twieled fit-22 ta' Ġunju 1912 f'St-Niklaas Waas; ta' nazzjonalità Belġjana; duttur fil-liġi (1934); avukat, membru tal-Kunsill tal-Ordni (1935); gradwat fi xjenzi politiċi u diplomatiċi (1945); membru tal-avukatura u wara President tal-"Vlaamse Conferentie van de Balie"; membru tal-Kamra tar-Rappreżentanti (1951-1961); membru tal-kummissjonijiet parlamentari tal-affarijiet barranin, tal-ġustizzja u tar-riformi tal-Kostituzzjoni; Professur Straordinarju fil-fakultà tad-dritt tal-Università ta' Louvain; Imħallef tal-Qorti tal-Ġustizzja mid-9 ta' Ottubru 1967 sad-29 ta' Ottubru 1980, President mit-30 ta' Ottubru 1980 sal-10 ta' April 1984; miet fl-1 ta' Awwissu 2002.

Pierre PESCATORE
Pierre PESCATORE

Twieled fil-Lussemburgu fl-20 ta' Novembru 1919; ta' nazzjonalità Lusssemburgiża; duttur fil-liġi; konsulent ġuridiku, direttur politiku u segretarju ġenerali fil-Ministeru tal-Affarijiet Barranin (1946-1967); assistent lecturer fil-fakultà tad-dritt tal-Universita ta' Liège (1951); kofondatur tal-Istitut ta' studji ġuridiċi Ewropej tal-Università ta' Liège (1963); Professur Straordinarju u Professur tad-dritt tal-Komunitajiet Ewropej (1965); membru soċju tal-Istitut ta' dritt Internazzjonali waqt is-sezzjoni ta' Varsanja (1965); membru tas-sezzjoni tax-xjenzi morali u politiċi tal-Istitut tal-Gran Dukat (1967); Imħallef tal-Qorti tal-Ġustizzja mid-9 ta' Ottubru 1967 sas-7 ta' Ottubru 1985; miet fit-2 ta 'Frar 2010.

Rui Manuel Gens de Moura Ramos
Rui Manuel Gens de Moura Ramos

Twieled fl-1950; ta' nazzjonalità Portugiża; professur fil-fakultà tal-liġi ta' Coimbra u fil-fakultà tal-liġi tal-Università Kattolika ta' Porto; Detentur ta' Kattedra tal-Jean Monnet; Direttur ta' kors (fil-lingwa Franċiża) fl-Akkademja ta' dritt internazzjonali tal-Aja (1984) u Professur estern fil-fakultà tal-liġi fl-Università ta' Pariġi I (1995); rappreżentant tal-Ġvern Portugiż fil-Kummissjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għad-dritt kummerċjali internazzjonali (Cnudci), fil-Konferenza tal-Aja tad-dritt internazzjonali privat, fil-Kummissjoni Internazzjonali tal-Istat Ċivili u fil-Kumitat fuq in-nazzjonalità tal-Kunsill tal-Ewropa; Membru tal-Istitut tad-dritt internazzjonali; Imħallef tal-Qorti tal-Prim'Istanza mit-18 ta' Settembru 1995 sal-31 ta Marzu 2003.

Hans KUTSCHER
Hans KUTSCHER

Twieled fl-14 ta' Diċembru 1911 f'Hamburg; ta' nazzjonalità Ġermaniża; studji fid-dritt (Graz, Freiburg-en-Brisgau u Berlin); duttur fil-liġi (1937, Königsberg/Pr.; uffiċjal pubbliku fil-Ministeru tal-Ekonomija u tat-Trasport; segretarju tal-Kumitat ta' esperti ġuridiċi tal-Bundesrat u tal-kummissjoni ta' arbitraġġ fil-Bundestag u fil-Bundesrat; Imħallef tal-Bundesverfassungsgericht ta' Karlsruhe (1955-1970); Professur Onorarju fl-Università ta' Heidelberg; Imħallef tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej mit-28 ta' Ottubru 1970 sas-6 ta' Ottubru 1976; President mis-7 ta' Ottubru 1976 sal-31 ta' Ottubru 1980; miet fl-24 ta' Awwissu 1993.

John D. Cooke
John D. Cooke

Imwieled fl-1944; membru tal-Avukatura tal-Irlanda mill-1966; membru wkoll tal-Avukatura tal-Ingilterra u ta' Wales, l-Irlanda tat-Tramuntana u ta' New Wales tan-Nofsinhar ; Barrister prattikanti bejn l-1966 u l-1996 ; membru tal-Inner Bar fl-Irlanda (Senior Counsel) mill-1980 u ta' New Wales tan-Nofsinhar mill-1991 ; President tal-Kunsill tal-Avukatura tal-Komunità Ewropea (CCBE) bejn l-1985 u l-1986; visiting professor fil-Fakultà tal-Liġi tal-Università ta' Dublin; membru taċ-Chartered Institute of Arbitrators; President tar-Royal Zoological Society tal-Irlanda bejn l-1987 u l-1990; Bencher tal-Honorable Society of Kings Inns, Dublin; Honorary bencher tal-Lincoln's Inn, Londra; Imħallef tal-Qorti tal-Prim'Istanza mill-10 ta' Jannar 1996 sal-15 ta Settembru 2008.

Alain Louis DUTHEILLET de LAMOTHE
Alain Louis DUTHEILLET de LAMOTHE

Twieled f'Limoges fil-25 ta' Awwissu 1919; ta' nazzjonalità Franċiża; duttur fil-liġi; lawreat fil-letteratura (Ingliż); student tal-École nationale d'administration (1945-1947); uffiċjal tal-Conseil d'État, u wara maħtur Avukat tal-Conseil d'État, Avukat Anzjan tal-Istat (1969); kummissarju tal-gvern fis-sezzjoni tal-kontenzjuż tal-Conseil d'État (1957-1969) u tat-Tribunal des conflits (1965-1970); assenjat temporanjament, matul ċerti perijodu, fil-kumitat interdipartimentali ta' kooperazzjoni ekonomika Ewropea (1948-1951), fil-kabinet tal-president tal-kunsill (1952), tal-Ministru tad-Difiża Nazzjonali (1952-1954), u tal-Ministru tal-Ġustizzja (1969-1970); karigi barra mill-pajjiż għall-għajnuna teknika; lecturer anzjan fl-ENA u fl-Istitut ta' Studji Politiċi ta' Pariġi; kollaborazzjoni regolari f'diversi ġurnali ġuridiċi; Avukat ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja mis-7 ta' Ottubru 1970 sat-2 ta' Jannar 1972, id-data tal-mewt tiegħu.

Jörg Pirrung
Jörg Pirrung

imwieled fl-1940; assistent riċerkatur fl-Università ta' Marbourg; duttur fid-dritt (Università ta' Marbourg); uffiċjal, imbagħad kap tas-sezzjoni "Dritt Internazzjonali Privat", u sussegwentement, kap ta' sotto-diviżjoni tad-dritt ċivili fil-Ministeru Federali tal-Gustizzja; membru tal-kunsill direttiv tal-Unidroit (1993-1998); president tal-Kummissjoni tal-Konferenza ta' Hague fuq id-Dritt Internazzjonali Privat stabbilita sabiex tipprepara abbozz tal-Konvenzjoni dwar il-protezzjoni tat-tfal (1996); professur onorarju fl-Università ta' Trier (dritt privat internazzjonali u ta' proċedura, dritt Komunitarju); mill-2002, membru tal-kunsill tal-Fakultà tal-Istitut Max Planck tad-Dritt Barrani u Dritt Internazzjonali Privat f'Hamburg; Imħallef fil-Qorti tal-Prim'Istanza mill-11 ta' Gunju 1997 sas-17 ta' Settembru 2007.

Henri MAYRAS
Henri MAYRAS

Twieled fid-29 ta' Marzu 1920 f'Charenton-le-Pont (Val-de-Marne); ta' nazzjonalità Franċiża; diplomat fl-istudji superjuri ta' dritt pubbliku u ta' ekonomija politika; aġent tal-gvern fil-Kummissjoni ta' konċiljazzjoni Franċiża - Taljana (1949-1951); konsulent tekniku fil-kabinet tal-Ministru tal-Ġustizzja (1952-1953); uffiċjal tal-Conseil d'État, wara maħtur Avukat tal-Conseil d'État (1954), Avukat Anzjan tal-Istat (1972); konsulent ġuridiku fl-ambaxxata ta' Franza fil-Marokk (1956-1958); kummissarju tal-gvern fis-sezzjoni tal-kontenzjuż tal-Conseil d'État (1958-1961); President tal-Awla Amministrattiva tal-Qorti Suprema tal-Marokk (1961-1964); Direttur tas-servizzi ġudizzjarji fil-Ministeru tal-Ġustizzja (1964); lecturer anzjan fl-ENA; assistent lecturer fil-fakultà tal-liġi ta' Rabat; Professur fl-Iskola tal-Marokk tal-Amministrazzjoni; Avukat Ġenerali fil-Qorti tal-Ġustizzja mit-22 ta' Marzu 1972 sat-18 ta' Marzu 1981; miet fid-9 ta' Lulju 1995.

Paolo Mengozzi
Paolo Mengozzi

Imwieled fl-1938 ; Professur tad-Dritt Internazzjonali u inkarigat mill-Jean Monnet Chair of European Community Law tal-Università ta' Bologna ; Duttur honoris causa tal-Università Carlos III ta' Madrid ; visiting professor tal-universitajiet John Hopkins (Bologna Cener), St Johns (New York), Georgetown, Paris-II, Georgia (Athens) u tal-Institut Universitaire International (Lussemburgu); koordinatur tal-European Business Law Pallas Program, organizzat fi ħdan l-Università ta' Nijmegen; membru tal-Kumitat Konsultattiv tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għall-kuntratti pubbliċi; Viċi Segretarju tal-Istat għall-Industrija u l-Kummerċ matul is-semestru tal-Presidenza Taljana tal-Kunsill; membru tal-grupp ta' riflessjoni tal-Komunità Ewropea dwar l-Organizzazzjoni Dinjija għall-Kummerċ (WTO), u Direttur għas-sessjoni 1997 taċ-Ċentru għar-Riċerka tal-Akkademja tad-Dritt Internazzjonali ta' The Hague li huwa ddedikat għall-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ; Imħallef tal-Qorti tal-Prim'Istanza mill-4 ta' Marzu 1998 sat-3 ta' Marzu 2006; Avukat Ġenerali mal-Qorti tal-Ġustizzja mill-4 ta' Mejju 2006.

Cearbhall O
Cearbhall O'DALAIGH

Twieled fit-12 ta' Frar 1911; ta' nazzjonalità Irlandiża; diploma ta' studji ċeltiċi (University College, Dublin, 1933); barrister, King's Inn (1934); Avukat Anzjan (1945); bencher, King's Inn (1946); Avukat Ġenerali (1946-1948 u 1951-1953); Imħallef tas-Supreme Court (1953-1961); Prim'Imħallef (1961-1973); Imħallef tal-Qorti tal-Ġustizzja (mid-9 ta' Jannar 1973 sat-12 ta' Diċembru 1974); President tal-Irlanda (1974-1976); miet fil-21 ta' Marzu 1978.

Michail Vilaras
Michail Vilaras

Imwieled fl-1950; Avukat (1974-1980); espert nazzjonali mas-Servizz Ġuridiku tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, imbagħad amministratur prinċipali mad-Direttorat Ġenerali V (xogħol, relazzjonijiet industrijali, affarijiet soċjali); awditur, rapporteur mal-Kunsill tal-Istat u mill-1999 konsulent; membru assoċjat tal-Qorti Suprema Speċjali tal-Greċja; Membru tal-Kumitat Ċentrali għall-Abbozzar tal-Liġijiet tal-Greċja (1996-1998); Direttur tas-Servizz Ġuridiku mas-Segretarjat Ġenerali tal-Gvern Grieg; Imħallef fil-Qorti Ġenerali mill-17 ta' Settembru 1998 sas-25 ta' Ottubru 2010.

Arjen W. H. Meij
Arjen W. H. Meij

Imwieled fl-1944; Konsulent mal-Qorti Suprema tal-Olanda (1996) ; Konsulent u viċi-president tal-College van Beroep voor het bedrijfsleven (Qorti Amministrattiva tal-Kummerċ u l-Industrija) (1986) ; Konsulent ad interim tal-Qorti tal-Appell tas-Sigurtà Soċjali u mal-Kummissjoni ġudizzjarja dwar id-dazji tad-dwana; Référendaire mal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej (1980); Għalliem tad-dritt Ewropew mal-Fakultà tal-liġi tal-Università ta' Groningen u assistent riċerkatur fil-University of Michigan Law School; membru tas-Segretarjat internazzjonali tal-Kamra tal-Kummerċ ta' Amsterdam (1970); Imħallef tal-Qorti tal-Prim'Istanza mill-17 ta' Settembru 1998 sas-13 ta' Settembru 2010.

Max SØRENSEN
Max SØRENSEN

Twieled fid-19 ta' Frar 1913; ta' nazzjonalità Daniża; studji ġuridiċi fl-Universita ta' Copenhagen u fl-Istitut Universitarju ta' studji superjuri internazzjonali f'Ginevra; doctor juris (1946); impjegat mal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin tad-Danimarka f'Bern u Londra (1938-1945); Professur tad-dritt internazzjonali u tad-dritt kostituzzjonali fl-Università ta' Aarhus (mill-1947); Imħallef ad hoc, maħtur mill-gvernijiet tad-Danimarka u tal-Olanda fil-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja għall-kwistjonijiet li jirrigwardaw il-blata kontinentali tal-Baħar tat-Tramuntana (1968-1969); membru tal-Qorti Permanenti ta' Artibraġġ; membru tal-Istitut tad-Dritt Internazzjonali; Imħallef tal-Qorti tal-Ġustizzja mid-9 ta' Jannar 1973 sat-8 ta' Ottubru 1979; miet fil-11 ta' Ottubru 1981.

Gerhard REISCHL
Gerhard REISCHL

Twieled fis-17 ta' Lulju 1918 f'München; ta' nazzjonalità Ġermaniża; duttur fil-liġi fl-Università ta' München (1950); tieni eżami tal-Istat fi xjenzi ġuridiċi (1951); assistent Imħallef, wara konsulent, bħala Imħallef tad-Distrett, mal-Ministeru tal-Ġustizzja tal-Istat tal-Bavaria (1951-1954); Imħallef tal-Amtsgericht ta' München (1954-1955); fl-uffiċċju tal-ambaxxatur plentipotenzjarju li jirrappreżenta lill-Bavaria fil-"Bund" (1955-1956); "Oberregierungsrat", wara "Regierungsdirektor" tal-Kanċellerija tal-Istat tal-Bavaria fi München (1956-1958); Imħallef tal-Landgericht f'München (1958-1961); deputat tal-Bundestag (1961-1972); Segretarju tal-Istat inkarigat mir-relazzjonijiet mal-Parlament mal-Ministru Federali tal-Finanzi (1969-1971); membru tal-Assemblea Ewropea (1971-1973); Avukat Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja mid-9 ta' Ottubru 1973 sal-11 ta' Jannar 1984; miet fis-16 ta' April 1998.

Nicholas James Forwood
Nicholas James Forwood

Imwieled fl-1948; iggradwa mill-Università ta' Cambridge (B.A. fl-1969, M.A. fl-1973) (fix-xjenzi mekkaniċi u fil-liġi); membru tal-Avukatura tal-Ingilterra mill-1970, wara eżerċita l-professjoni ta' avukat f'Londra (1971-1999) kif ukoll fi Brussell (1979-1999); membru tal-Avukatura tal-Irlanda mill-1981; nominat bħala Queen's Counsel fl-1987 u bħala bencher tal-Middle Temple fl-1998; rappreżentant tal-Avukatura tal-Ingilterra u ta' Wales mal-Kunsill tal-Avukaturi tal-Unjoni Ewropea (CCBE) u Chairman tad-Delegazzjoni Permanenti tas-CCBE fi ħdan il-Qorti tal-Ġustizzja (1995-1999); membru tal-Bord tal-World Trade Law Association u tal-European Maritime Law Organization (1993-2002); Imħallef fil-Qorti Ġenerali mill-15 ta' Dicembru 1999 sal-7 ta' Ottubru 2015.

Hubert Legal
Hubert Legal

Imwieled fl-1954; Conseiller d'État (Franza); student tal-École normale superieure de Saint-Cloud u tal-École nationale d'administration ; maħtur Professur tal-Ingliz (1979-1985) ; Rapporteur, imbagħad Commissaire du Gouvernement quddiem il-Kunsill tal-Istat meta tiltaqa' biex tisma' kawżi kontenzjużi (1988-1993) ; Conseiller juridique tar-Rapprezentazzjoni Permanenti ta' Franza fin-Nazzjonijiet Uniti fi New York (1993-1997) ; Référendaire fl-Uffiċju tal-Imħallef Puissochet fil-Qorti tal-Ġustizzja (1997-2001) ; Imħallef fil-Qorti tal-Prim'Istanza mid-19 ta' Settembru 2001 sas-17 ta' Settembru 2007.

Jean-Pierre WARNER
Jean-Pierre WARNER

Twieled fl-24 ta' Settembru 1924; ta' nazzjonalità Britannika; daħal fl-armata tal-Gran Brittanja fi Frar 1943; daħal fir-Rifle Brigade; ipparteċipa f'operazzjonijiet militari fl-Ewropa u fl-Asja; maħtur Acting Major (1947); gradwat fil-liġi (B.A., 1948); imsejjaħ għall-avukatura ta' Lincoln's Inn (Jannar 1950); Avukat (tal-qrati superjuri) fiċ-Chancery Bar (1950-1972); Bencher ta' Lincoln's Inn (mill-1966); Kunsillier, Royal Borough of Kensington (1959-1968); Direttur ta' Warner & Sons Ltd. u s-sussidjarji (1952-1970); Avukat tal-Istat (Novembru 1972); Avukat Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja mid-9 ta' Jannar 1973 sas-26 ta' Frar 1981; miet fl-1 ta' Frar 2005.

Alexander J. MACKENZIE STUART
Alexander J. MACKENZIE STUART

Twieled fit-18 ta' Novembru 1924; ta' nazzjonalità Britannika; ipprattika fl-Avukatura Skoċċiża (1951); Avukat tal-Istat (1963); Imħallef tal-"Court of Session" (Qorti Suprema tal-Iskozja, 1972); Imħallef tal-Qorti tal-Ġustizzja mid-9 ta' Jannar 1973 sas-6 ta' Ottubru 1988; President mill-10 ta' April 1984 sas-6 ta' Ottubru 1988; bħala rikonoxximent tas-servizzi tiegħu, ingħatatlu barunija tar-Renju Unit bit-titlu ta' Lord Mackenzie-Stuart of Dean; miet fl-1 ta' April 2000.

Maria Eugénia Martins de Nazaré Ribeiro
Maria Eugénia Martins de Nazaré Ribeiro

Imwielda fl-1956; studjat f'Lisbona, fi Brussell u fi Strasbourg; Advogada fil-Portugall u fi Brussell; riċerkatriċi indipendenti fl-Institut d'études européennes tal-Université Libre ta' Brussell; Référendaire mal-Imħallef Portugiż tal-Qorti tal-Ġustizzja, Moitinho de Almeida (1986-2000), wara tal-President tal-Qorti tal-Prim'Istanza, Vesterdorf (2000-2003); Imħallef fil-Qorti Ġenerali mill-Marzu 31, 2003 biex 19 Settembru, 2016.

Andreas O
Andreas O'KEEFFE

Twieled fl-4 ta' Ottubru 1912; ta' nazzjonalità Irlandiża; LL. B., University College Dublin (1936); barrister, the Kings Inns, Dublin (1935); Avukat Anzjan (1951); bencher of the Kings Inns (1954); Avukat Ġenerali (1954 u 1957-1965); Imħallef tal-Qorti Suprema (1965); President tal-High Court (1966); Imħallef tal-Qorti tal-Ġustizzja (mit-12 ta' Diċembru 1975 sas-16 ta' Jannar 1985); miet fit-30 ta' Diċembru 1994.

Franklin Dehousse
Franklin Dehousse

Imwieled fl-1959; gradwat fil-liġi (Università ta' Liege, 1981); aspirant (Fonds national de la recherche scientifique, 1985-1989); Conseiller juridique mal-Kamra tar-Rappreżentanti (1981-1990); Duttur fil-Liġi (Università ta' Strasbourg, 1990); Professur (Universitajiet ta' Liège u ta' Strasbourg, Collège d'Europe, Institut Royal Supérieur de Défense, Université Montesquieu ta' Bordeaux; College Michel Servet des Universités de Paris; Fakultajiet Notre-Dame de la Paix f'Namur); rappreżentant speċjali tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin (1995-1999); Direttur tal-Istudji Ewropej tal-Institut Royal des Relations Internationales (1998-2003); assessur mal-Kunsill tal-Istat (2001-2003); Konsulent mal-Kummissjoni Ewropea (1990-2003); Membru tal-Observatoire Internet (2001-2003); Imħallef tal-Qorti Ġenerali mis-7 Ottubru, 2003 li Settembru 19, 2016.

Ena Cremona
Ena Cremona

Imwielda fl-1936; gradwata (B.A.) fil-lingwi mir-Royal University of Malta (1955); Duttur tal-Liġi (LL.D) mir-Royal University of Malta (1958); avukat Membru tal-Avukatura Maltija mill-1959; Konsulent Ġuridiku mal-Kunsill Nazzjonali tan-Nisa (1964 -1979); membru tal-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku (1987-1989); membru tal-Kunsill Amministrattiv tal-Lombard Bank (Malta) Ltd., bħala rappreżentanta tal-Azzjonijiet tal-Gvern (1987-1993); membru tal-Kummissjoni Elettorali mill-1993; membru tal-bord tat-teżijiet fil-Fakultà tar-Royal University of Malta; membru tal-Kummissjoni Ewropea kontra r-Razziżmu u l-Intolleranza (ECRI) (2003-2004); Imħallef fil-Qorti Ġenerali mit-12 ta' Mejju 2004 sal-22 ta’ Marzu 2012.

Giacinto BOSCO
Giacinto BOSCO

Twieled fil-25 ta' Jannar 1905 f'Caserta; ta' nazzjonalità Taljana; lawreat fil-liġi, Università ta' Napli (1925); viċi-segretarju tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin (1927-1932); Professur tad-dritt internazzjonali fl-Università ta' Ruma (1932); dekan tal-fakultà tal-liġi tal-Università ta' Urbino (1932); Professur tad-dritt internazzjonali, Università ta' Firenze (1933-1940), Università ta' Ruma (1940-1975); direttur tal-Istitut tad-Dritt Internazzjonali fil-fakultà tal-ekonomija u tal-kummerċ tal-Università ta' Ruma (mill-1966); senatur (1948-1972); sotto-segretarju tal-Istat fil-Ministeru tad-Difiża (1953-1958); viċi-president tas-Senat (1958-1960); Ministru tal-Edukazzjoni (1960-1962); Ministru tal-Ġustizzja (1962-1963); Ministru tax-Xogħol u tal-Għajnuna Soċjali (1963-1964 u 1966-1968); Ministru bla portafoll għall-affarijiet tan-Nazzjonijiet Uniti (1968-1969 u 1970); Ministru tal-Finanzi (1969-1970); Ministru tal-Posta u t-Telekomunikazzjonijiet (1970-1972); Imħallef tal-Qorti tal-Ġustizzja mis-7 ta' Ottubru 1976 sas-6 ta' Ottubru 1988; miet fil-11 ta' Ottubru 1997.

Adolphe TOUFFAIT
Adolphe TOUFFAIT

Twieled fid-29 ta' Marzu 1907 f'Rennes; ta' nazzjonalità Franċiża; gradwat fl-istudji superjuri tad-dritt privat; assistent Imħallef tal-Cour d'Appel ta' Douai, wara ta' Pariġi (1933-1936); assistent mat-tribunal d'Évreux (1936-1940); Prosekutur tar-Repubblika mat-tribunal d'Évreux (1940); direttur taċ-Ċentru ta' Riċerka tad-Delitti ta' Gwerra (1946); direttur tal-kabinet tal-Ministeru tal-Forżi Armati (1947-1949); direttur tal-kabinet tal-Ministeru tal-Istat inkarigat mill-informazzjoni (1949-1953); direttur tal-kabinet tal-Ministru tal-Istat, viċi president tal-Kunsill (1953); assistent ewlieni mat-tribunal de Seine (1954-1956); direttur tal-kabinet tal-Ministeru tal-Ġustizzja (1957-1958); prosekutur tar-Repubblika mat-Tribunal ta' Seine (1958-1961); konsulent tal-Cour de cassation (1961); spettur ġenerali tas-servizzi ġudizzjarji (1962); l-ewwel President tal-Cour d'appel ta' Pariġi (1962-1968); Avukat Ġenerali mal-Cour de cassation (1968-1976); Imħallef tal-Qorti tal-Ġustizzja mis-26 ta' Ottubru 1976 sas-6 ta' Ottubru 1982; miet fit-12 ta' Marzu 1990.

Daniel Šváby
Daniel Šváby

Imwieled fl-1951; Duttur tal-Liġi (Università ta' Bratislava); Imħallef fil-Qorti tal-Prim'Istanza ta' Bratislava; Imħallef fil-Qorti tal-Appell responsabbli għall-kawżi ta' dritt ċivili u Viċi-President tal-Qorti tal-Appell ta' Bratislava; Membru tas-Sezzjoni tad-dritt ċivili u tal-familja mal-Istitut tad-Dritt tal-Ministeru tal-Ġustizzja; Imħallef ad interim fil-Qorti Suprema responsabbli għal kawżi ta' dritt kummerċjali; Membru tal-Kummissjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (Strasbourg); Imħallef fil-Qorti Kostituzzjonali (2000-2004); Imħallef fil-Qorti tal-Prim'Istanza mit-12 ta' Mejju 2004 sas-6 ta' Ottubru 2009; Imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja mis-7 ta' Ottubru 2009.

Francesco CAPOTORTI
Francesco CAPOTORTI

Twieled f'Napli fid-9 ta' Frar 1925; ta' nazzjonalità Taljana; gradwat fil-liġi (Napli, 1945); assistent fl-Università ta' Napli (1946-1952); duttur fil-liġi internazzjonali (1951); assistent lecturer ta' dritt internazzjonali fl-Università ta' Napli (1951-1954); Professur Straordinarju ta' istituzzjonijiet ta' dritt pubbliku fl-Università ta' Cagliari (1954); Professur tad-dritt internazzjonali fl-Università ta' Bari (1955-1968); Professur ta' organizzazzjonijiet internazzjonali tal-Università ta' Napli (1968); direttur tal-Istitut tad-Dritt Pubbliku fil-fakultà tal-ekonomija u tal-kummerċ ta' din l-Università (1970); Professur tad-dritt internazzjonali privat fil-fakultà tax-xjenzi politiċi tal-Università ta' Ruma (1970-1976); Imħallef tal-Qorti tal-Ġustizzja mit-3 ta' Frar sas-6 ta' Ottubru 1976, wara Avukat Ġenerali mis-7 ta' Ottubru 1976 sas-6 ta' Ottubru 1982; miet fl-4 ta' April 2002.

Vilenas Vadapalas
Vilenas Vadapalas

Imwieled fl-1954; Duttur tal-Liġi mill-Università ta' Moska; duttur awtorizzat jgħallem il-liġi, Università ta' Varsavja; professur fl-Università ta' Vilnius: dritt internazzjonali (mill-1981), drittijiet tal-bniedem (mill-1991) u dritt Komunitarju (mill-2000); konsulent mal-Gvern għall-affarijiet barranin (1991-1993); membru tal-grupp ta' koordinazzjoni tad-delegazzjoni għan-negozjati għas-sħubija fl-Unjoni Ewropea, Direttur Ġenerali tad-Dipartiment tad-Dritt Ewropew tal-Gvern (1997-2004); professur tad-dritt Ewropew fl-Università ta' Vilnius u inkarigat mill-Kattedra Jean Monnet; President tal-Assoċjazzjoni Litwana għall-Istudji fuq l-Unjoni Ewropea; relatur tal-grupp ta' xogħol parlamentari għar-riforma kostituzzjonali dwar l-adeżjoni tal-Litwanja; Membru tal-Kummissjoni Internazzjonali tal-Ġuristi (April 2003); Imħallef fil-Qorti Ġenerali mit-12 ta' Mejju 2004 sad-16 ta' Settembru 2013.

Küllike Jürimäe
Küllike Jürimäe

Imwielda fl-1962; gradwata fil-liġi mill-Università ta' Tartu (1981-1986); Assistent tal-Prosekutur Pubbliku tar-Repubblika f'Talinn (1986-1991); gradwata mill-Iskola tad-Diplomazija tal-Estonja (1991-1992); konsulent ġuridiku (1991-1993) u Segretarja Eżekuttiva tat-Tribunal tal-Arbitraġġ tal-Kamra tal-Kummerċ u l-Industrija (1992-1993); Imħallef tal-Qorti tal-Appell ta' Talinn (1993-2004); Masters Ewropew fid-Drittijiet tal-Bniedem u fid-Demokratizzazzjoni, Universitajiet ta' Padova u ta' Nottingham (2002-2003); Imħallef fil-Qorti Ġenerali mit-12 ta' Mejju 2004 sal-23 ta' Ottubru 2013; Imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja mis-23 ta' Ottubru 2013.

Thymen KOOPMANS
Thymen KOOPMANS

Twieled fil-11 ta' Awwissu 1929 f'Amsterdam; ta' nazzjonalità Olandiża; duttur fil-liġi (Università ta' Amsterdam, 1953); avukat u prosekutur f'Haarlem (1953-1956); segretarju fil-Ministeru tal-Ġustizzja f'Aja (1956-1962); konsulent ġuridiku fis-servizz ġuridiku tal-Kunsill tal-KE (1962-1965); Professur (1965-1978), dekan tal-fakultà tal-liġi (1973-1975) fl-Università ta' Leyde; membru tal-Akkademja Rjali Olandiża tax-xjenzi (1978); konsulent tal-Hoge Raad (1978-1979); Imħallef tal-Ġustizzja mid-29 ta' Marzu 1979 sad-29 ta' Marzu 1990); miet fit-24 ta' Diċembru 2015.

Ole DUE
Ole DUE

Twieled fl-10 ta' Frar 1931; ta' nazzjonalità Daniża; direttur tal-Ministeru tal-Ġustizzja; konsulent ad interim tal-Qorti tal-Appell; membru tad-delegazzjoni Daniża fil-konferenza tal-Aja fuq id-dritt internazzjonali privat; Imħallef tal-Qorti tal-Ġustizzja mid-9 ta' Ottubru 1979 sas-6 ta' Ottubru 1988; President tal-Qorti tal-Ġustizzja mis-7 ta' Ottubru 1988 sas-6 ta' Ottubru 1994; miet fil-21 ta' Jannar 2005.

Ottó Czúcz
Ottó Czúcz

Imwieled fl-1946; Duttur tal-Liġi mill-Università ta' Szeged (1971); amministratur mal-Ministeru tax-Xogħol (1971-1974); lecturer u professur (1974-1989), dekan tal-Fakultà tal-Liġi (1989-1990), viċi-rettur (1992-1997) tal-Università ta' Szeged; avukat; membru tal-Presidium għall-Assigurazzjoni Nazzjonali dwar l-Irtirar; viċi-president tal-Istitut Ewropew tas-Sigurtà Soċjali (1998-2002); membru tal-kunsill tekniku tal-Assoċjazzjoni Internazzjonali tas-Sigurtà Soċjali; Imħallef fil-Qorti Ġenerali mit-12 Mejju, 2004 li Settembru 19, 2016.

Irena Wiszniewska-Białecka
Irena Wiszniewska-Białecka

Imwielda fl-1947; gradwata fil-liġi mill-Università ta' Varsavja (1965-1969); Riċerkatriċi (Assistenta, Amministratriċi tal-Konferenzi, Professur) mal-Istitut għax-Xjenzi Ġuridiċi, lecturer, professur assoċjat, professur fl-Akkademja għax-Xjenzi (1969-2004); riċerkatur fl-Istitut Max Planck tad-dritt internazzjonali dwar il-privattivi industrijali, dwar id-drittijiet tal-awtur u d-dritt tal-kompetizzjoni f'München (1985-1986); avukat (1992-2000); Imħallef fil-Qorti Suprema Amministrattiva (2001-2004); Imħallef fil-Qorti Ġenerali mit-12 Mejju, 2004 li Settembru 19, 2016.

Ulrich EVERLING
Ulrich EVERLING

Twieled f'Berlin fit-2 ta' Ġunju 1925; ta' nazzjonalità Ġermaniża; duttur fil-liġi, Università ta' Göttingen (1952); assenjat mad-Dipartiment legali tal-Ministeru Federali tal-Affarijiet Ekonomiċi (1953); kap tas-sezzjoni fid-Diviżjoni Ewropea tal-Ministeru Federali tal-Affarijiet Ekonomiċi (1958); kap tad-diviżjoni politika Ewropea (1970); lecturer (1971), Professur Onorarju (1975) fl-Università ta' Munster; membru tal-kumitat eżekuttiv tad-"Deutsche Wissenschaftliche Gesellschaft für Europarecht"; Membru tal-kunsill ta' amministrazzjoni tal-Istitut Max Planck għad-dritt pubbliku barrani u d-dritt internazzjonali f'Heidelberg; Imħallef tal-Qorti tal-Ġustizzja mis-6 ta' Ottubru 1980 sas-9 ta' Ottubru 1988.

Pieter VERLOREN van THEMAAT
Pieter VERLOREN van THEMAAT

Twieled fis-16 ta' Marzu 1916 f'Rotterdam; ta' nazzjonalità Olandiża; duttur fil-liġi, fl-Università ta' Leyde (1946); assenjat mal-Ministeru tal-Affarijiet ekonomiċi u mal-Ministeru tal-Affarijiet barranin, fosthom bħala konsulent ġenerali tal-Ministru u tad-Direttur tal-organizzazzjoni tas-suq (1945-1958); Direttur Ġenerali fil-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (1958-1967); Professur tad-dritt soċjali u ekonomiku fl-Università ta' Utrecht (1967-1981); Avukat Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja mill-4 ta' Ġunju 1981 sat-13 ta' Jannar 1986; miet fl-4 ta' Ġunju 2004.

Verica Trstenjak
Verica Trstenjak

Imwielda fl-1962; eżami ġudizzjarju (1987); dottorat fil-Liġi mill-Università taLjubljana (1995); Professur tat-Teorija tad-dritt u tal-Istat (duttrina) u tad-dritt privat (mill-1996); riċerkatriċi; studji dottorali fl-Università ta' Zurich, fl-istitut tad-dritt komparattiv tal-Università ta' Vjenna, fl-Istitut Max Planck tad-dritt internazzjonali privat f'Hamburg; fl-Università Ħielsa ta' Amsterdam (Vrije Universiteit ta' Amsterdam); visiting professor fl-Università ta' Vjenna, ta' Freiburg (Il-Ġermanja) u fl-iskola tad-dritt Bucerius f'Hamburg; Kap tas-Servizz Ġuridiku (1994-1996) u Segretarju tal-Istat fil-Ministeru tax-Xjenza u tat-Teknoloġija (1996-2000); Segretarju Ġenerali tal-Gvern (2000); membru tal-Grupp ta' Studju fuq il-Kodiċi Ċivili Ewropew (Study Group on European Civil Code) mill-2003; responsabbli għall-proġett ta' riċerka Humboldt (Humboldt Stiftung); pubblikazzjoni ta' aktar minn mitt artiklu u diversi kotba fuq id-dritt Ewropew u d-dritt privat; premju tal-Assoċjazzjoni tal-Avukati Sloveni bħala "Avukat tas-sena 2003"; membru tal-kunsill editorjali ta' diversi rivisti legali; Segretarju Ġenerali tal-Assoċjazzjoni tal-ġuristi Sloveni; membru ta' diversi assoċjazzjonijiet ta' ġuristi fosthom il-Gesellschaft für Rechtsvergleichung; Imħallef fil-Qorti tal-Prim'Istanza mis-7 ta' Lulju 2004 sas-6 ta' Ottubru 2006; Avukat Ġenerali fil-Qorti tal-Ġustizzja mis-7 ta' Ottubru 2006 sal-28 ta’ Novembru 2012.

Enzo Moavero Milanesi
Enzo Moavero Milanesi

Imwieled fl-1954; duttur fil-liġi (Università La Sapienza, Ruma); studji fid-dritt Komunitarju (Collège d'Europe, Bruges); irreġistrat fl-Avukatura, eżerċita l-professjoni ta' avukat (1978-1983); responsabbli tal-kors fid-Dritt Komunitarju tal-universitajiet La Sapienza, Ruma (1993-1996), Luiss, Ruma (1993-1996 u 2002-2006) u Bocconi (Milan) (1996-2000); Kunsillier għall-kwistjonijiet Komunitarji mal-Prim Ministru Taljan (1993-1995); uffiċjal mal-Kummissjoni Ewropea: kunsillier ġuridiku u sussegwentement kap tal-Uffiċċju tal-Viċi President (1989-1992), Kap ta' Kabinett tal-Kummissarju responsabbli għas-"Suq Intern" (1995-1999) u l-"Kompetizzjoni" (1999), direttur mad-Direttorat Ġenerali tal-Kompetizzjoni (2000-2002), Assistent Segretarju Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea (2002-2005), Direttur Ġenerali tal-Uffiċċju tal-Kunsillieri Politiċi (2006); Imħallef fil-Qorti Ġenerali mit-3 ta’ Mejju 2006 sal-15 ta’ Novembru 2011.

Simone ROZÈS
Simone ROZÈS

Twieled fid-29 ta' Marzu 1920 f'Pariġi; ta' nazzjonalità Franċiża; gradwat fil-liġi, diplomi fl-istudji superjuri tad-dritt pubbliku, tal-ekonomija politika u x-xjenzi politiċi; segretarju mal-Ministeru tal-Ġustizzja (1950); kap tal-Uffiċċju fil-kabinet tal-Ministeru tal-Ġustizzja (1958); viċi-president tat-Tribunal de grande instance ta' Pariġi (1969); direttur mal-Ministeru tal-Ġustizzja (1973); amministratur tal-Iskola Nazzjonali tal-maġistratura (1974); President tat-Tribunal de grande instance ta' Pariġi (1976); Avukat Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja mit-18 ta' Marzu 1981 sat-13 ta' Frar 1984.

Fernand GRÉVISSE
Fernand GRÉVISSE

Twieled fit-28 ta' Ġunju 1924; ta' nazzjonalità Franċiża; uffiċjal, wara Avukat tal-Conseil d'État ta' Franza; direttur fil-Ministeru tal-Ġustizzja; Direttur Ġenerali tal-Ilmijiet u l-Foresti; Direttur Ġenerali tas-Segretarjat Ġenerali tal-Gvern; Avukat Anzjan tal-Istat; President tal-ewwel sub-diviżjoni tas-sezzjoni tal-Kontenzjuż; Professur tal-Istitut ta' studji politiċi, President tas-sezzjoni tax-xogħlijiet pubbliċi tal-Conseil d'État; Imħallef tal-Qorti tal-Ġustizzja mill-4 ta' Ġunju 1981 sas-6 ta' Ottubru 1982 u mis-7 ta' Ottubru 1988 sas-6 ta' Ottubru 1994; miet fil-11 ta' Jannar 2002.

Nils Wahl
Nils Wahl

Imwieled fl-1961; Master fil-liġi, duttur fil-liġi, Università ta' Stokkolma (1995), Professur assoċjat (għalliem) u inkarigat mill-Kattedra Jean Monnet tad-dritt Ewropew (1995), Professur tad-Dritt Ewropew, Università ta' Stokkolma (2001); Direttur Ġenerali ta' Fondazzjoni li taħdem fil-qasam tat-Taħriġ (1993-2004); President tal-Assoċjazzjoni Svediża Nätverket för europarättslig forskning (Assoċjazzjoni Svediża għall-istudji tad-dritt Komunitarju) (2001-2006); Membru tar-Rådet för konkurrensfrågor (Kunsill għall-kwistjonijiet tal-kompetizzjoni, 2001-2006); Imħallef fil-Qorti Ġenerali mis-7 ta' Ottubru 2006 sat-28 ta' Novembru 2012; Avukat Ġenerali fil-Qorti tal-Ġustizzja mit-28 ta' Novembru 2012.

Alexandros CHLOROS
Alexandros CHLOROS

Twieled f'Ateni fil-15 ta' Awwissu 1926; ta' nazzjonalità Griega; gradwat fil-filosofija tad-dritt, Università ta' Oxford; assistent lecturer fil-University College of Wales Aberystwyth (1954), wara fil-King's College ta' Londra (1959); Professur tad-dritt komparattiv fl-Università ta' Londra (1966); duttur fil-liġi "LL.D." fl-Università ta' Londra (1972); direttur taċ-Ċentru tad-dritt Ewropew tal-King's College (1974); Imħallef tal-Qorti tal-Ġustizzja mit-12 ta' Jannar 1981 sal-15 ta' Novembru 1982, id-data tal-mewt tiegħu.

Teodor Tchipev
Teodor Tchipev

Imwieled fl-1940; gradwat fid-dritt mill-Università St Kliment Ohridski ta' Sofia (1961); dottorat fid-dritt (1977); avukat (1963-1964); konsulent legali fi ħdan l-impriża tal-Istat għat-trasport bit-triq internazzjonali (1964-1973); lecturer fl-Istitut ta' Dritt tal-Akkademja tax-Xjenzi Bulgara (1973-1988); lecturer dwar il-proċedura ċivili tal-fakultà tad-dritt tal-Università St Kliment Ohridski ta' Sofia (1988-1991); arbitru fil-Qorti ta' Arbitraġġ tal-Kamra tal-Kummerċ u tal-Industrija (1988-2006); Imħallef fil-Qorti Kostituzzjonali (1991-1994); professur assoċjat fl-Università Paissiy Hilendarski ta' Plovdiv (Frar 2001-2006); Ministru tal-Ġustizzja (1994-1995); lecturer dwar il-proċedura ċivili fl-Università Ġdida Bulgara ta' Sofia (1995-2006); Imħallef fil-Qorti Ġenerali mit-12 ta' Jannar 2007 sad-29 ta' Ġunju 2010.

Gordon SLYNN
Gordon SLYNN

Twieled fis-17 ta' Frar 1930; ta' nazzjonalità Britannika; barrister, Master of the Bench, wara Treasurer, Gray's Inn; Avukat tal-Istat; Junior Counsel fil-Ministeru tax-Xogħol, Junior u Leading Counsel Ewlieni fit-Treasury; Recorder; Imħallef tal-High Court (Queen's Bench Division); President tal-Employment Appeal Tribunal; Visiting Professor, University of Durham, Comell (l-Istati Uniti), Mercer (l-Istati Uniti), King's College, London; Avukat Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja mis-26 ta' Frar 1981 sas-6 ta' Ottubru 1988; Imħallef mis-7 ta' Ottubru 1988 sal-10 ta' Marzu 1992; miet fid-7 ta' April 2009.

Valeriu M. Ciucă
Valeriu M. Ciucă

imwieled fl-1960; gradwat fid-dritt (1984), dottorat fid-dritt (1997) (Università Alexandre Jean Cuza ta' Iaşi); Imħallef fil-Qorti tal-Prim'Istanza ta' Suceava (1984-1989); Imħallef militari fil-Qorti Militari ta' Iaşi (1989-1990); professur fl-Università Alexandre Jean Cuza ta' Iaşi (1990-2006); borża ta' studju ta' speċjalizzazzjoni fid-dritt privat fl-Università ta' Rennes (1991-1992); president ta' konferenza fl-Università Petre Andrei ta' Iaşi (1999-2002); professur soċju fl-Università tal-Littoral Côte d'Opale (LAB. RII) (2006); Imħallef fil-Qorti Ġenerali mit-12 ta' Jannar 2007 sad-26 ta' Novembru 2010.

Kai BAHLMANN
Kai BAHLMANN

Twieled fid-29 ta' Jannar 1927 f'Düsseldorf; ta' nazzjonalità Ġermaniża; studji fil-liġi, fl-Universitajiet ta' Köln, Bonn u Freiburg (1947-1951); "Gerichtsreferendar" (1952-1956), wara "GerichtImħallef" (1956) fil-Oberlandesgericht ta' Köln; kollaboratur xjentifiku fil-Bundesverfassungsgericht (1958-1960); Landsgerichtsrat fil-Landgericht ta' Köln (1959); uffiċjal pubbliku (1961), direttur tad-Diviżjoni tad-dritt pubbliku (1969) fil-Ministeru federali tal-Ġustizzja; Imħallef tal-Qorti tal-Ġustizzja mis-7 ta' Ottubru 1982 sas-6 ta' Ottubru 1988; miet fil-287 ta' Mejju 2009.

Santiago Soldevila Fragoso
Santiago Soldevila Fragoso

Imwieled fl-1960; gradwat fid-Dritt mill-Università Autónoma de Barcelona (1983); Imħallef (1985); mill-1992 Maġistrat speċjalizzat fil-qasam amministrattiv, fejn serva fit-Tribunal Superior de Justicia de Canarias, Santa Cruz de Tenerife (1992 u 1993), u fl-Audiencia Nacional (Madrid, Mejju 1998 sa Awwissu 2007), fejn iddeċieda appelli fil-qasam fiskali (VAT), u r-rikorsi diretti kontra d-dispożizzjonijiet leġiżlattivi ġenerali tal-Ministru tal-Ekonomija u d-deċiżjonijiet tiegħu fuq għajnuna mill-Istat jew responsabbiltà patrimonjali tal-amministrazzjoni; kif ukoll dawk imressqa kontra l-ftehim kollu tar-regolaturi ekonomiċi ċentrali fil-qasam bankarju, tal-borża, tal-enerġija, tal-assigurazzjoni, u antitrust; référendaire fil-Qorti Kostituzzjonali (1993-1998); Imħallef fil-Qorti Ġenerali mis-17 ta' Settembru 2007 sad-16 ta' Settembru 2013.

G. Federico MANCINI
G. Federico MANCINI

Twieled fit-23 ta' Diċembru 1927; ta' nazzjonalità Taljana; Professur tad-dritt tax-xogħol (Urbino, Bologna, Ruma), tad-dritt privat komparattiv (Bologna); membru tal-Kunsill Superjuri tal-maġistratura (1976-1981); Avukat Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja (1982-1988); Imħallef mis-7 ta' Ottubru 1988 sal-21 ta' Lulju 1999, id-data tal-mewt tiegħu.

Laurent Truchot
Laurent Truchot

Imwieled fl-1962; lawreat mill-Institut d'études politiques de Paris (1984); gradwat mill-École nationale de la magistrature (1986-1988); Imħallef tat-tribunal de grande instance de Marseille (Jannar 1988 - Jannar 1990); maġistrat fl-amministrazzjoni tal-kawżi ċivili u tal-Ministeru tal-Ġustizzja (Jannar 1990 - Ġunju 1992); assistent amministratur, imbagħad amministratur għad-diviżjoni ġenerali tal-kompetizzjoni, tal-konsum u tal-eliminazzjoni tal-frodi fil-Ministeru tal-Ekonomija, tal-Finanzi u tal-Industrija (Ġunju 1992 - Settembru 1994); kunsillier tekniku tal-gwardjan tas-siġilli, Ministru tal-Ġustizzja (Settembru 1994 - Mejju 1995); Imħallef tat-tribunal de grande instance de Nîmes (Mejju 1995 - Mejju 1996); référendaire fil-Qorti tal-Ġustizzja għall-Avukat Ġenerali Léger (Mejju 1996 - Diċembru 2001); référendaire konsulent għall-qorti ta' kassazzjoni (Diċembru 2001 - Awwissu 2007); Imħallef fil-Qorti Ġenerali mis-17 ta' Settembru 2007 sad-16 ta' Settembru 2013.

Kevin O
Kevin O'Higgins

Imwieled fl-1946; studja fil-Crescent College ta' Limerick, fil-Clongowes Wood College, fil-University College Dublin (B.A. degree and Diploma in European Law) fil-Kings Inns; sar membru tal-avukatura tal-Irlanda fl-1968; barrister (1968-1982); Senior Counsel (Inner Bar of Ireland, 1982-1986); Imħallef tas-Circuit court (1986-1997); Imħallef tal-High Court tal-Irlanda (1997-2008); Bencher of King's Inns; rappreżentat Irlandiż fil-Kunsill konsultattiv tal-qrati Ewropej (2000-2008); Imħallef tal-Qorti Ġenerali mill-15 ta' Settembru 2008 sad-16 ta' Settembru 2013.

Yves GALMOT
Yves GALMOT

Twieled fil-5 ta' Jannar 1931 f'Pariġi; ta' nazzjonalità Franċiża; gradwat fil-liġi, diploma fl-istudji superjuri tad-dritt pubbliku; diploma tal-ENA (1956); uffiċjal fil-Conseil d'État (1956); kap ta' proġett, wara sar konsulent tekniku fil-kabinet tal-Kummissjoni Għolja taż-żagħżagħ u tal-isports (1961); Avukat tal-Conseil d'État (1962); kummissarju tal-gvern fl-Assemblea Ġenerali tal-Kontenzjuż tal-Conseil d'État (1964-1968); Segretarju Ġenerali Aġġunt, wara Segretarju Ġenerali tal-impriża tal-minjieri u tal-kimika (1970-1974); direttur amministrattiv u finanzjarju tal-Istitut ta' riċerka u ta' koordinazzjoni akustika/mużikali (IRCAM) fiċ-Ċentru Beaubourg (mill-1974); Avukat Anzjan tal-Istat (Ġunju 1981); konsulent legali tal-impriża tar-riċerka u l-attivitatjiet relatati maż-żejt (Ottubru 1981-1982); Imħallef tal-Qorti tal-Ġustizzja mis-7 ta' Ottubru 1982 sas-6 ta' Ottubru 1988.

Andrei Popescu
Andrei Popescu

Imwieled fl-1948; iggradwat fil-liġi mill-università ta' Bukarest (1971); studji post-universitarji fid-dritt internazzjonali tax-xogħol u fid-dritt soċjali Ewropew, università ta' Genève (1973-1974); dottorat fid-dritt mill-università ta' Bukarest (1980); assistent għalliem stagiaire (1971-1973), assistent għalliem permanenti (1974-1985), imbagħad għalliem responsabbli għall-kors dwar id-dritt tax-xogħol fl-università ta' Bukarest (1985-1990); riċerkatur prinċipali fl-Istitut ta' riċerka xjentifika fil-qasam tax-xogħol u tal-protezzjoni soċjali (1990-1991); assistent direttur ġenerali (1991-1992), imbagħad direttur (1992-1996) fil-Ministeru tax-Xogħol u tal-Protezzjoni Soċjali; għalliem ewlieni (1997), imbagħad għalliem professur fl-Iskola nazzjonali ta' studji politiċi u amministrattivi, Bukarest (2000); Segretarju tal-Istat fil-Ministeru tal-Integrazzjoni Ewropea (2001-2005); Kap ta' dipartiment fil-Kunsill leġiżlattiv tar-Rumanija (1996-2001 u 2005-2009); direttur fundatur tar-Rivista Rumena tad-dritt Ewropew; President tal-Għaqda Rumena tad-dritt Ewropew (2009-2010); aġent tal-Gvern Rumen quddiem il-Qrati tal-Unjoni Ewropea (2009-2010); Imħallef fil-Qorti Ġenerali sa 26 Nov 2010 sa 19 Settembru, 2016.)

Constantinos KAKOURIS
Constantinos KAKOURIS

Twieled fis-16 ta' Marzu 1919; ta' nazzjonalità Ġriega, avukat (Ateni); relatur u wara Avukat tal-Conseil d'État; Avukat Anzjan tal-Istat; President tal-Qorti tal-kwistjonijiet tal-Maġistrati tat-Tribunali u l-Qrati Superjuri; Membru tal-Qorti Suprema Speċjali; spettur ġenerali tat-Tribunali amministrattivi; membru tal-Kunsill Superjuri tal-maġistratura; President tal-Kunsill superjuri tal-Ministeru tal-Affarjiet Barranin; Imħallef tal-Qorti tal-Ġustizzja mill-14 ta' Marzu 1983 sas-6 ta' Ottubru 1997; miet fit-23 ta' Marzu 2000.

Carl Otto LENZ
Carl Otto LENZ

Twieled fil-5 ta' Ġunju 1930; ta' nazzjonalità Ġermaniża ; avukat; nutar; Segretarju Ġenerali tal-Grupp Demokratiku Kristjan fil-Parlament Ewropew; deputat (Bundestag); President tal-kummissjoni ġuridika u l-kummissjoni għall-affarijiet barranin tal-Bundestag; Professur Onorarju tad-dritt Ewropew fl-Università ta' Sarre (1990); Avukat Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja mill-11 ta' Jannar 1984 sas-6 ta' Ottubru 1997.

Carl Wetter
Carl Wetter

Imwieled fl-1949; gradwat fl-ekonomija (Bachelor of Arts, 1974) u fid-dritt (Master of Laws, 1977) mill-Università ta' Uppsala; amministratur fil-Ministeru tal-Affarijiet Barranin (1977); membru tal-Avukatura Svediża (mill-1983); membru tal-grupp ta' ħidma Svediż fuq id-dritt tal-kompetizzjoni tal-Kamra tal-Kummerċ Internazzjonali (ICC); għalliem tad-dritt tal-kompetizzjoni (Universitajiet ta' Lund u ta' Stokkolma); awtur ta' numru ta' pubblikazzjonijiet; Imħallef fil-Qorti Ġenerali mit-Marzu 18, 2013 biex 19 Settembru, 2016.

Hans Jung
Hans Jung

Imwieled fl-1944; ta' nazzjonalità Ġermaniża; assistent u wara assistent professur fil-Fakultà tal-Liġi (Berlin); avukat (Frankfurt); ġurist lingwist mal-Qorti tal-Gustizzja; référendaire mal-President Kutscher tal-Qorti tal-Ġustizzja u wara tal-Imħallef Ġermaniż tal-Qorti tal-Ġustizzja; Assistent Registratur tal-Qorti tal-Ġustizzja; Reġistratur tal-Qorti tal-Prim'Istanza mill-10 ta' Ottubru 1989 sal-5 ta' Ottubru 2005; miet fil-26 ta' Settembru 2009.

Thomas Francis O
Thomas Francis O'HIGGINS

Twieled fil-31 ta' Lulju 1916 f'Cork; ta' nazzjonalità Irlandiża; studji fid-dritt (University College et King's Inn, Dublin); barrister (1938); Avukat Anzjan (1954); membru ta' "Dail Eireann" (1948-1973); Ministru tas-Saħħa (1954-1957); kandidat għall-presidenza tal-Irlanda (1966 et 1973); Imħallef fil-High Court (1973); Prim' Imħallef (1974); Imħallef tal-Qorti tal-Ġustizzja mis-16 ta' Jannar 1985 sas-6 ta' Ottubru 1991; miet fil-25 ta' Frar 2003.

Marco DARMON
Marco DARMON

Twieled fis-26 ta' Jannar 1930; ta' nazzjonalità Franċiża; Maġistrat fil-Ministeru tal-Ġustizzja; inkarigat mit-tagħlim fil-fakultà tad-Dritt ta' Pariġi 1; direttur aġġunt fil-kabinet tal-Ministru tal-Ġustizzja; President ta' Awla fil-Cour d'appel ta' Pariġi; direttur tal-affarjiet ċivili u tas-Siġilli; Avukat Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja mit-13 ta' Frar 1984 sas-6 ta' Ottubru 1994.

René JOLIET
René JOLIET

Twieled fis-17 ta' Jannar 1938; ta' nazzjonalità Belġjana; Professur (1974-1984) u Professur Straordinarju (mill-1984), fakultà tal-liġi, Università ta' Liège (dritt tal-Komunitajiet Ewropej); Professur Belġjan fil-King's College, Londra (1977); Professur estern : Università ta' Nancy (1971-1978), Europa Instituut tal-Università ta' Amsterdam (1976-1985), Università Kattolika ta' Louvain-la-Neuve (1980-1982) u Northwestern University de Chicago (1974 et 1983); inkarigat mit-tagħlim tad-dritt Ewropew tal-kompetizzjoni fil-Collège d'Europe fi Bruges (1979-1984); Imħallef tal-Qorti tal-Ġustizzja mill-10 ta' April 1984 sal-15 ta' Lulju 1995, id-data tal-mewt tiegħu.

Fernand SCHOCKWEILER
Fernand SCHOCKWEILER

Twieled fil-15 ta' Ġunju 1935; ta' nazzjonalità Lussemburgiża; Ministeru tal-Ġustizzja; attaché tal-Gvern tal-ewwel kategorija; delegat tal-Gvern fil-Kumitat tal-Kontenzjuż tal-Conseil d'État; konsulent ewlieni tal-Gvern fil-Ministeru tal-Ġustizzja; Imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja mis-7 ta' Ottubru 1985 sal-1 ta' Ġunju 1996, id-data tal-mewt tiegħu.

Jean MISCHO
Jean MISCHO

Twieled fis-7 ta' Settembru 1938; ta' nazzjonalità Lussemburgiża; studji fid-dritt u x-xjenzi politiċi fl-Universitajiet ta' Montpellier, Pariġi u Cambridge; Membru tas-servizz ġuridiku tal-Kummissjoni, amministratur prinċipali fil-kabinet ta' żewġ membri tal-Kummissjoni; okkupa postijiet differenti ta' responsabbiltà fi ħdan il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin tal-Gran Dukat; eżerċita l-funzjonijiet ta' rappreżentant permanenti aġġunt tal-Gran Dukat ta' Lussemburgu fil-Komunitajiet Ewropej; Avukat Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja mit-13 ta' Jannar 1986 sas-6 ta' Ottubru 1991 u mid-19 ta' Diċembru 1997 sas-6 ta' Ottubru 2003; miet fil-10 ta' Mejju 2016.

José Carlos de CARVALHO MOITINHO de ALMEIDA
José Carlos de CARVALHO MOITINHO de ALMEIDA

Twieled fis-17 ta' Marzu 1936; ta' nazzjonalità Portugiża; Spettur tat-Tribunal de Apelación ta' Lisbona; kap tal-kabinet tal-Ministru tal-Ġustizzja; assistent tal-Avukat Ġenerali tar-Repubblika; direttur tal-kabinet tad-dritt Ewropew; Professur tad-dritt Komunitarju (Lisbona); Imħallef tal-Qorti tal-Ġustizzja mill-31 ta' Jannar 1986 sas-6 ta' Ottubru 2000.

Gil Carlos RODRIGUEZ IGLÉSIAS
Gil Carlos RODRIGUEZ IGLÉSIAS

Twieled fis-26 ta' Mejju 1946; ta' nazzjonalità Spanjola; assistent, wara Professur (l-universitajiet ta' Oviedo, ta' Freiburg-en-Brisgau, l-Università Libera ta' Madrid, Complutense ta' Madrid u ta' Granada); Professur fid-dritt internazzjonali pubbliku (Granada); Imħallef tal-Qorti tal-Ġustizzja mill-31 ta' Jannar 1986 sas-6 ta' Ottubru 2003, President mis-7 ta' Ottubru 1994 sas-6 ta' Ottubru 2003.

Manuel DIEZ de VELASCO
Manuel DIEZ de VELASCO

Twieled fit-22 ta' Mejju 1926; ta' nazzjonalità Spanjola; Professur anzjan (catedratico) tad-dritt internazzjonali pubbliku u privat tal-universitajiet ta' Granada, ta' Barcelona u l-Università Libera ta' Madrid; Professur (catedratico) tad-dritt internazzjonali pubbliku tal-Università Complutense ta' Madrid; Maġistrat-Imħallef tal-Tribunal Constitucional (1980-1986); konsulent elettiv tal-Consejo de Estado; membru (académico de número) tar-Real Academia de Jurisprudencia (Madrid); Imħallef tal-Qorti tal-Ġustizzja mis-7 ta' Ottubru 1998 sas-6 ta' Ottubru 1994; miet fil-20 ta' Ottubru 2009.

Manfred ZULEEG
Manfred ZULEEG

Twieled fil-21 ta' Marzu 1935; ta' nazzjonalità Ġermaniża; assistent xjentifiku fl-Istitut ta' studji tad-dritt Ewropew (Köln); Professur tad-dritt pubbliku, tad-dritt internazzjonali pubbliku u tad-dritt Ewropew fl-Università ta' Bonn u f'dik ta' Frankfurt; Imħallef tal-Qorti tal-Ġustizzja mis-7 ta' Ottubru 1988 sas-6 ta' Ottubru 1994; miet fl-1 ta' Ġunju 2015.

Walter VAN GERVEN
Walter VAN GERVEN

Twieled fil-11 ta' Mejju 1935; ta' nazzjonalità Belġjana; Professur fl-Università Kattolika ta' Leuven (KUL), fl-Università ta' Chicago u fl-Università ta' Amsterdam (UvA); viċi-rettur u membru tal-kunsill akkademiku tal-bord amministrattiv tal-KUL; avukat (Dendermonde, Leuven, Brussell); President tal-Kummissjoni Bankarja; Avukat Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja mis-7 ta' Ottubru 1988 sas-6 ta' Ottubru 1994; miet fl-8 ta' Ġunju 2015.

Francis Geoffrey JACOBS
Francis Geoffrey JACOBS

Imwieled fl-1939; Barrister; Queen's Counsel; Uffiċjal mas-Segretarjat tal-Kummissjoni Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem; Référendaire mal-Avukat Ġenerali J. -P. Warner ; Professur tad-Dritt Ewropew, Università ta' Londra; Direttur tas-Centre of European Law tal-King's College, Londra; Awtur ta' diversi xogħolijiet dwar id-Dritt Ewropew; Avukat Ġenerali mal-Qorti tal-Ġustizzja mis-7 ta' Ottubru 1988 sal-10 ta' Jannar 2006.

Giuseppe TESAURO
Giuseppe TESAURO

Twieled fil-15 ta' Novembru 1942; ta' nazzjonalità Taljana; Professur tad-dritt internazzjonali u tad-dritt Komunitarju fl-Università ta' Napli; avukat fil-Corte di cassazione; membru tal-Kunsill tal-Kontenzjuż Diplomatiku tal-Ministeru tal-Affarjiet Barranin; Avukat Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja mis-7 ta' Ottubru 1988 sal-4 ta' Marzu 1998.

Paul Joan George KAPTEYN
Paul Joan George KAPTEYN

Twieled fil-31 ta' Jannar 1928; ta' nazzjonalità Olandiża; uffiċjal pubbliku fil-Ministeru tal-Affarijiet barranin; Professur tad-dritt tal-organizzazzjonijiet internazzjonali (Utrecht, Leiden); membru tar-Raad van State; President tas-sezzjoni ġudizzjarja tar-Raad van State; membru tal-Akkademja Rjali tax-Xjenzi; membru tal-kunsill ta' amministrazzjoni tal-Akkademja tad-Dritt Internazzjonali tal-Aja; Imħallef tal-Qorti tal-Ġustizzja mid-29 ta' Marzu 1990 sas-6 ta' Ottubru 2000.

Claus Christian GULMANN
Claus Christian GULMANN

Twieled fil-31 ta' Jannar 1928; ta' nazzjonalità Olandiża; uffiċjal pubbliku fil-Ministeru tal-Affarijiet barranin; Professur tad-dritt tal-organizzazzjonijiet internazzjonali (Utrecht, Leiden); membru tar-Raad van State; President tas-sezzjoni ġudizzjarja tar-Raad van State; membru tal-Akkademja Rjali tax-Xjenzi; membru tal-kunsill ta' amministrazzjoni tal-Akkademja tad-Dritt Internazzjonali tal-Aja; Imħallef tal-Qorti tal-Ġustizzja mid-29 ta' Marzu 1990 sas-6 ta' Ottubru 2000.

John L. MURRAY
John L. MURRAY

Twieled fis-17 ta' Ġunju 1943; ta' nazzjonalità Irlandiża; barrister (1967), wara Avukat Anzjan (1981): ipprattika ta' avukat quddiem l-avukatura tal-Irlanda; Avukat Ġenerali (1987); kien membru tal-Council of State; kien membru tal-Bar Council of Ireland; bencher tal-Honourable Society of King's Inn's; Imħallef tal-Ġustizzja mis-7 ta' Ottubru 1991 sal-5 ta' Ottubru 1999.

David Alexander Ogilvy EDWARD
David Alexander Ogilvy EDWARD

Twieled fl-14 ta' Novembru 1934; ta' nazzjonalità Britannika; avukat (l-Iskozja); Avukat tal-Istat (l-Iskozja); segretarju, wara Teżorier tal-Fakultà tal-Avukati; President tal-Kunsill Konsultattiv tal-Avukatura tal-Komunità Ewropea; Professur Salvesen tal-Istituzzjonijiet Ewropej u d-Direttur tal-Europa Institute, Università ta' Edinburgh; Konsulent Speċjali tal-House of Lords Select Committee on the European Communities; Bencher Onorarju ta' Gray's Inn, Londra; Imħallef tal-Qorti tal-Prim'Istanza mill-25 ta' Settembru 1989 sad-9 ta' Marzu 1992; Imħallef tal-Qorti tal-Ġustizzja mill-10 ta' Marzu 1992 sas-7 ta' Jannar 2004.

Antonio Mario LA PERGOLA
Antonio Mario LA PERGOLA

Imwieled fl-1931; professur tad-dritt kostituzzjonali u tad-dritt pubbliku ġenerali u komparattiv (l-universitajiet ta' Padova, ta' Bologna u ta' Ruma); membru tal-kunsill superjuri tal-maġistratura (1976-1978); membru tal-Qorti Kostituzzjonali u President tal-Qorti Kostituzzjonali (1986-87); ministru għall-Politika Komunitarja (1987-1989); membru tal-Parlament Ewropej (1989-1994); imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja mis-7 ta' Ottubru 1994 sal-31 ta' Diċembru 1994; avukat ġenerali mal-Qorti tal-Ġustizja mill-1 ta' Jannar 1995 sal-14 ta' Diċembru 1999; imħallef tal-Qorti tal-Ġustizzja mill-15 ta' Diċembru 1999 sat-3 ta' Mejju 2006; miet fl-18 ta' Ġunju 2007.

Georges COSMAS
Georges COSMAS

Twieled fl-14 ta' Lulju 1932; ta' nazzjonalità Griega; avukat f'Ateni; uffiċjal fil-Conseil d'État fl-1963; Avukat tal-Conseil d'État fl-1973 u Avukat Anzjan tal-Istat (1982-1994); Membru tal-Qorti speċjali li tiddeċiedi fuq kwistjonijiet kontra l-Maġistrati; membru tal-Qorti Suprema Speċjali li, skont il-Kostituzzjoni Griega, hija kompetenti li tarmonizza l-ġurisprudenza tat-tlett iqrati supremi tal-pajjiż u tassigura l-kontroll ġurisdizzjonali tal-validità tal-elezzjonijiet leġiżlattivi kif ukoll tal-elezzjonijiet Ewropej; membru tal-Kunsill superjuri tal-maġistratura; membru tal-Kunsill superjuri tal-Ministeru tal-affarijiet Barranin; President tat-Tribunal tat-Tieni Istanza tat-trade marks; President tal-Kumitat Speċjali għall-preparazzjoni tal-liġijiet tal-Ministeru tal-Ġustizzja; Avukat Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja mis-7 ta' Ottubru 1994 sas-6 ta' Ottubru 2000.

Jean-Pierre PUISSOCHET
Jean-Pierre PUISSOCHET

Imwieled fl-1936; Conseiller d'État (Franza); direttur, mbagħad direttur ġenerali għas-servizzi ġuridiċi tal-Kunsill tal-Komunitajiet Ewropej (1968-1973) ; direttur ġenerali tal-Aġenzija Nazzjonali għax-Xogħol (1973-1975) ; direttur tal-amministrazzjoni ġenerali fil-Ministeru tal-Industrija (1977-1979) ; direttur tal-affarijiet ġuridiċi fl-OECD (1979-1985); direttur tal-Istitut Internazzjonali tal-Amministrazzjoni Pubblika (1985-1987) - juris-consult, direttur tal-affarijiet ġudizzjarji fil-Ministeru tal-Affarijiet Barranin (1987-1994); imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja mis-7 ta' Ottubru 1994 sas-6 ta' Ottubru 2006.

Philippe LÉGER
Philippe LÉGER

Imwieled fl-1938; maġistrat fil-Ministeru tal-Ġustizzja (1966-1970); kap tal-kabinett, mbagħad kunsillier tekniku fil-kabinett tal-Ministru għall-Kwalità tal-Ħajja fl-1976 ; kunsillier tekniku fil-kabinett tal-Garde des Sceaux (1976-1978) ; direttur aġġunt tal-affarijiet kriminali u tal-grazzji (1978-1983) ; kunsillier fil-qorti tal-appell ta' Parigi (1983-1986); deputat direttur tal-kabinett tal-Garde des Sceaux, Ministru tal-Ġustizzja (1986); president tat-Tribunal de Grande Instance ta' Bobigny (1986-1993); direttur tal-kabinett tal-Ministru tal-Istat, Garde des Sceaux, Ministru tal-Ġustizzja u avukat ġenerali fil-qorti tal-appell ta' Parigi (1993-1994); professur assoċjat fl-università René Descartes (Paris V) (1988-1993) ; avukat ġenerali fil-Qorti tal-Ġustizzja mis-7 ta' Ottubru 1994 sas-6 ta' Ottubru 2006.

Günter HIRSCH
Günter HIRSCH

Twieled fit-30 ta' Jannar 1943; ta' nazzjonalità Ġermaniża; direttur fil-Ministeru tal-Ġustizzja tal-Land tal-Bavarja; President tal-Verfassungsgerichthofs tal-Freistaats Sachsen u tal-Oberlandesgerichts ta' Dresden (1992-1994); Professur Onorarju tad-dritt Ewropew u tad-dritt tal-mediċina fl-Università ta' Sarrebruck; Imħallef tal-Qorti tal-Ġustizzja mis-7 ta' Ottubru 1994 sal-14 ta' Lulju 2000.

Michael Bendik ELMER
Michael Bendik ELMER

Twieled fis-26 ta' Frar 1949; ta' nazzjonalità Daniża; uffiċjal pubbliku fil-Ministeru tal-Ġustizzja f'Copenhagen (mill-1973); kap ta' diviżjoni fil-Ministeru tal-Ġustizzja (1982-1987 u 1988-1991); Imħallef fl-Østre Landsret (Qorti tal-Appell tal-Lvant) (1987-1988); viċi-president ta' "Sø- et Handelsretten" (Qorti Marittima u Kummerċjali) (1988); delegat tal-Ministeru tal-Ġustizzja għad-dritt Komunitarju u għad-drittijiet tal-bniedem (1991-1994); Avukat Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzzja mis-7 ta' Ottubru 1994 sat-18 ta' Diċembru 1997.

Peter JANN
Peter JANN

Imwieled fl-1953 ; dottorat fil-liġi fl-Università ta' Vjenna (1957) ; nominat bħala mħallef u assenjazzjoni fil-Ministeru Federali tal-Ġustizzja (1961); imħallef fil-qasam ta' l-istampa fis-Straf-Bezirksgericht ta' Vjenna (1963-1966); kelliem għall-Ministeru Federali tal-Ġustizzja (1966-1970); wara wettaq funzjonijiet fid-diviżjoni nternazzjonali fl-istess ministeru; kunsillier għall-Kummissjoni tal-Ġustizzja u kelliem fil-Parlament (1973-1978) nominat bħala membru tal-Qorti Kostituzzjonali (1978) ; imħallef rapporteur permanenti f`din il-Qorti sa l-aħħar ta' l-1994; Imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja mid-19 ta' Jannar 1995 sas-6 ta' Ottubru 2009.

Hans RAGNEMALM
Hans RAGNEMALM

Twieled fit-30 ta' Marzu 1940; ta' nazzjonalità Żvediża; duttur fil-liġi u Professur tad-dritt pubbliku fl-Università ta' Lund; Professur tad-dritt pubbliku u dekan fl-Università ta' Stokkolma; Ombudsman Parlamentari; Imħallef tal-Qorti Suprema amministrattiva; Imħallef tal-Qorti tal-Ġustizzja mit-19 ta' Jannar 1995 sas-6 ta' Ottubru 2000; miet fl-7 ta' Awwissu 2016.

Leif SEVÓN
Leif SEVÓN

Twieled fil-31 ta' Ottubru 1941; ta' nazzjonalità Finlandiża; duttur fil-liġi (OTL) mil-Università ta' Ħelsinki; direttur fil-Ministeru tal-Ġustizzja; konsulent tal-amminisrazzjoni tal-kummerċ fil-Ministeru tal-Affarijiet Barranin; Imħallef tal-Qorti Suprema; Imħallef tal-Qorti EFTA; President tal-Qorti EFTA; Imħallef tal-Qorti tal-Ġustizzja mit-19 ta' Jannar 1995 sas-16 ta' Jannar 2002.

Nial FENNELLY
Nial FENNELLY

Twieled fit-3 ta' Mejju 1942; ta' nazzjonalità Irlandiża; Master of Arts fix-xjenzi ekonomiċi tal-University College, Dublin; barrister at Law; Avukat Anzjan; President tal-"Legal Air Board" u tal-Bar Council; Avukat Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-19 ta' Jannar 1995 sas-6 ta' Ottubru 2000.

Dámaso RUIZ-JARABO COLOMER
Dámaso RUIZ-JARABO COLOMER

Imwieled fl-1949; imħallef ; maġistrat fil-Consejo General Del Poder Judicial (Kunsill superjuri tal-maġistratura); professur; kap tal-kabinett tal-president tal-Kunsill tal-Maġistratura; imħallef ad hoc tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem; maġistrat tat-Tribunal Suprem mill-1996; Avukat ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja mis-19 ta' Jannar 1995 sal-12 ta' Novembru 2009, id-data tal-mewt tiegħu.

Romain SCHINTGEN
Romain SCHINTGEN

Imwieled fl-1939; studja fil-fakultajiet tal-liġi u tax-xjenzi ekonomiċi tal-Universitajiet ta' Montpellier u ta' Pariġi; duttur tal-liġi (1964); avukat (1964); avukat quddiem il-Qorti tal-Appell (1967); amministratur ġenerali fil-Ministeru tax-Xogħolijiet u tas-Sigurtà Soċjali; membru (1978-1989) u wara president tal-Kunsill Ekonomiku u Soċjali; amministratur tas-Soċjeta Nazzjonali tal-Kreditu u Investiment u tas-Soċjetà Ewropea Satellitari (sal-1989); membru (1993-1995) u wara president tal-Kunsill tal-Istitut Universitarju Internazzjonali tal-Lussemburgu (1995-2004); għalliem fl-Università tal-Lussemburgu; membru nominat mill-Gvern tal-kumitat tal-Fond Soċjal Ewropej, tal-Kumitat Konsultattiv għall-Moviment Ħieles tal-Ħaddiema u fil-Kunsill tal-Amministrazzjoni tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib fil-Kundizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (sal-1989); imħallef fil-Qorti tal-Prim'Istanza mill-25 ta' Settembru 1989 sal-11 ta' Lulju 1996; imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja mit-12 ta' Lulju 1996 sal-14 ta' Jannar 2008.

Krateros IOANNOU
Krateros IOANNOU

Twieled fit-3 ta' Ġunju 1935; ta' nazzjonalità Griega; aċċetat fl-avukatura ta' Thessaloniki fl-1963; duttur fil-liġi internazzjonali mill-Università ta' Thessaloniki fl-1971; Professur tad-dritt internazzjonali pubbliku u tad-dritt Komunitarju fil-fakultà tad-dritt tal-Università ta' Thrace; konsultent ġuridiku onorarju fil-Ministeru tal-Affarijiet Barranin; membru tad-delegazzjoni Griega fl-Assemblea Ġenerali tan-NU mill-1983; President tal-kummissjoni ta' esperti għat-titjib tal-proċedura fil-kuntest tal-konvenzjoni tad-drittijiet tal-bniedem tal-Kunsill tal-Ewropa mill-1989 sal-1992; Imħallef tal-Qorti tal-Ġustizzja mis-7 ta' Ottubru 1997 sal-10 ta' Marzu 1999, id-data tal-mewt tiegħu.

Siegbert ALBER
Siegbert ALBER

Twieled fis-27 ta' Lulju 1936; ta' nazzjonalità Ġermaniża; studji fid-dritt fl-Universitajiet ta' Tubingen, Berlin, Pariġi, Hambourg, Vjenna, Torino u Cambridge; deputat fil-Bundestag (1969 sal-1980); elett membru tal-Parlament Ewropew (1977); ipparteċipa f'ħafna kummissjonijiet, b'mod partikolari bħala membru tal-Kummissjoni fuq l-affarijiet ġuridiċi u d-drittijiet taċ-ċittadin, li huwa ppresjeda bejn l-1993 u l-1994; President tad-delegazzjoni inkarigata mir-relazzjonijiet mal-pajjiżi Baltiċi kif ukoll is-sotto-kummissjonijiet fuq il-protezzjoni tal-informazzjoni u fuq is-sustanzi tossiċi jew perikolużi; viċi-President tal-Parlament Ewropew (1984 sal-1992); Avukat Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja mis-7 ta' Ottubru 1997 sas-6 ta' Ottubru 2003.

Antonio SAGGIO
Antonio SAGGIO

Twieled fid-19 ta' Frar 1934; ta' nazzjonalità Taljana; Imħallef tat-Tribunale di Napoli; konsulent fil-Corte d'appello ta' Ruma, wara fil-Corte di cassazione; Segretarju fl-Uffiċċju leġiżlattiv tal-Ministeru tal-Ġustizzja; President tal-Kumitat Ġenerali għall-konferenza diplomatika għall-elaborazzjoni tal-Konvenzjoni ta' Lugano; référendaire tal-Avukat Ġenerali Taljan fil-Qorti tal-Ġustizzja; Professur tal-Iskola Superjuri tal-Amministrazzjoni Pubblika ta' Ruma; Imħallef tal-Qorti tal-Prim'Istanza mill-25 ta' Settembru sas-17 ta' Settembru 1995; President tal-Qorti tal-Prim'Istanza mit-18 ta' Settembru 1995 sal-4 ta' Marzu 1998; Avukat Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja mill-5 ta' Marzu 1998 sas-6 ta' Ottubru 2000; miet fil-26 ta' Jannar 2010.

Vassilios SKOURIS
Vassilios SKOURIS

Imwieled fl-1948; gradwat fil-Liġi mill-Università libera ta' Berlin (1970); irċieva d-Dottorat fid-Dritt Kostituzzjonali u Amministrattiv fl-Università ta' Amburgu (1973); Assistent Professur fl-Università ta' Amburgu (1972-1977); Professur fid-Dritt Pubbliku fl-Università ta' Bielefeld (1978); Professur tad-Dritt Pubbliku fl-Università ta' Tessaloniki (1982); Ministru tal-Affarijiet Interni (fl-1989 u fl-1996); membru tal-Kumitat Amministrattiv fl-Università ta' Kreta (1983-1987); Direttur taċ-Ċentru tad-Dritt Ekonomiku Internazzjonali u Ewropew ta' Tessaloniki (1997-2005); President tal-Assoċjazzjoni Griega għad-Dritt Ewropew (1992-1994); membru tal-Kumitat tar-Riċerka Nazzjonali Griega (1993-1995); membru tal-Kumitat Superjuri għas-selezzjoni tal-impjegati għas-servizz pubbliku Grieg (1994-1996); membru tal-Kunsill Xjentifiku tal-Akkademja tad-Dritt Ewropew ta' Trier (mill-1995); membru tal-Kumitat Amministrattiv tal-Kulleġġ Nazzjonali Grieg tal-Maġistratura (1995-1996); membru tal-Kunsill Xjentifiku tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin (1997-1999); President tal-Kunsill Ekonomiku u Soċjali Grieg fl-1998; Imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja mit-8 ta' Ġunju 1999; President tal-Qorti tal-Ġustizzja mis-7 ta' Ottubru 2003 sal-8 ta' Ottubru 2015.

Fidelma O’KELLY MACKEN
Fidelma O’KELLY MACKEN

Twieldet fit-28 ta' Frar 1942; ta' nazzjonalità Irlandiża; laħqet barrister fl-Avukatura tal-Irlanda (1972); konsulent ġuridiku fil-qasam tal-proprjetà industrijali u kummerċjali (1973-1979); barrister (1979-1995) wara Avukat Anzjan (1995-1998) fil-Bar of Ireland; membru wkoll tal-Bar of England u Wales; Imħallef tal-High Court tal-Irlanda (1998); lecturer fis-sistemi ġuridiċi u metodi ġuridiċi u Professur "Averil Deverell" fid-dritt kummerċjali (Trinity College, Dublin); bencher tal-Honorable Society of King's Inns; Imħallef tal-Qorti tal-Ġustizzja mis-6 ta' Ottubru 1999 sat-13 ta' Ottubru 2004.

Ninon COLNERIC
Ninon COLNERIC

Imwielda fl-1948; studjat f'Tübingen, f'München u f'Ġinevra; wara li għamlet riċerki xjentifiċi ġewwa Londra, ħadet id-dottorat fil-liġi mill-università ta' München; imħallef fl-Arbeitsgericht ta' Oldenburg; awtorizzata mill-università ta' Bremen sabiex tgħallem il-liġi tax-xogħol, is-soċjoloġija tad-dritt, u d-dritt soċjali; professur ad interim fil-fakultà tal-liġi tal-universitajiet ta' Frankfurt u ta' Bremen; president tal-Landesarbeitsgericht Schleswig-Holstein (1989); ikkollaborat bħala espert, fuq il-proġett tal-European Expertise Service (EU) li jikkonċerna r-riformi rigward id-drittijiet tax-xogħol fil-Kirghizstan (1994-1995); professur onorarju fl-università ta' Bremen fuq il-liġi tax-xogħol, speċifikament fuq il-liġi tax-xogħol Ewropea; imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja mill-15 ta' Lulju 2000 sas-6 ta' Ottubru 2006.

Stig von BAHR
Stig von BAHR

Imwieled fl-1939; ħadem mal-Ombudsman parlamentari u mas-segretarjat ġenerali tal-gvern Żvediż, kif ukoll ma' ministeri, partikolarment bħala assistent sotto-segretarju fil-Ministeru tal-Finanzi; nominat bħala mħallef fil-Kammarrätten (Qorti Aamministrattiva tal-Appell) f'Göteborg fl-1981, wara mħallef fir-Regeringsrätten (Qorti Amministrattiva Suprema) fl-1985; ikkontribbwixa f'numru ta' rapporti uffiċċjali, partikolarment fis-settur tal-leġislazzjoni fiskali u tal-kontabbiltà; kien ukoll president tal-Kumitat fuq it-Tassazzjoni fuq id-Dħul Aġġustata skont l-Inflazzjoni, president tal-Kumitat tal-Kontabbiltà u rapporteur speċjali tal-Kumitat dwar ir-Regoli tat-Tassazzjoni tas-Soċji f'Kumpanniji Privati; kien wkoll president tal-Kunsill dwar ir-Regoli tal-Kontabbiltà u membru tal-Kunsill tal-Amministrazzjoni Ġudizzjarja Nazzjonali, kif ukoll tal-Kunsill tal-Awtorità tas-Sorveljanza Finanzjarja; ippubblika diversi artikli, partikolarment dwar is-settur tal-legislazzjoni fiskali; imħallef tal-Qorti tal-Ġustizzja mis-7 ta' Ottubru 2000 sas-6 ta' Ottubru 2006.

José Narciso DA CUNHA RODRIGUES
José Narciso DA CUNHA RODRIGUES

Imwieled fl-1940; Funzjonijiet ġudizzjarji diversi (1964-1977); inkarigat b'diversi missjonijiet għall-Gvern in vista tar-realizzazzjoni u tal-koordinament tal-istudji tar-Riformi tas-Sistema Ġudizzjarji; aġent tal-Gvern fi ħdan il-Kummissjoni Ewropea fuq id-Drittijiet tal-Bniedem u fil-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (1980-1984); espert fi ħdan l-iSteering Committee tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Kunsill tal-Ewropa (1980-1985); Membru tal-Kummissjoni għar-Reviżjoni tal-Kodiċi Penali u l-Kodiċi tal-Proċedura Penali; Procurador-Geral da República (1984-2000); membru tal-Kumitat tas-Sorveljanza tal-Uffiċċju tal-Ġlieda kontra l-Frodi tal-Unjoni Ewropea (OLAF) (1999-2000); Imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja mis-7 ta' Ottubru 2000 sas-8 ta’ Ottubru 2012.

Christiaan Willem Anton TIMMERMANS
Christiaan Willem Anton TIMMERMANS

Imwieled fl-1941; Référendaire fil-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej (1966-1969); funzjonarju tal-Kummisjoni tal-Komunitajiet Ewropej (1969-1977); dottorat fil-liġi (Università ta' Leiden); professur fid-Dritt Ewropewj fl-Università ta' Groningue (1977-1989); Imħallef Aġġunt fil-Qorti ta' l-Appell ta' Arnhem; responsabbli għal diversi publikazzjonijiet; Direttur Ġenerali Aġġunt fis-servizzi legali tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (1989-2000); Professur tad-Dritt Ewropew fl-Uuniversità ta' Amsterdam; Imħallef mal-Qorti tal-Ġustizzja mis-7 ta' Ottubru 2000 sal-10 ta' Ġunju 2010.

Leendert A. GEELHOED
Leendert A. GEELHOED

Imwieled fl-1942; assistent tar-riċerka fl-Università ta' Utrecht (1970-1971); Référendaire fil-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej (1971-1974); kunsillier principali fil-Ministeru tal-Ġustizzja (1975-1982); membru tal-Kunsill Konsultattiv fuq il-Politika Governattiva (1983-1990); diversi inkarigi ta' tagħlim; Segretarju Ġenerali tal-Ministeru tal-Affarijiet Ekonomiċi (1990-1997); Segretarju Ġenerali fil-Ministeru tal-Affarijiet Ġenerali (1997-2000); Avukat Ġenerali fil-Qorti tal-Ġustizzja mis-7 ta' Ottubru 2000 sas-6 ta' Ottubru 2006; miet fl-20 ta' April 2007.

Christine STIX-HACKL
Christine STIX-HACKL

Imwielda fl-1957; dottorat fil-liġi (Università ta' Vjenna); studji post-universitarji fil-Dritt Ewropew (Collège d'Europe, Bruges); membru tas-servizz diplomatiku Awstrijakk (mill-1982); esperta fuq kwistjonijiet relatati mal-Unjoni Ewropea fl-uffiċju tal-kunsillier ġuridiku tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin (1984-1988); servizz ġuridiku tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (1989); kap tas-"Servizz Ġuridiku - UE" fil-Ministeru tal-Affarijiet Barranin (1992-2000, Ministru Plenipotenzjarju); parteċipazzjoni fin-negozjati dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea u fuq l-adeżjoni tar-Repubblika Awstrijaka fl-Unjoni Ewropea, aġent tar-Repubblika Awstrijaka fil-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej; Konslu Ġenerali tal-Awstrija ġewwa Zurich (2000); inkarigi ta' tagħlim u pubblikazzjonijiet; Avukat Ġenerali fil-Qorti tal-Ġustizzja mis-7 ta' Ottubru 2000 sas-6 ta' Ottubru 2006.

Luís Miguel POIARES PESSOA MADURO
Luís Miguel POIARES PESSOA MADURO

Imwieled fl-1967; lawrejat fil-liġi (Università ta' Lisbona, 1990); assistent (Istitut Universitarju Ewropew, 1991); dottorat fil-liġi (Istitut Universitarju Ewropew ta' Firenze, 1996); visiting professor (London School of Economics; Collège d'Europe f`Natolin, Institut Ortega y Gassett ta' Madrid; Università Kattolika portugiża; Istitut ta' l-Istudji Ewropej f` Macao); professur (Università Awtonoma ta' Lisbona, 1997); Fulbright Visiting Research Scholar (Università ta' Harvard, 1998); ko-direttur ta' l-Akkademja tad-Dritt Kummerċjali Internazzjonali; ko-editur (Hart Series on European Law and Integration, European Law Journal) u membru tal-kumitat ta' redazzjoni ta' diversi rivisti ġuridiċi varji; Avukat Ġenerali fil-Qorti tal-Ġustizzja mis-7 ta' Ottubru 2003 sas-6 ta' Ottubru 2009.

Konrad Hermann Theodor SCHIEMANN
Konrad Hermann Theodor SCHIEMANN

Imwieled fl-1937; gradwat fid-dritt f'Cambridge University; barrister (1964-1980); Queen's Counsel (1980-1986); Imħallef fil-High Court of England and Wales (1986-1995); Lord Justice of Appeal (1995-2003); membru anzjan tal-Honourable Society of the Inner Temple mill-1985, u teżorier (2003); Imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja mis-8 ta' Jannar 2004 sas-8 ta’ Ottubru 2012.

Jerzy MAKARCZYK
Jerzy MAKARCZYK

Imwieled fl-1938; duttur tal-liġi (1966), professur tad-dritt internazzjonali pubbliku (1974), Visiting Fellow ma' l-Università ta' Oxford (1985), professur ma' l-Università Kristjana Internazzjonali ta' Tokyo (1988); awtur ta' numru ta' pubblikazzjonijiet dwar id-dritt internazzjonali pubbliku, id-dritt komunitarju u d-drittijiet tal-bniedem; membru ta' diversi soċjetajiet ta' nies esperti fil-qasam tad-dritt internazzjonali, dritt ewropew u d-drittijiet tal-bniedem; negozjatur tal-Gvern Pollakk għall-irtirar tat-truppi Pollakki mit-territorju tar-Repubblika tal-Polonja; sotto-segretarju ta' l-Istat, imbagħad segretarju ta' l-Istat għall-Affarijiet Barranin (1989-1992); president tad-delegazzjoni Pollakka għall-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti; Imħallef fil-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (1992-2002); president ta' l-Istitut tad-Dritt Internazzjonali (2003); konsulent tal-President tar-Repubblika tal-Polonja għall-politika barranija u d-drittijiet tal-bniedem (2002-2004); Imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja mill-11 ta' Mejju 2004 sas-6 ta' Ottubru 2009.

Pranas KŪRIS
Pranas KŪRIS

Imwieled fl-1938; iggradwa fid-dritt mill-Università ta’ Vilnius (1961); dottorat fi x-xjenzi legali mill-Università ta’ Moska; awtorizzat sabiex jgħallem il-liġi (Dr. hab), Università ta’ Moska (1973); assistent riċerkatur ma’ l-Institut des Hautes Études International (Direttur: Prof. C. Rousseau); Università ta’ Pariġi (1967-1968); membru ta’ l-Akkademja tax-Xjenzi tal-Litwanja (1996); duttur honoris causa ta’ l-Università tad-dritt tal-Litwanja (2001); varji inkarigi ta’ tagħlim u inkarigi amministrattivi ma’ l-Università ta’ Vilnius (1961-1990); lecturer, assistent professur u professur tad-Dritt Pubbliku Internazzjonali u dekan tal-Fakultà tal-Liġi; numru ta’ inkarigi governattivi mas-servizz diplomatiku u mal-Ministeru tal-Ġustizzja tal-Litwanja; Ministru tal-Ġustizzja (1990-1991), Membru tal-Kunsill ta’ l-Istat (1991), ambaxxatur tar-Repubblika tal-Litwanja għall-Belġju, il-Lussemburgu u l-Olanda (1992-1994); Imħallef fil-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (minn Ġunju 1994); Imħallef fil-Qorti Suprema tal-Litwanja u, sussegwentement, il-President ta’ l-istess Qorti (Diċembru 1994 – Ottubru 1998); ipparteċipa f’numru ta’ konferenzi internazzjonali; membru tad-delegazzjoni tar-Repubblika tal-Litwanja għan-negozjati ma’ l-Unjoni Sovjetika (1990-1992); awtur ta’ diversi pubblikazzjonijiet (madwar 200); Imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja mill-11 ta' Mejju 2004 sas-6 ta' Ottubru 2010.

George ARESTIS
George ARESTIS

Imwieled fl-1945; iggradwa fil-Liġi mill-Università ta' Ateni (1968); M.A. fil-Politika Kumparattiva u Gvern, Università ta' Kent f'Canterbury (1970); ipprattika bħala Avukat f'Ċipru (1972-1982); Maħtur Imħallef ta' Qorti Distrettwali (1982); promoss għall-kariga ta' President ta' Qorti Distrettwali (1995); President Amministrattiv tal-Qorti Distrettwali ta' Nikożija (1997-2003); Imħallef tal-Qorti Suprema ta' Ċipru (2003); Imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja mill-11 ta' Mejju 2004 sas-6 ta’ Ottubru 2014.

Ján KLUČKA
Ján KLUČKA

Imwieled fl-1951; duttur tal-liġi mill-Università ta' Bratislava (1974); professur tad-dritt internazzjonali fl-Università ta' Kosoice (mill-1975); Imħallef tal-qorti kostituzzjonali (1993); membru tal-Qorti Permanenti ta' l-Arbitraġġ f'The Hague (1994); membru tal-Venice Commission for Democracy through law (1994); Chairman ta' l-Assoċjazzjoni Slovakka tad-dritt internazzjonali (2002); Imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja mill-11 ta' Mejju 2004 sas-6 ta' Ottubru 2009.

Uno LÕHMUS
Uno LÕHMUS

Imwieled fl-1952; duttur tal-liġi fl-1986; membru tal-Avukatura (1977-1998); visiting professor tad-dritt kriminali tal-Università ta' Tartu; Imħallef tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (1994-1998); Prim Imħallef tal-Qorti Suprema tal-Estonja (1998-2004); membru tal-Kumitat għal opinjoni esperta dwar il-Kostituzzjoni; Konsulent għall-grupp ta' xogħol li jfassal il-kodiċi kriminali; membru tal-grupp ta' xogħol li jfassal il-kodiċi ta' proċedura ċivili; awtur ta' diversi xogħlijiet dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-dritt kostituzzjonali; Imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja mill-11 ta' Mejju 2004 sas-23 ta' Ottubru 2010.

.