CURIA
rss
tfittxija avvanzata
Bibljoteka

L-aċċess u d-dħul għall-bibljoteka

Il-bibljoteka hija aċċessibbli mill-Gallerija fuq il-livell taż-żewġ Torrijiet.

Persuni minn barra l-istituzzjonijiet tal-Unjoni li jkollhom interess ġustifikat (riċerkaturi u għalliema universitarji, avukati, eċċ.) jistgħu jkunu ammessi fil-bibljoteka permezz ta' awtorizzazzjoni minn qabel. F'dan ir-rigward, il-persuni interessati huma mitluba jikkuntattjaw il-help-desk tal-bibljoteka, preferibbilment billi jużaw il-formola ta' kuntatt. Ma jistgħux jiġu ammessi studenti li għadhom ma temmewx l-istudji universitarji tagħhom.

Il-konsultazzjoni ta' xogħlijiet

Ix-xogħlijiet jistgħu jiġu kkonsultati mill-persuni awtorizzati fis-sala tal-qari fejn jinsabu b'mod partikolari l-ġabriet relatati mad-dritt tal-Unjoni, mad-dritt Internazzjonali u mad-dritt tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea. Ix-xogħlijiet l-oħra kollha li jagħmlu parti mill-kollezzjoni tal-bibljoteka jistgħu jintalbu mingħand il-help-desk. L-utenti esterni jistgħu jagħmlu fotokopji bi ħlas.

Is-self

Is-self huwa permess biss fi ħdan l-istituzzjoni.

Informazzjoni utli

Ħinijiet tal-ftuħ

Mit-Tnejn sal-Ħamis: 9 h 00 - 18 h 30
Il-Ġimgħa: 9 h 00 - 17 h 00
(il-ħinijiet ta' ftuħ huma mnaqqsa matul il-vaganzi tal-Qorti tal-Ġustizzja)

Kuntatt

Numru ġenerali: (+352) 4303 1
Help-desk: (+352) 4303 2681
Faks: (+352) 4303 2424
Formola ta' kuntatt

Indirizz postali

Il-Bibljoteka
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea
L-2925 Il-Lussemburgu

.