CURIA
rss
tfittxija avvanzata
Preżentazzjoni tal-membri

Koen Lenaerts
Koen Lenaerts

Imwieled fl-1945; lic.iuris, Ph.D. fid-dritt (Katholieke Universiteit Leuven); Master of Laws, Master in Public Administration (Harvard University); professur fil-Katholieke Universiteit Leuven; visiting professor fl-universitajiet ta' Burundi, ta' Strasburg u fil-Harvard University; professur fil-Collège d'Europe ta' Bruges; référendaire fil-Qorti tal-Ġustizzja; avukat fil-Qorti ta' Brussel; Imħallef tal-Qorti tal-Prim'Istanza mill-25 ta' Settembru 1989 sas-6 ta' Ottubru 2003; Imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja mis-7 ta' Ottubru 2003; Viċi President tal-Qorti tal-Ġustizzja mill-9 ta' Ottubru 2012 sas-7 ta' Ottubru 2015; President tal-Qorti tal-Ġustizzja mis-8 ta' Ottubru 2015.

Antonio Tizzano
Antonio Tizzano

Imwieled fl-1940; professur tad-dritt Ewropew fl-Università La Sapienza, ta' Ruma; professur fl-universitajiet "Istituto Orientale" (1969-1979) u "Federico II" ta' Napli (1979-1992), ta' Catania (1969-1977) u ta' Mogadishu (1967-1972); avukat fil-Qorti tal-Kassazzjoni Taljana; Kunsillier ġuridiku fir-rappreżentanza permanenti tar-Repubblika Taljana għall-Komunitajiet Ewropej (1984-1992); membru tad-delegazzjoni Taljana fin-negozjati dwar l-adeżjoni tar-Renju ta' Spanja u tar-Repubblika Portugiża mal-Komunitajiet Ewropej, dwar l-Att Uniku Ewropew u dwar it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea; awtur ta' diversi pubblikazzjonijiet, fosthom kuntarji fuq it-Trattati Ewropej u l-Kodiċi tal-Unjoni Ewropea; fundatur u direttur mill-1996 tar-rivista "Il Diritto dell'Unione Europea"; membru tal-kumitati ta' direzzjoni jew redazzjoni ta' diversi rivisti ġuridiċi; relatur f'diversi kungressi internazzjonali, konferenzi u korsijiet f'diversi istituzzjonijiet internazzjonali, fosthom l-Académie de droit international ta' Den Haag (1987); membru tal-grupp ta' esperti independenti maħtura sabiex jeżaminaw il-finanzi tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (1999); Avukat Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja mis-7 ta' Ottubru 2000 sat-3 ta' Mejju 2006; Imħallef tal-Qorti tal-Ġustizzja mill-4 ta' Mejju 2006; Viċi President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea mit-8 ta’ Ottubru 2015.

Allan Rosas
Allan Rosas

Imwieled fl-1948; dottorat fid-dritt fl-Università ta' Turku (Finlandja); professur tal-liġi fl-Università ta' Turku (1978-1981) u fl-Åbo Akademi (Turku/Åbo) (1981-1996); Direttur tal-Istitut tad-Drittijiet tal-Bniedem fl-istess akkademja (1985-1995); diversi inkarigi universitarji ta' responsabbilta, nazzjonali u internazzjonali; membru tas-soċjetajiet xjentifiċi; koordinazzjoni ta' diversi proġetti u programmi ta' riċerka, nazzjonali u internazzjonali, partikolarment fis-suġġetti segwenti: dritt komunitarju, dritt internazzjonali, drittijiet tal-bniedem u drittijiet fundamentali, dritt kostituzzjonali u amministrazzjoni pubblika komparata; rappreżentant tal-gvern Finlandiż bħala membru jew kunsillier tad-delegazzjonijiet Finlandiżi f`diversi konferenzi u laqgħat internazzjonali; funzjonijiet ta' espert tal-ħajja ġuridika Finlandiża, partikolarment fi ħdan il-kummissjonijiet ġuridiki governattivi jew parlamentari fil-Finlandja, kif ukoll tan-Nazzjonijiet Uniti, tal-UNESCO, tal-Organizzazzjoni għas-Sigurta u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSCE) u tal-Kunsill tal-Ewropa; mill-1959, kunsillier ġuridiku prinċipali fis-servizzi ġuridiċi tal-Kummissjoni Ewropea, responsabbli għar-relazzjonijiet barranin; minn Marzu 2001, direttur ġenerali aġġunt tas-servizz ġuridiku tal-Kummissjoni Ewropea; Imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja mis-17 ta' Jannar 2002.

Rosario Silva de Lapuerta
Rosario Silva de Lapuerta

Imwielda fl-1945; gradwata fid-dritt (Université Complutense de Madrid); abogado del Estado f' Málaga; abogado del Estado fis-servizz ġuridiku fil-Ministeru tat-Transport, tat-Turiżmu u tal-Komunikazzjoni, wara fis-servizz ġuridiku tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin; abogado del Estado-Jefe tas-servizz ġuridiku tal-Istat, responsabbli minn proċeduri quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja u viċi-Direttur Ġenerali fis-servizz tal-assistenza ġuridika komunitarja u internazzjonali ta' l`Abogacia General del Estado (Ministeru tal-Ġustizzja); membru tal-Grupp ta' Riflessjoni tal-Kummisjoni fuq il-Ġejjieni tas-Sistema Ġudizzjarja Komunitarja; Kap tad-Delegazzjoni Spanjola tal-Grupp "Amis de la Présidence" għar-Riforma tas-Sistema Ġurisdizzjonali Komunitarja fit-trattat ta' Nizza u tal-grupp ad hoc "Qorti tal-Ġustizzja" tal-Kunsill; professur tad-Dritt Komunitarja fl-Iskola Diplomatika ta' Madrid; kodirettur tar-rivista "Noticias de la Unión Europea"; Imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja mis-7 ta' Ottubru 2003.

Juliane Kokott
Juliane Kokott

Imwielda fl-1957; studjat il-liġi (Universitajiet ta' Bonn u ta' Ġinevra); LL.(American University/Washington D.C.); Dottorat fil-Liġi (Università ta' Heidelberg, 1985; Università ta' Harvard, 1990); visiting professor fl-Università ta' Berkeley (1991); Professur tad-Dritt Pubbliku Ġermaniż u barrani, tad-Dritt Internazzjonali u tad-Dritt Ewropew fl-Universitajiet ta' Augsburg (1992), Heidelberg (1993) u Düsseldorf (1994); Deputat-Imħallef għall-gvern Ġermaniż fil-Qorti Internazzjonali tal-Konċiljazzjoni u Arbitraġġ tal-Organizzazzjoni għas-Sigurta u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSCE); Viċi President tal-Kunsill Konsultattiv Federali fuq it-Tibdil Globali (WBGU, 1996); Professur tad-Dritt Internazzjonali, tad-Dritt Internazzjonali tan-Negozju u tad-Dritt Ewropew fl-Università ta' St. Gallen (1999); Direttur tal-Istitut tad-Dritt Ewropew u d-Dritt Internazzjonali tan-Negozju fl-Università ta' St.Gallen (2000); Direttur Aġġunt tal-Programm ta' Speċjalizzazzjoni fid-Dritt tan-Negozju fl-Università ta' St. Gallen (2001); Avukat Ġenerali fil-Qorti tal-Ġustizzja mis-7 ta' Ottubru 2003.

Endre Juhász
Endre Juhász

Imwieled fl-1944; iggradwa fid-dritt mill-Università ta' Szeged, Ungerija (1967); Eżamijiet għall-ammissjoni fl-Avukatura Ungeriża (1970); studji post-graduate fid-Dritt Komparattiv, Università ta' Strasbourg, Franza (1969, 1970, 1971, 1972); Uffiċjal fid-Dipartiment tal-Liġi tal-Ministeru tal-Kummerċ Esteru (1966-1974), Direttur għal affarijiet leġiżlattivi (1973-1974); First Corcial Secretary fl-Ambaxxata Ungeriża, Brussell, responsabbli għal affarijiet komunitarji (1974-1979); Direttur fil-Ministeru tal-Kummerċ Esteru (1979-1983); First Corcial Secretary, imbagħad Konsulent kummerċjali għall-Ambaxxata Ungeriża f'Washington DC, USA (1983-1989); Direttur Ġenerali mal-Ministeru tal-Kummerċ u tal-Ministeru tar-Relazzjonijiet Ekonomiċi Internazzjonali (1989-1991); negozjatur prinċipali fil-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Ungerija u l-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom (1990-1991); segretarju ġenerali mal-Ministeru tar-Relazzjonijiet Ekonomiċi Internazzjonali, kap tal-Uffiċċju għall-Affarijiet Ewropej (1992); Segretarju tal-Istat mal-Ministeru tar-Relazzjonijiet Ekonomiċi Internazzjonali (1993-1994); Segretarju tal-Istat, president tal-Uffiċċju għall-Affarijiet Ewropej, Ministeru tal-Industrija u l-Kummerċ (1994); Ambaxxatur Straordinarju u Plenipotenzjarju, kap tal-missjoni diplomatika tar-Repubblika Ungeriża għall-Unjoni Ewropea (Jannar 1995 - Mejju 2003); negozjatur prinċipali għall-adeżjoni tar-Repubblika tal-Ungerija mal-Unjoni Ewropea (Lulju 1998 - April 2003); Ministru bla portafoll għall koordinazzjoni ta' affarijiet dwar l-integrazzjoni Ewropea (minn Mejju 2003); Imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja mill-11 ta' Mejju 2004.

Anthony Borg Barthet U.O.M.
Anthony Borg Barthet U.O.M.

Imwieled fl-1947; duttur tal-liġi mir-Royal University of Malta fl-1973; daħal fis-Servizz taċ-Ċivil Malti bħala Nutar tal-Gvern fl-1975; Avukat tar-Repubblika fl-1978, Avukat anzjan tar-Repubblika fl-1979, Deputat Avukat Ġenerali fl-1988 u maħtur Avukat Ġenerali mill-President ta' Malta fl-1989; Lecturer part-time tad-dritt ċivili fl-Università ta' Malta; Membru tal-Kunsill tal-Università ta' Malta (1998-2004); Membru tal-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja (1998-2004); Membru tal-Bord tad-Diretturi taċ-Ċentru Malti għall-Arbitraġġ (1998-2004); Imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja mill-11 ta' Mejju 2004.

Marko Ilešič
Marko Ilešič

Imwieled fl-1947; duttur tal-liġi (Università ta' Ljubljana); speċjalizzat fid-dritt komparattiv (Universitajiet ta' Strasbourg u ta' Coimbra); eżami ġudizzjarju; professur tad-dritt ċivili, tad-dritt kummerċjali u tad-dritt internazzjonali privat; viċi-dekan (1995-2001) u dekan (2001-2004) tal-Fakultà tal-Liġi tal-Università ta' Ljubljana; awtur ta' diversi pubblikazzjonijiet legali; Imħallef Onorarju u President tal-Qorti tax-Xogħol, Ljubljana (1975-1986); President tat-Tribunal tal-Isports tas-Slovenja (1978-1986); President tal-Qorti tal-Arbitraġġ tal-Borża ta' Ljubljana; Arbitru fil-Kamra tal-Kummerċ tal-Jugoslavja (sal-1991) u tas-Slovenja (mill-1991); Arbitru tal-Kamra tal-Kummerċ Internazzjonali f'Pariġi; Imħallef fil-bord tal-appelli tal-UEFA u tal-FIFA; President tal-Unjoni tal-Assoċjazzjonijiet ta' Avukati Sloveni (1993-2005); membru tal-International Law Association, tal-Kumitat Marittimu Internazzjonali u ta' diversi soċjetajiet legali internazzjonali oħra; Imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja mill-11 ta' Mejju 2004.

Jiří Malenovský
Jiří Malenovský

Imwieled fl-1950; duttur tal-liġi miċ-Charles University ta' Praga (1975); membru iktar anzjan tal-Fakultà (1974-1990), Viċi dekan (1989-1991) u Kap tad-Dipartiment tad-dritt internazzjonali u tad-dritt ewropew (1990-1992) fl-Università ta' Masaryk f'Brno; Imħallef fil-Qorti Kostituzzjonali taċ-Ċekoslovakkja (1992); invijat għall-Kunsill tal-Ewropa (1995); Direttur anzjan fil-Ministeru tal-Affarijiet Barranin (1998-2000); President tas-sezzjoni Ċeka u Slovakka tal-Assoċjazzjoni tad-dritt internazzjonali (1999-2001); Imħallef tal-qorti kostituzzjonali (2000-2004); membru tal-Kunsill leġiżlattiv (1998-2000); membru tal-Qorti Permanenti tal-Arbitraġġ f'Den Haag (mill-2000); professur tad-dritt internazzjonali pubbliku fl-Università ta' Masaryk Brno (2001); Imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja mill-11 ta' Mejju 2004.

Egils Levits
Egils Levits
Imwieled fl-1955; gradwat fid-Dritt u fix-Xjenza Politika mill-Università ta' Hamburg; assistent riċerkatur fil-Fakultà tal-Liġi, Università ta' Kiel; Konsultent għall-Parlament tal-Latvja dwar kwistjonijiet ta' Dritt Internazzjonali, Dritt Kostituzzjonali u riforma leġiżlattiva; Ambaxxatur tal-Latvja għall-Ġermanja u għall-Isvizzera (1992-1993), għall-Awstrija, għall-Isvizzera u għall-Ungerija (1994-1995); Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja, Aġent Ministru għall-Affarijiet Barranin (1993-1994); Konċiljatur fil-Qorti tal-Konċiljazzjoni u tal-Arbitraġġ fi ħdan l-OSCE (mill-1997); Membru tal-Qorti Permanenti tal-Arbitraġġ (mill-2001); elett bħala Mħallef fil-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem fl-1995, ri-elett fl-1998 u fl-2001; diversi pubblikazzjonijiet fl-oqsma tad-Dritt Kostituzzjonali u tad-Dritt Amministrattiv, tar-Riforma Legali u tad-Dritt tal-Komunità Ewropea; Imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja mill-11 ta' Mejju 2004. 
Lars Bay Larsen
Lars Bay Larsen

Imwieled fl-1953; Gradwat fix-Xjenza Politika (1976), Liċenzjat fid-Dritt (1983), Università ta' Kopenhagen; Uffiċjal tal-Ministeru tal-Ġustizzja (1983-1985); Konsulent tal-korsijiet (1984-1991), wara Assistent Professur (1991-1996) fid-Dritt tal-Familja fl-Università ta' Kopenhagen; Kap ta' Sezzjoni fl-Advokatsamfund (1985-1986); Kap ta' Dipartiment (1986-1991) fil-Ministeru tal-Ġustizzja; ammess fl-Avukatura (1991); Kap ta' Diviżjoni (1991-1995), Kap tad-Dipartiment tal-Pulizija (1995-1999), Kap tad-Dipartiment Ġuridiku (2000-2003) fil-Ministeru tal-Ġustizzja; Rappreżentant tad-Danimarka fil-Kumitat K-4 (1995-2000), fil-Groupe central de Schengen (1996-1998) u fil-Europol Management Board (1998-2000); Imħallef mal-Højesteret (2003-2006); Imħallef mal-Qorti tal-Ġustizzja mill-11 ta' Jannar 2006.

Eleanor Sharpston
Eleanor Sharpston

Imwielda fl-1955; studji fl-ekonomija, fil-lingwi u fid-Dritt fil-King’s College, Cambridge (1973-1977); Assistenta u Riċerkatriċi fil-Corpus Christi College, Oxford (1977-1980); ammessa fl-Avukatura (Middle Temple 1980); Barrister (1980-1987 u 1990-2005); Référendaire mal-Avukat Ġenerali, wara Mħallef, Sir Gordon Slynn (1987-1990); Professur tad-Dritt Ewropew u tad-Dritt Komparattiv (Director of Legal European Studies) mal-University College London (1990-1992); Professur (Lecturer) fil-Fakultà tal-Liġi (1992-1998), wara Assistenta Professur (Affiliated Lecturer) (1998-2005) mal-Università ta' Cambridge; Emeritus Fellow of King’s College Cambridge, (mill-2011); Professur assoċjat u riċerkatriċi (Senior Research Fellow) mas-Centre for European Legal Studies fl-Università ta’ Cambridge (1998-2005); Queen’s Counsel (1999); Bencher of Middle Temple (2005); Honorary Fellow of Corpus Christi College, Oxford (2010); LL.D (h.c) Glasgow (2010) u Nottingham Trent (2011); Avukat Ġenerali mal-Qorti tal-Ġustizzja mill-10 ta’ Jannar 2006.

Paolo Mengozzi
Paolo Mengozzi

Imwieled fl-1938; Professur tad-Dritt Internazzjonali u inkarigat mill-Jean Monnet Chair of European Community Law tal-Università ta' Bologna; Duttur honoris causa tal-Università Carlos III ta' Madrid; visiting professor tal-universitajiet John Hopkins (Bologna Cener), St Johns (New York), Georgetown, Paris-II, Georgia (Athens) u tal-Institut Universitaire International (Lussemburgu); koordinatur tal-European Business Law Pallas Program, organizzat fi ħdan l-Università ta' Nijmegen; membru tal-Kumitat Konsultattiv tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għall-kuntratti pubbliċi; Viċi Segretarju tal-Istat għall-Industrija u l-Kummerċ matul is-semestru tal-Presidenza Taljana tal-Kunsill; membru tal-grupp ta' riflessjoni tal-Komunità Ewropea dwar l-Organizzazzjoni Dinjija għall-Kummerċ (WTO), u Direttur għas-sessjoni 1997 taċ-Ċentru għar-Riċerka tal-Akkademja tad-Dritt Internazzjonali ta' Den Haag li huwa ddedikat għall-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ; Imħallef tal-Qorti tal-Prim'Istanza mill-4 ta' Marzu 1998 sat-3 ta' Mejju 2006; Avukat Ġenerali mal-Qorti tal-Ġustizzja mill-4 ta' Mejju 2006.

Yves Bot
Yves Bot

Imwieled fl-1947; gradwat mill-fakultá tal-liġi ta' Rouen; dottorat fid-dritt (Università ta' Pariġi II Panthéon-Assas); Professur assoċjat mal-fakultà tal-liġi ta' Mans; sostitut u, sussegwentement, prim sostitut mal-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali ta' Mans (1974-1982); Prokuratur tar-Repubblika mat-tribunal de grande instance ta' Dieppe (1982-1984); Assistent Prokuratur tar-Repubblika mat-tribunal de grande instance ta' Strasbourg (1984-1986); Prokuratur tar-Repubblika mat-tribunal de grande instance ta' Bastia (1986-1988); Avukat Ġenerali mal-cour d'appel ta' Caen (1988-1991); Prokuratur tar-Repubblika mat-tribunal de grande instance ta' Mans (1991-1993); Konsulent speċjali mal-ministre d'État, garde de Sceaux (1993-1995); Prokuratur tar-Repubblika mat-tribunal de grande instance de Nanterre (1995-2002); Prokuratur tar-Repubblika mat-tribunal de grande instance ta' Pariġi (2002-2004); Prokuratur tar-Repubblika mal-Qorti tal-Appell ta' Pariġi (2004-2006); Avukat Ġenerali fil-Qorti tal-Ġustizzja mis-7 ta' Ottubru 2006.

Jean-Claude Bonichot
Jean-Claude Bonichot

Imwieled fl-1955; gradwat fil-liġi mill-Università ta’ Metz, gradwat tal-Institut d’études politiques ta’ Pariġi, gradwat mill-École nationale d’administration; Relatur (1982-1985), Kummissarju tal-Gvern (1985-1987 u 1992-1999); Assessur (1999-2000); President tas-sixième sous-section de la section du contentieux (2000-2006) mal-Conseil d’État; référendaire mal-Qorti tal-Ġustizzja (1987-1991); Direttur tal-Uffiċċju tal-Ministru tax-Xogħol, tal-Impjieg u tat-Taħriġ Professjonali, imbagħad Direttur tal-Uffiċċju tal-Ministru tal-Istat, Ministru tas-Servizz Pubbliku u tal-Modernizzazzjoni tal-Amministrazzjoni (1991-1992); Kap tad-Delegazzjoni Legali tal-Conseil d’État mal-Caisse nationale d’assurance maladie des travailleurs salariés (2001-2006); Professur assoċjat mal-Università ta’ Metz (1988-2000), imbagħad mal-Università ta’ Pariġi I Panthéon-Sorbonne (mill-2000); awtur ta’ diversi pubblikazzjonijiet dwar id-dritt amministrattiv, id-dritt Komunitarju u d-Dritt Ewropew tad-drittijiet tal-bniedem; fundatur u President tal-Kumitat Editorjali tal-“Bulletin de jurisprudence de droit de l’urbanisme”, kofundatur u membru tal-Kumitat Editorjali tal-“Bulletin juridique des collectivités locales”, President tal-Kunsill Xjentifiku tal-għaqda ta’ riċerka fuq l-istituzzjonijiet u d-dritt tal-iżvilupp tal-ibliet u tal-habitats; Imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja mis-7 ta’ Ottubru 2006.

Thomas von Danwitz
Thomas von Danwitz

Imwieled fl-1962; studji f’Bonn, f’Ġinevra u f’Pariġi; eżami tal-Istat fid-dritt (1986 u 1992); dottorat fil-liġi (Università ta’ Bonn, 1988); diploma internazzjonali ta’ amministrazzjoni pubblika (École nationale d’administration, 1990); awtorizzazzjoni (Università ta’ Bonn, 1996); Professur tad-dritt pubbliku Ġermaniż u tad-dritt Ewropew (1996-2003), dekan tal-fakultà tal-liġi tal-Università tar-Ruhr, Bochum (2000-2001); Professur tad-dritt pubbliku Ġermaniż u tad-dritt Ewropew (Università ta’ Cologne, 2003-2006); Direttur tal-Istitut ta’ Dritt Pubbliku u Xjenza Amministrattiva (2006); Visiting Professor mal-Fletcher School of Law and Diplomacy (2000), mal-Università François Rabelais (Tours, 2001-2006) u mal-Università ta’ Pariġi I Panthéon-Sorbonne, (2005-2006); dottorat honoris causa mal-Università François Rabelais (Tours,2010); Imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja mis-7 ta’ Ottubru 2006.

Alexander Arabadjiev
Alexander Arabadjiev

Imwieled fl-1949; gradwat fid-dritt (Università St Kliment Ohridski, Sofia); Imħallef fil-Qorti tal-Prim'Istanza ta' Blagoevgrad (1975-1983); Imħallef fil-Qorti Reġjonali ta' Blagoevgrad (1983-1986); Imħallef fil-Qorti Suprema (1986-1991); Imħallef fil-Qorti Kostituzzjonali (1991-2000); membru tal-Kummissjoni Ewropea fuq id-Drittijiet tal-Bniedem (1997-1999); membru tal-Konvenzjoni Ewropea dwar il-Futur tal-Ewropa (2002-2003); deputat (2001-2006); osservatur fil-Parlament Ewropew; Imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja mit-12 ta' Jannar 2007.

Camelia Toader
Camelia Toader

imwielda fl-1963; gradwata fid-dritt (1986), dottorat fid-dritt (1997) (Università ta’ Bukarest); tħarrġet bħala Imħallef fil-Qorti tal-Prim’Istanza ta’ Buftea (1986-1988); Imħallef fil-Qorti tal-Prim’Istanza fil-Ħames Settur ta’ Bukarest (1988-1992); ammessa fl-Avukatura ta’ Bukarest (1992); lecturer (1992-2005) u sa mill-2005 professura ta’ dritt ċivili u ta’ dritt kuntrattwali Ewropew fl-Università ta’ Bukarest; diversi studji ta’ dottorat u ta’ riċerka fl istitut Max Planck tad-dritt internazzjonali privat f’Amburgu (bejn l-1992 u l-2004); kap tad-Dipartiment għall-Integrazzjoni Ewropea fil-Ministeru tal-Ġustizzja (1997-1999); Imħallef fil-Qorti Għolja ta’ Appell u ta’ Ġustizzja (1999-2007); professura mistiedna fl Università ta’ Vjenna (2000 u 2011); għalliema ta’ dritt Komunitarju fl-Istitut Nazzjonali tal Maġistratura (2003 u 2005 2006); membru tal-kumitat editorjali ta’ diversi rivisti legali; sa mill-2010 Membru assoċjat tal-Akkademja Internazzjonali tad-Dritt Komparattiv u riċerkatriċi onorarja taċ-Ċentru ta’ Studji tad-Dritt Ewropew tal-Istitut ta’ Riċerki Ġuridiċi tal Akkademja Rumena, Imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja mit-12 ta’ Jannar 2007.

Marek Safjan
Marek Safjan

Imwieled fl-1949; Duttur tal-Liġi (Università ta’ Varsavja, 1980); Duttur fix-xjenzi legali (Università ta’ Varsavja, 1990); Professur tal-Liġi (1998); Direttur tal-Istitut tad-Dritt Ċivili fl-Università ta’ Varsavja (1992-1996); Viċi rettur tal-Università ta’ Varsavja (1994-1997); Segretarju Ġenerali tas-sezzjoni Pollakka tal-Assoċjazzjoni Henri Capitant des amis de la culture juridique française (1994-1998); Rappreżentant tal-Polonja fil-Kumitat għall-bioetika tal-Kunsill tal-Ewropa (1991-1997); Imħallef fil-Qorti Kostituzzjonali (1997-1998), sussegwentement President tal-istess Qorti (1998-2006); Membru tal-Akkademja Internazzjonali tad-Dritt Komparattiv (mill-1994) u viċi president tagħha (mill-2010), Membru tal-Assoċjazzjoni Internazzjonali tad-Dritt, Etika u Xjenza (mill-1995), Membru tal Kumitat Pollakk ta’ Helsinki; Membru tal-Akkademja Pollakka tal-Arti u l-Letteratura; Medalja pro merito mogħtija mis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tal-Ewropa (2007); awtur ta’ numru kbir ta’ pubblikazzjonijiet fil-qasam tad-dritt ċivili, tad-dritt mediku u tad-dritt Ewropew; Imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja mis-7 ta’ Ottubru 2009.

Daniel Šváby
Daniel Šváby

Imwieled fl-1951; Duttur tal-Liġi (Università ta' Bratislava); Imħallef fil-Qorti tal-Prim'Istanza ta' Bratislava; Imħallef fil-Qorti tal-Appell responsabbli għall-kawżi ta' dritt ċivili u Viċi President tal-Qorti tal-Appell ta' Bratislava; Membru tas-Sezzjoni tad-dritt ċivili u tal-familja mal-Istitut tad-Dritt tal-Ministeru tal-Ġustizzja; Imħallef ad interim fil-Qorti Suprema responsabbli għal kawżi ta' dritt kummerċjali; Membru tal-Kummissjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (Strasbourg); Imħallef fil-Qorti Kostituzzjonali (2000-2004); Imħallef fil-Qorti tal-Prim'Istanza mit-12 ta' Mejju 2004 sas-6 ta' Ottubru 2009; Imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja mis-7 ta' Ottubru 2009.

Maria Berger
Maria Berger

Imwielda fl-1956; studji fid-dritt u fl-ekonomija (1975-1979), Duttur tal-Liġi; Assistent u lecturer fl-Istitut tad-Dritt Pubbliku u tax-Xjenzi Politiċi tal-Università ta' Innsbruck (1979-1984); Amministratur fil-Ministeru Federali tax-Xjenza u tar-Riċerka u fl-aħħar lok, Deputat Kap ta' Diviżjoni (1984-1988); Responsabbli għall-affarijiet dwar l-UE fil-Ministeru Federali tal-Ġustizzja (1988-1989); Kap tad-Diviżjoni "Integrazzjoni Ewropea" fil-Ministeru Federali tal-Ġustizzja (preparazzjoni għas-sħubija tal-Awstrija fl-Unjoni Ewropea) (1989-1992); Direttur fl-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA f'Ġinevre u fi Brussell (1993-1994); Viċi President tad-Donau-Universität de Krems (1995-1996); Deputat fil-Parlament Ewropew (Novembru 1996 - Jannar 2007 u Diċembru 2008 - Lulju 2009) u Membru tal-Kummissjoni Legali; Membru tal-Konvenzjoni Ewropea dwar il-Futur tal-Ewropa (Frar 2002 - Lulju 2003); Membru tal-Kunsill muniċipali tal-belt ta' Perg (Settembru 1997 - Settembru 2009); Ministru Federali tal-Ġustizzja (Jannar 2007 - Diċembru 2008); Pubblikazzjonijiet fuq diversi temi relatati mad-dritt Ewropew; Professur Onorarju tad-dritt Ewropew fl-Università ta' Vjenna, Senatriċi Onorarja tal-Università ta' Innsbruck; Imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja mis-7 ta' Ottubru 2009.

Alexandra (Sacha) Prechal
Alexandra (Sacha) Prechal

Imwielda fl-1959; studjat il-liġi (Università ta' Groningen, 1977-1983); Dottorat fil-Liġi (Università ta' Amsterdam, 1995); Lecturer tad-dritt fil-Fakultà tal-Liġi ta' Maastricht (1983-1987); Référendaire fil-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej (1987-1991); Lecturer fl-Institut Europa tal-Fakultà tal-Liġi tal-Università ta' Amsterdam (1991-1995); professur fid-Dritt Ewropew fil-Fakultà tal-Università ta' Tilburg (1995-2003); professur fid-Dritt Ewropew fl-Università ta' Utrecht u Membru tal-Kunsill ta' Amministrazzjoni tal-Istitut Europa tal-Università ta' Utrecht (mill-2003); membru tal-kunsill editorjali ta' diversi rivisti legali nazzjonali u internazzjonali; awtriċi ta' numru ta' pubblikazzjonijiet; Membru tal-Akkademja Rjali Olandiża tax-Xjenzi; Imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja mill-10 ta' Ġunju 2010.

Egidijus Jarašiūnas
Egidijus Jarašiūnas

Imwieled fl-1952; gradwat fil-liġi mill-Università ta' Vilnjus (1974-1979); dottorat fix-xjenzi legali mill-Akkademja tal-Liġi tal-Litwanja (1999), avukat prattikanti fil-Litwanja (1979-1990); Membru tal-Kunsill Suprem (Parlament) tar-Repubblika tal-Litwanja (1990-1992), u mbagħad Membru tas-Seimas (Parlament) tar-Repubblika tal-Litwanja u Membru tal-Kumitat tal-Istat u tal-Liġi (1992-1996); Imħallef fil-Qorti Kostituzzjonali tar-Repubblika tal-Litwanja (1996-2005), u mbagħad konsulent tal-president tal-Qorti Kostituzzjonali tal-Litwanja (mill-2006); assistent fit-taqsima tad-dritt kostituzzjonali tal-fakultà tal-liġi fl-Università Mykolas Romeris (1997-2000), u mbagħad assistent professur (2000-2004), u wara professur (mill-2004) fit-taqsima msemmija u wara kap tat-taqsima tad-dritt kostituzzjonali (2005-2007); dekan tal-fakultà tal-liġi fl-Università Mykolas Romeris (2007-2010); Membru tal-Kummissjoni ta' Vjenna (2006-2010); Firmatarju tal-Att tal-11 ta' Marzu 1990 dwar l-istabbiliment mill-ġdid tal-indipendenza tal-Litwanja; awtur ta' diversi pubblikazzjonijiet legali; Imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja mis-6 ta' Ottubru 2010.

Carl Gustav Fernlund
Carl Gustav Fernlund

Imwieled fl-1950; Gradwat fil-liġi mill-Università ta’ Lund (1975); Reġistratur tal-Qorti tal-Prim’Istanza ta’ Landskrona (1976-1978); Assessur fil-Qorti Amministrattiva tal-Appell (1978-1982); Imħallef supplenti fil-Qorti Amministrattiva tal-Appell (1982); Konsulent Legali fil-Kumitat Permanenti dwar il-Kostituzzjoni tal-Parlament Svediż (1983-1985); Konsulent Legali fil-Ministeru tal-Finanzi (1985-1990); Direttur tad-Diviżjoni tat-Taxxa fuq id-Dħul tal-Individwi fil-Ministeru tal-Finanzi (1990-1996); Direttur tad-Diviżjoni tat-Taxxi tas-SISA fil-Ministeru tal-Finanzi (1996-1998); Konsulent Legali għar-Rappreżentanza Permanenti tal-Isvezja fl-Unjoni Ewropea (1998-2000); Direttur ġenerali għall-affarijiet legali fid-Dipartiment tat-Taxxi u tad-Dwana fil-Ministeru tal-Finanzi (2000-2005); Imħallef fil-Qorti Amministrattiva Suprema (2005-2009); President tal-Qorti Amministrattiva tal-Appell ta’ Göteborg (2009-2011); Imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja mis-6 ta’ Ottubru 2011.

José Luís da Cruz Vilaça
José Luís da Cruz Vilaça

Imwieled fl-1944; gradwat fid-dritt u master fl-ekonomija politika mill-Università ta' Coimbra; duttur fl-ekonomija internazzjonali (Università ta' Pariġi I - Panthéon Sorbonne); servizz militari obbligatorju fi ħdan il-Ministeru tal-Marina (dipartiment tal-Ġustizzja, 1969-1972); Professur fl-Università Kattolika u fl-Università Ġdida ta' Lisbona; kien Professur fl-Università ta' Coimbra u fl-Università Lusíada ta' Lisbona (Direttur tal-Istitut ta' Studji Ewropej); membru tal-Gvern Portugiż (1980-1983): Segretarju tal-Istat fil-Ministeru tal-Intern, waqt il-presidenza tal-Kunsill tal-Ministri u tal-Affarijiet Ewropej; deputat fil-Parlament Portugiż, viċi President tal-grupp Demokratiku Kristjan; Avukat Ġenerali fil-Qorti tal-Ġustizzja (1986-1988); President tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej (1989-1995); avukat membru tal-Avukatura ta' Lisbona, espert fid-dritt Ewropew u fid-dritt tal-kompetizzjoni (1996-2012); membru tal-grupp ta' riflessjoni dwar il-futur tas-sistema ġudizzjarja tal-Komunitajiet Ewropej "Groupe Due" (2000); President tal-Bord ta' Dixxiplina tal-Kummissjoni Ewropea (2003-2007); President tal-Assoċjazzjoni Portugiża tad-dritt Ewropew (mill-1999); Imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja mit-8 ta' Ottubru 2012.

Melchior Wathelet
Melchior Wathelet

Imwieled fl-1949; gradwat fid-dritt u gradwat fix-xjenzi ekonomiċi (Università ta' Liège); Master of Laws (Harvard University, l-Istati Uniti); duttur honoris causa (Università ta' Paris-Dauphine); Professur tad-dritt Ewropew fl-Università ta' Louvain u fl-Università ta' Liège; deputat (1977-1995); Segretarju tal-Istat, Ministru u Ministru-President tar-reġjun tal-Wallonie (1980-1988); Viċi Prim Ministru, Ministru tal-Ġustizzja u tal-Impriżi Żgħar u ta' Daqs Medju u tal-Persuni li jaħdmu għal rashom (1988-1992); Viċi Prim Ministru, Ministru tal-Ġustizzja u tal-Affarijiet Ekonomiċi (1992-1995); Viċi Prim Ministru, Ministru tad-Difiża Nazzjonali (1995); Sindku ta' Verviers (1995); Imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej (1995-2003); Kunsillier ġuridiku, u wara avukat (2004-2012); Ministru tal-Istat (2009-2012); Avukat Ġenerali fil-Qorti tal-Ġustizzja mit-8 ta' Ottubru 2012.

Christopher Vajda
Christopher Vajda

Imwieled fl-1955; gradwat fid-dritt mill-Università ta' Cambridge; lawrea speċjali fid-dritt Ewropew mill-Université libre ta' Brussell (grad ta' distinzjoni għolja); ammess bħala membru tal-Avukatura tal-Ingilterra u ta' Wales (Gray's Inn, 1979); barrister (1979-2012); ammess bħala membru tal-Avukatura tal-Irlanda ta' Fuq (1996); Queen's Counsel (1997); bencher fil-Gray's Inn (2003); recorder tal-Crown Court (2003-2012); teżorier tal-United Kingdom Association for European Law (2001-2012); kontribuzzjoni fil-European Community Law of Competition (Bellamy & Child, mit-tielet sas-sitt edizzjoni); Imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja mit-8 ta' Ottubru 2012.

Nils Wahl
Nils Wahl

Imwieled fl-1961; Master fil-liġi, duttur fil-liġi, Università ta' Stokkolma (1995), Professur assoċjat (għalliem) u inkarigat mill-Kattedra Jean Monnet tad-dritt Ewropew (1995), Professur tad-Dritt Ewropew, Università ta' Stokkolma (2001); Direttur Ġenerali ta' Fondazzjoni li taħdem fil-qasam tat-Taħriġ (1993-2004); President tal-Assoċjazzjoni Svediża Nätverket för europarättslig forskning (Assoċjazzjoni Svediża għall-istudji tad-dritt Komunitarju) (2001-2006); Membru tar-Rådet för konkurrensfrågor (Kunsill għall-kwistjonijiet tal-kompetizzjoni, 2001-2006); Imħallef fil-Qorti Ġenerali mis-7 ta' Ottubru 2006 sat-28 ta' Novembru 2012; Avukat Ġenerali fil-Qorti tal-Ġustizzja mit-28 ta' Novembru 2012.

Siniša Rodin
Siniša Rodin

Imwieled fl-1963; dottorat fid-dritt (Università ta' Żagreb, 1995); L.L.M. (Università ta' Michigan Law School, 1992); Fulbright Fellow u Visiting Scholar f'Harvard Law School (2001-2002); assistent professur u sussegwentement professur fil-fakultà tal-liġi tal-Università ta' Żagreb mill-1987; inkarigat mill-katedra Jean Monnet mill-2006 u inkarigat mill-katedra Jean Monnet ad personam mill-2011; visiting professor f'Cornell Law School (2012); membru tal-kumitat Kroat għar-riforma tal-Kostituzzjoni, President tal-grupp ta' ħidma dwar l-adeżjoni mal-Unjoni Ewropea (2009-2010); membru tal-grupp Kroat li nnegozja l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (2006-2011); awtur ta' numru ta' pubblikazzjonijiet; Imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja mill-4 ta' Lulju 2013.

François Biltgen
François Biltgen

Imwieled fl-1958; master fil-liġi (1981) u diploma ta' studji approfonditi fid-dritt Komunitarju mill-Università tad-dritt ekonomiku u tax-xjenzi soċjali ta' Pariġi II (1982); diploma mill-Institut d'études politiques ta' Pariġi (1982); avukat affiljat mal-kamra tal-avukati tal-Lussemburgu (1987-1999); membru tax-Chambre des députés (1994-1999); konsulent muniċipali tal-belt ta' Esch-sur-Alzette (1987-1999); membru tal-kulleġġ amministrattiv tal-belt ta' Esch-sur-Alzette (1997-1999); membru supplenti tad-delegazzjoni Lussemburgiża fi ħdan il-Kumitat tar-Reġjuni tal-Unjoni Ewropea (1994-1999); Ministru tax-xogħol u tal-impjieg, Ministru tal-affarijiet reliġjużi, Ministru tar-relazzjonijiet mal-Parlament, Assistent Ministru tal-komunikazzjoni (1999-2004); Ministru tax-xogħol u tal-impjieg, Ministru tal-affarijiet reliġjużi, Ministru tal-kultura, tal-edukazzjoni superjuri u tar-riċerka (2004-2009); Ministru tal-ġustizzja, Ministru tas-servizz pubbliku u tar-riforma amministrattiva, Ministru tal-edukazzjoni superjuri u tar-riċerka, Ministru tal-komunikazzjoni u tal-mezzi tax-xandir, Ministru tal-affarijiet reliġjużi (2009-2013); ko-President tal-Konferenza ministerjali tal-proċess ta' Bologna fl-2004 u fl-2009; ko-President tal-Konferenza ministerjali tal-Aġenzija Spazjali Ewropea (2012-2013); Imħallef tal-Qorti tal-Ġustizzja mis-7 ta' Ottubru 2013.

Küllike Jürimäe
Küllike Jürimäe

Imwielda fl-1962; gradwata fil-liġi mill-Università ta' Tartu (1981-1986); Assistent tal-Prosekutur Pubbliku tar-Repubblika f'Talinn (1986-1991); gradwata mill-Iskola tad-Diplomazija tal-Estonja (1991-1992); konsulent ġuridiku (1991-1993) u Segretarja Eżekuttiva tat-Tribunal tal-Arbitraġġ tal-Kamra tal-Kummerċ u l-Industrija (1992-1993); Imħallef tal-Qorti tal-Appell ta' Talinn (1993-2004); Masters Ewropew fid-Drittijiet tal-Bniedem u fid-Demokratizzazzjoni, Universitajiet ta' Padova u ta' Nottingham (2002-2003); Imħallef fil-Qorti Ġenerali mit-12 ta' Mejju 2004 sal-23 ta' Ottubru 2013; Imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja mis-23 ta' Ottubru 2013.

Maciej Szpunar
Maciej Szpunar

imwieled fl-1971; gradwat fid-dritt mill-Università ta' Silésie u mill-Collège d'Europe ta' Bruges; dottorat fid-dritt (2000); dottorat avvanzat fix-xjenzi legali (2009); professur tad-dritt (2013); Visiting Scholar fil-Jesus College, Cambridge (1998), fl-Università ta' Liège (1999) u fl-Istitut Universitarju Ewropew ta' Firenze (2003); avukat (2001-2008), membru tal-Kumitat tad-dritt internazzjonali privat tal-Kummissjoni għall-kodifikazzjoni tad-dritt ċivili fi ħdan il-Ministeru tal-Ġustizzja (2001-2008); membru tal-Kunsill xjentifiku tal-Akkademja tad-dritt Ewropew ta' Trier (sa mill-2008); membru tal-Grupp ta' riċerka dwar id-dritt privat Komunitarju fis-seħħ "Acquis Group" (sa mill-2006); sottosegretarju tal-Istat fi ħdan l-Uffiċċju tal-kumitat tal-integrazzjoni Ewropea (2008-2009), u mbagħad fi ħdan il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin (2010-2013); Viċi President tal-Kunsill xjentifiku tal-Istitut tal-Ġustizzja; aġent tal-Gvern Pollakk f'numru kbir ta' kawżi quddiem il-qrati tal-Unjoni Ewropea; kap tad-delegazzjoni Pollakka fin-negozjati dwar it-Trattat dwar l-istabbiltà, il-koordinazzjoni u l-iggvernar fi ħdan l-Unjoni Ekonomika u Monetarja; membru tal-bord editorjali ta' diversi rivisti legali; awtur ta' ħafna pubblikazzjonijiet fl-oqsma tad-dritt Ewropew u tad-dritt internazzjonali privat; Avukat Ġenerali fil-Qorti tal-Ġusizzja sa mis-23 ta' Ottubru 2013

Constantinos Lycourgos
Constantinos Lycourgos

Imwieled fl-1964; gradwat fi studji speċjalizzati fid-dritt Komunitarju (1987) u dottorat fil-liġi mill-Università Panthéon-Assas (1991); kelliem waqt konferenzi fiċ-ċentru ta' formazzjoni permanenti fl-Università Panthéon-Assas; kiseb iċ-ċertifikat sabiex ikun jista' jipprattika bħala avukat f'Ċipru (1993); konsulent speċjali għall-affarijiet Ewropej fi ħdan il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin f'Ċipru (1996-1999); membru tal-bord għan-negozjati dwar l-adeżjoni ta' Ċipru mal-Unjoni Ewropea (1998-2003); konsulent fid-dritt tal-Unjoni fi ħdan is-servizz legali tar-Repubblika ta' Ċipru (1999-2002); membru ta' delegazzjonijiet Ċiprijotti Griegi fil-kuntest ta' negozjati għal soluzzjoni globali għall-problema Ċiprijotta (2002-2014); ġurista prinċipali (2002-2007), sussegwentement avukat prinċipali tar-Repubblika ta' Ċipru (2007-2014) u direttur tad-dipartiment tad-dritt Ewropew tas-servizz legali tar-Repubblika ta' Ċipru (2003-2014); aġent tal-Gvern Ċiprijott quddiem il-qrati tal-Unjoni Ewropea (2004-2014); membru tal-kunsill ta' amministrazzjoni tal-Organizzazzjoni Ewropea ta' dritt pubbliku (Ateni, il-Greċja) mis-sena 2013; Imħallef tal-Qorti tal-Ġustizzja mit-8 ta' Ottubru 2014.

Manuel Campos Sánchez-Bordona
Manuel Campos Sánchez-Bordona

imwieled fl-1950; gradwat fid-dritt mill-Univeristajiet ta' Sevilla u ta' Grenada (1967-1972); prosekutur fil-qrati ta' Palma de Majorca u ta' Sevilla (1977-1982); Imħallef fl-Awla tal-kontenzjuż amministrattiv tal-Qorti superjuri tal-ġustizzja tal-Andalucía, fil-Qorti nazzjonali u fil-Qorti superjuri tal-ġustizzja tal-Canarias (1982-1989); president tal-Awla tal-kontenzjuż amministrattiv tal-Qorti superjuri tal-ġustizzja tal-Cantabria (1989-1994); référendaire mal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej (1995-1999); membru tal-kunsill ta' amministrazzjoni tal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli tal-Istat u tal-qrati amministrattivi supremi tal-Unjoni Ewropea (ACA-Europe) (2006-2014); membru tal-kummissjoni elettorali ċentrali (2012-2015); Imħallef fl-Awla amministrattiva tal-Qorti suprema ta' Spanja (1999-2015); Avukat Ġenerali fil-Qorti tal-Ġustizzja mis-7 ta' Ottubru 2015.

Michail Vilaras
Michail Vilaras

imwieled fl-1950; gradwat fid-dritt mill-Università tal-Ateni (1973); diploma tal-studji approfonditi fid-dritt soċjali mill-Università tal-Pariġi II Panthéon-Sorbonne (1977); avukat (1974-1980); espert nazzjonali mas-Servizz Legali tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (1988-1990), u mbagħad amministratur prinċipali fid-Direttorat Ġenerali V “Impjieg, relazzjonijiet industrijali, affarijiet soċjali” (1990-1994); awditur, uffiċjal legali u, mill-1999, konsulent fil-Kunsill tal-Istat Elleniku; membru assoċjat tal-Qorti suprema speċjali tal-Greċja; membru tal-Kumitat ċentrali għat-tfassil tal-abbozzi ta’ liġijiet tal-Greċja (1996-1998); direttur tas-Servizz Legali fi ħdan is-Segretarjat Ġenerali tal-Gvern Elleniku (1996-1998); Imħallef fil-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea (1998-2010), President ta’ Awla mill-2004 sal-2010); Membru tal-Kunsill superjuri tal-ġustizzja amministrattiva (2011-2012); Membru tal-Qorti speċjali għat-tilwim dwar ir-remunerazzjonijiet tal-maġistrati u tal-Qorti speċjali għal kawżi kontra maġistrati (2013-2014); membru tal-bord konsultattiv ta’ esperti dwar il-kandidati għall-elezzjoni tal-Imħallfin fil-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (2014-2015); membru tal-kumitat kompetenti sabiex jagħti opinjoni dwar il-kompetenza tal-kandidati għall-eżerċizzju tal-funzjonijiet ta’ Mħallef fit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (2012-2015); lecturer tad-dritt Ewropew fl-Iskola nazzjonali tal-maġistratura (1995-1996 u 2012-2015); Imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja mis-7 ta’ Ottubru 2015.

Eugene Regan
Eugene Regan

imwieled fl-1952; master fix-xjenzi politiċi u ekonomiċi (1974) u master fl-ekonomija politika (1975) fl-University College ta' Dublin; master fid-dritt internazzjonali u fid-dritt ikkomparat fl-Università libera ta' Brussell (1979), barrister iskritt fil-Kings Inns ta' Dublin (1985), analista ekonomiku mal-Irish Farmers' Association f'Dublin (1975-1976); direttur tal-uffiċċju tal-Irish Farmers' Association fi ħdan il-Komunità Ekonomika Ewropea (1976-1979); direttur eżekuttiv tal-Irish Meat Exporters Association (1980-1984); konsulent politiku mal-Kummissarju Peter Sutherland (1985-1988); direttur ġenerali ta' Agra Trading Ltd (1989-1995); barrister (1995-2005) u Senior Counsel barrister (mill-2005); membru tas-Seanad (kamra superjuri tal-Parlament Irlandiż) (2007-2011); president tal-Grupp ta' avukati u kap tal-proġett tal-Grupp "Ġustizzja" tal-Istitut tal-affarijiet internazzjonali u Ewropej (mill-1998); Imħallef tal-Qorti tal-Ġustizzja mis-7 ta' Ottubru 2015.

Henrik Saugmandsgaard Øe
Henrik Saugmandsgaard Øe

Imwieled fl-1964; master fid-dritt mill-Università ta' Aarhus (1991); master fid-dritt Ewropew mill-Collège d'Europe fi Bruges (1993); lecturer fl-Universitajiet ta' Aarhus (1991-1993) u ta' Copenhagen (1999-2001); professur mistieden fl-Universitajiet ta' Copenhagen u ta' Aalborg (mill-2008); avukat iskritt fil-kamra tal-avukati Daniża (1995); référendaire mal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej (1994-1999); prosekutur fl-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku ta' Copenhagen (1999-2000) u spettur mad-distretti tal-pulizija (2004-2006); konsulent legali mar-rappreżentant tal-Prim Ministru Daniż matul in-negozjati għat-tfassil tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (1999-2000); kap ta' dipartiment fl-Uffiċċju tad-dritt Ewropea (1999-2000); kap ta' dipartiment fl-Uffiċċju tad-dritt Ewropew u tad-drittijiet tal-bniedem (2000-2001) u kap ta' dipartiment fl-Uffiċċju tad-dritt ta' proprjetà u tal-obbligi tal-Ministeru tal-Ġustizzja (2001-2006); Ombudsman tal-konsumaturi nnominat mill-Gvern Daniż (2006-2014); Imħallef fil-Østre Landsret, Copenhagen (2015); Avukat Ġenerali fil-Qorti tal-Ġustizzja mis-7 ta' Ottubru 2015.

Michal Bobek
Michal Bobek

Imwieled fl-1977; master fid-dritt u master fir-relazzjonijiet internazzjonali (Università Karlova ta' Praga); gradwat fid-dritt Ingliż u fid-dritt tal-Unjoni Ewropea (Università ta' Cambridge); Magister Juris (Università ta' Oxford, St. Edmund Hall); dottorat fid-dritt (Istitut Universitarju Ewropew, Firenze); studji fl-Università libera ta' Brussell u fl-Università ta' Queensland (l-Awstralja); référendaire mal-President tal-Qorti amministrattiva suprema tar-Repubblika Ċeka (2005-2009), u wara Kap tad-dipartiment ta' riċerka u ta' dokumentazzjoni tal-istess qorti (2008-2009); kapaċità li jeżerċita l-funzjonijiet ta' Mħallef fir-Repubblika Ċeka (2009); lecturer (2011 u 2012) u riċerkatur (2013-2016) fl-Istitut tad-dritt Ewropew u tad-dritt ikkomparat fl-Università ta' Oxford; professur fil-Collège d'Europe fi Bruges (2013-2015); membru tal-bord tal-appell tal-Bank nazzjonali Ċek (2013-2015); Imħallef ad hoc fil-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (2013-2015); kofondatur u president tal-assoċjazzjoni Ċeka tad-dritt Ewropew u tad-dritt ikkomparat; lecturer u professur mistieden f'diversi universitajiet fl-Ewropa u barra mill-Ewropa; awtur ta' diversi pubblikazzjonijiet fil-qasam tad-dritt tal-Unjoni Ewropea, tad-drittijiet Ewropej tal-bniedem, tad-dritt (pubbliku) ikkomparat u tat-teorija tad-dritt; Avukat Ġenerali fil-Qorti tal-Ġustizzja mis-7 ta' Ottubru 2015.

Evgeni Tanchev
Evgeni Tanchev

imwieled fl-1952; diploma fid-dritt mill-Università Saint-Clément d'Ohrid ta’ Sofia (1975); dottorat fid-dritt (1979); lecturer (1977-1984), lecturer anzjan (1984-1990), u mbagħad professur fl-Università Saint-Clément d'Ohrid ta’ Sofia (1990-2013); dekan tal-fakultà tal-liġi tal-Università Saint-Clément d'Ohrid ta’ Sofia (1988-1991); membru tal-kunsill leġiżlattiv fi ħdan l-assemblea nazzjonali Bulgara (1995-1997); kap tal-katedra Jean Monnet fl-Università l-Ġdida Bulgara (2002-2005); president tal-kunsill legali għall-President tal-Bulgarija (2002-2003); Imħallef (2003-2009), u mbagħad President (2009-2012) tal-qorti kostituzzjonali Bulgara; kap tal-katedra tad-dritt kostituzzjonali fil-fakultà tal-liġi tal-Università Saint-Clément d'Ohrid ta’ Sofia (2013-2016); membru (2006-2016) u viċi president tal-kummissjoni ta’ Venezia tal-Kunsill tal-Ewropa (2013-2015); membru tal-kunsill kostituzzjonali fi ħdan l-Ombudsman tal-Bulgarija (2015-2016); editur ta’ diversi rivisti legali; awtur ta’ diversi pubblikazzjonijiet legali; Avukat Ġenerali fil-Qorti tal-Ġustizzja mid-19 ta’ Settembru 2016.

Alfredo Calot Escobar
Alfredo Calot Escobar

Imwieled fl-1961; gradwat fil-liġi mill-Università ta' Valencia (1979-1984); analista kummerċjali fi ħdan il-Kunsill tal-kmamar tal-kummerċ tal-Comunidad autónoma de Valencia (1986); ġurista lingwista mal-Qorti tal-Ġustizzja (1986-1990); ġurista reviżur mal-Qorti tal-Ġustizzja (1990-1993); amministratur fid-dipartiment tal-istampa u tal-informazzjoni tal-Qorti tal Ġustizzja (1993-1995); amministratur fi ħdan is-segretarjat tal-kumitat istituzzjonali tal-Parlament Ewropew (1995-1996); attaché mar-Reġistratur tal-Qorti tal-Ġustizzja (1996-1999); référendaire mal-Qorti tal Ġustizzja (1999-2000); kap tad-diviżjoni ta' traduzzjoni tal-lingwa Spanjola tal-Qorti tal-Ġustizzja (2000-2001); direttur, u mbagħad direttur ġenerali, tat-traduzzjoni mal-Qorti tal-Ġustizzja (2001-2010); Reġistratur tal-Qorti tal-Ġustizzja mis-7 ta' Ottubru 2010.

.