CURIA
rss
tfittxija avvanzata
Ir-Reġistru

Ir-Reġistru huwa responsabbli għaż-żamma tar-reġistru tal-Qorti Ġenerali u tal-atti tal-kawżi pendenti, tar-riċezzjoni, trażmissjoni, notifika u żamma tad-dokumenti, kif ukoll tal-korrispondenza mal-partijiet, ma' min jitlob li jintervjeni u ma' min jitlob l-għajnuna legali.

Preżentata tal-atti proċedurali

   
 corner-T 

Preżentata b'mod elettroniku 

Preżentata bil-posta

 

Preżentata b'mod elettroniku

L-aġenti u l-avukati awtorizzati jipprattikaw quddiem qorti ta' Stat Membru jew ta' Stat ieħor li huwa parti mill-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea jistgħu, meta jkolhom kont sabiex jaċċedu għall-e-Curia, jippreżentaw att proċedurali permezz ta' din l-applikazzjoni. F'dan il-każ, wara t-trażmissjoni ta' dan l-att, ma hemmx għalfejn li dan l-att jintbagħat bil-posta jew li jintbagħtu kopji awtentikati.

e-Curia

Preżentata bil-posta

L-indirizz tar-Reġistru tal-Qorti Ġenerali għandu jintuża għall-preżentata tal-atti proċedurali u tal-posta mir-rappreżentanti tal-partijiet relatati mal-kawżi pendenti; l-indirizz ma għandux jintuża għal talbiet għal informazzjoni ta' natura ġenerali.

L-atti proċedurali u l-korrispondenza relatata mal-kawżi pendenti jistgħu wkoll jitħallew direttament fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali jew, barra mill-ħinijiet tal-ftuħ tar-Reġistru, mal-gwardjani preżenti 24 siegħa kuljum fl-entrati tal-bini tal-Qorti.

It-trażmissjoni ta' att proċedurali permezz ta' faks jew ta' posta elettronika tittieħed biss inkunsiderazzjoni jekk tirrigwarda kopja tal-oriġinal iffirmat bil-kundizzjoni li l-oriġinali stess tasal fir-Reġistru sa mhux iktar tard minn għaxart ijiem wara.

Rue du Fort Niedergrünewald
L-2925 Luxembourg

Tel.: (352) 4303-1
Faks: (352) 4303 2100
Kuntatt

 Għal iktar informazzjon:

Dokumenti li jirregolaw il-proċedura

Il-pjattaforma e-Curia tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

.