CURIA
rss
tfittxija avvanzata
Bibljoteka

Il-kollezzjoni tal-Bibljoteka

Il-kollezzjoni tal-bibljoteka tkopri dawn is-setturi:

Setturi ġuridiċi

Setturi oħra

- Dritt tal-Unjoni
- Dritt internazzjonali
- Dritt komparattiv
- Dritt nazzjonali
- Teorija ġenerali tad-dritt

- Ekonomija
- Politika
- Xjenzi soċjali u amministrattivi
- Amministrazzjoni bibljotekarja

Il-bibljoteka għandha kollezzjoni mdaqqsa ta' dizzjunarji kemm f'lingwa waħda kif ukoll multilingwistiċi u numru mdaqqas ta' ġurnali uffiċjali, atti parlamentari u perjodiċi uffiċjali oħra.
Il-librerija bħalissa tinkludi aktar minn 200,000 ktieb u hija abbonata f'madwar 1,000 perjodiku.

L-akkwisti l-ġodda kollha tal-bibljoteka, inklużi l-faxxikli tal-perjodiċi, huma eżaminati bil-għan li jiġu identifikati:

l-artikli ta' dottrina li jirrigwardaw id-dritt tal-Unjoni kif ukoll artikli dwar oqsma ġuridiċi oħra li jistgħu jkunu ta' interess fix-xogħol tal-istituzzjoni. L-artikli magħżula jiġu kklassifikati u kkatalogati;

in-noti u l-kummentarji ta' dottrina fuq is-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja, tal-Qorti Ġenerali u tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku.

Il-katalogu tal-bibljoteka jista' jiġi kkonsultat fis-sala tal-qari permezz tal-kompjuter. Huwa wkoll aċċessibbli permezz tal-internet.


Pubblikazzjonijiet

a. Bibljografija attwali

Bibljografija ta' kull xahar li tinkludi lista kompleta tal-akkwisti l-ġodda kollha u tal-artikli ta' dottrina kollha magħżula matul il-perijodu ta' referenza. Il-bibljografija tikkonsisti f'żewġ partijiet separati:

parti A: pubblikazzjonijiet ġuridiċi dwar l-integrazzjoni Ewropea;

parti B: teorija ġenerali tad-dritt, dritt internazzjonali, dritt komparattiv, dritt nazzjonali u suġġetti oħra.

(Attenzjoni! Din il-pubblikazzjoni teżisti biss bil-Franċiż)

b. Bibljografija ġuridika tal-integrazzjoni Ewropea

Pubblikazzjoni annwali f'żewġ volumi bbażata fuq l-akkwisti u l-eżami tagħhom li jsir matul is-sena ta' referenza fil-qasam tad-dritt tal-Unjoni.

Mill-edizzjoni tal-1990 'l hawn, il-bibljografija saret pubblikazzjoni uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Hija tinkludi bosta referenzi bibljografiċi, aċċessibbli permezz ta' indiċijiet tas-suġġetti u tal-awturi.

Il-bibljografija annwali tista' titniżżel b'xejn mis-sit internet tal-EU Bookshop immexxi mill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea.

.