CURIA
rss
tfittxija avvanzata
Konvenzjonijiet ta' Brussell u ta' Lugano - Regolament Nru 44/2001

Il-Konvenzjonijiet ta' Brussell u ta' Lugano dwar il-ġurisdizzjoni u l-eżekuzzjoni ta' sentenzi f'materji ċivili u kummerċjali

Skambju ta' informazzjoni:  fr / en

L-Istati kontraenti tal-Konvenzjoni ta' Lugano dwar il-ġurisdizzjoni u l-eżekuzzjoni ta' sentenzi f'materji ċivili u kummerċjali waqqfu sistema ta' skambju ta' informazzjoni kemm dwar sentenzi li japplikaw din il-Konvenzjoni kif ukoll informazzjoni dwar sentenzi li japplikaw il-Konvenzjoni ta' Brussell li, fil-parti l-kbira tagħha, hija identika għall-Konvenzjoni ta' Lugano.

Din is-sistema, li ġiet stabbilita permezz tal-Protokoll Nru 2 tal-Konvenzjoni ta' Lugano, tinkludi b'mod partikolari l-komunikazzjoni tal-informazzjoni miġbura mir-Reġistratur tal-Qorti tal-Ġustizzja, li kienet inħatret bħala l-korp ċentrali.

Għal dan il-għan, selezzjoni ta' sentenzi minn qrati nazzjonali kif ukoll xi sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja jintbagħtu perjodikament sa mill-1992 lill-awtoritajiet nazzjonali maħtura mill-Istati kontraenti.

Wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta' Diċembru 2000, li jissostitwixxi l-Konvenzjoni ta' Brussell, ġew inklużi s-sentenzi nazzjonali l-iktar importanti u li jistgħu jkunu rilevanti għall-interpretazzjoni tal-Konvenzjoni ta' Lugano.

Fuq talba tal-Istati Kontraenti, imressqa lill-Kumitat Permanenti mwaqqaf għall-finijiet tal-Protokoll Nru 2, id-dokumenti trażmessi jiġu ppublikati wkoll f'dan is-sit.

Ir-rapporti, magħmula abbażi tal-informazzjoni mibgħuta fil-kuntest tal-Kumitat Permanenti, huma disponibbli fis-sit internet tal-Uffiċċju Federali tal-Ġustizzja (l-Iżvizzera).

.