CURIA
rss
tfittxija avvanzata
Noti dwar il-kummentarji tas-sentenzi

Din it-taqsima fiha r-referenzi għan-noti dwar il-kummentarji li jirrigwardaw is-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja, tal-Qorti Ġenerali u tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku mill-ħolqien tagħhom.

It-taqsima hija maqsuma fi tliet partijiet:

- L-ewwel parti tinkludi r-referenzi għan-noti dwar il-kummentarji tas-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja mogħtija fil-kawżi ppreżentati qabel l-1 ta' Jannar 1989.
Parti 1: 1954 - 1988

- It-tieni parti tinkludi r-referenzi għan-noti dwar il-kummentarji tas-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-Qorti u tal-Qorti Ġenerali mogħtija fil-kawżi ppreżentati bejn l-1 ta' Jannar 1989 u l-31 ta' Diċembru 2004.
Parti 2: 1989 - 2004

- It-tielet parti tinkludi r-referenzi għan-noti dwar il-kummentarji tas-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-Qorti u tal-Qorti Ġenerali kif ukoll tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku mogħtija fil-kawżi ppreżentati mill-1 ta' Jannar 2005.
Parti 3: 2005 - ...

F'kull parti, is-sentenzi huma kklassifikati, għal kull qorti, skont in-numru tal-kawża, filwaqt li r-referenzi għan-noti huma kklassifikati b'mod kronoloġiku skont meta dehru. Fl-aħħar ta' kull parti, tabella kronoloġika tas-sentenzi kollha annotati jippermettu lill-qarrej isib malajr in-numru tal-kawża tas-sentenza li tagħha jkun jaf biss id-data.

Għal dak li jirrigwarda d-dokumenti fil-format PDF (Portable Document Format), il-qari jista' jiġi ffaċilitat bl-użu ta' "bookmarks".

Qed tinġibidlek l-attenzjoni għall-fatt li, għalkemm din il-pubblikazzjoni teżisti biss bil-Franċiż, kull referenza tidher fil-lingwa oriġinali tagħha.
 
 
 
 
 
 

.