CURIA
rss
tfittxija avvanzata
Il-qrati tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea

Sitwazzjoni tas-sistemi ġudizzjarji fl-1 ta' Jannar 2007 Il-qrati tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea

Il-qrati tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea

Il-Qrati tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea huwa intiż għall-professjonisti fid-dritt, għall-universitarji, għall-istudenti, għall-impriżi kif ukoll għal kull persuna oħra li iktar ma jgħaddi żmien, iktar tiltaqa' ma' kontroversji li jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni ta' qrati differenti.

Il-ktieb għandu joffri lill-qarrej ħarsa panoramika tal-qrati u tal-proċedimenti fl-Ewropa tal-ġustizzja, u jipproponi deskrizzjoni tas-sistemi ġudizzjarji ta' kull wieħed mis-27 Membru tal-Unjoni Ewropea.

Barra minn hekk, jinkludi preżentazzjoni grafika tal-qrati nazzjonali u indikazzjonijiet bibljografiċi speċifiċi.

Fejn qabel din kienet sempliċi għodda interna għall-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, illum din il-gwida hija disponibbli għall-pubbliku ġenerali sabiex titqassam informazzjoni li rarament tkun preżenti kollha kemm hi f'pubblikazzjoni waħda.

.