CURIA
rss
tfittxija avvanzata
Kundizzjonijiet ġenerali għaż-żjarat fil-Qorti tal-Ġustizzja

Istruzzjonijiet ta’ sigurtà u regoli ta’ mġiba

Minħabba l-kontrolli ta’ sigurtà, il-viżitaturi huma mitluba josservaw bir-reqqa’ kollha l-ħinijiet taż-żjara.

Matul iż-żjara tagħhom fil-Qorti tal-Ġustizzja, il-viżitaturi huma mitluba jġibu ruħhom b’mod diskret u dinjituż, kif ukoll jilbsu lbies xieraq.

Il-viżitaturi li jassistu għal seduta pubblika huma mistiedna jieħdu posthom fis-sala tas-seduta qabel ma tibda s-seduta; id-dħul jew il-ħruġ mis-sala matul is-seduta ma huwiex permess. Matul is-seduta għat-trattazzjonijiet orali, il-viżitaturi għandhom ikunu siekta. Il-konsum ta’ ikel u xorb ma huwiex permess fis-swali tas-seduti u fis-swali tal-laqgħat.

Matul is-seduti, ma huwiex permess li jittieħdu ritratti jew li jiġu rreġistrati d-dibattiti. Sabiex jiġu evitati l-interferenzi mas-sistema ta’ interpretazzjoni, it-telefons ċellulari għandhom obbligatorjament ikunu mitfija.

Kull viżitatur għandu jkollu fil-pussess tiegħu karta ta’ identifikazzjoni li għandu jilbes b’mod viżibbli matul iż-żjara kollha. Għal raġunijiet ta’ sigurtà, il-preżenza tal-viżitaturi fil-Qorti tal-Ġustizzja hija awtorizzata biss fiż-żoni indikati fil-programm taż-żjara.

Il-persuni responsabbli għall-gruppi għandhom jeskortaw il-grupp ta’ viżitaturi matul iż-żjara kollha tagħhom fil-Qorti tal-Ġustizzja.

Il-Qorti tal-Ġustizzja kienet obbligata ssaħħaħ il-miżuri ta’ sigurtà fir-rigward tal-aċċess għall-bini tagħha. Għaldaqstant, il-viżitaturi huma mitluba josservaw bir-reqqa’ kollha l-istruzzjonijiet mogħtija lilhom mill-gwardjani jew mill-gwida ta’ akkoljenza. Għandu jiġi nnotat li l-bagalji tal-viżitaturi ser jiġu kkontrollati mal-wasla tagħhom.

Il-viżitaturi ma humiex awtorizzati jpejpu fil-bini.

Għandu jiġi nnotat li, f’ċirkustanzi eċċezzjonali, il-Qorti tal-Ġustizzja tirriżerva d-dritt li tikkanċella żjara ppjanata.

 

Protezzjoni tad-data personali

Data personali tinġabar fil-kuntest tal-organizzazzjoni taż-żjarat sabiex iż-żjara tiżvolġi fl-aqwa kundizzjonijiet (effiċjenza fil-kuntatti u skambji ta' korrispondenza, definizzjoni ta' programm taż-żjara adattat għal-lingwa, għal-livell ta' formazzjoni u għall-interess tal-viżitaturi). Din id-data tiġi pproċessata mid-Direttorat tal-Protokoll u taż-Żjarat matul iż-żmien neċessarju għall-organizzazzjoni u għall-iżvolġiment taż-żjara u titħassar sa mhux aktar tard minn sitt snin wara ż-żjara. Hija tiġi kkomunikata biss lill-organizzaturi taż-żjarat (viżitaturi kkonċernati, Direttorat tal-Protokol u taż-Żjarat), lill-uffiċjalli li jiltaqgħu mal-viżitaturi, lid-Direttorat tal-Interpretazzjoni fejn tkun meħtieġa interpretazzjoni u, jekk ikun il-każ, lill-korpi kompetenti biex jeżerċitaw il-verifiki tagħhom skont il-liġi.

Skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni u dwar il-movement liberu ta' dak id-data (ĠU L 8 tat-12 ta' Jannar 2001, p. 1), intom għandkom id-dritt għal aċċess għad-data li tikkonċernakom u, jekk ikun meħtieġ, li tindikaw korrezzjonijiet meħtieġa.

Għal kull informazzjoni supplementari f'dan ir-rigward jew biex taċċedu għad-data pproċessata, indirizzaw ruħkom lid-Direttorat tal-Protokoll u taż-Żjarat. Tistgħu wkoll f'kull mument tmorru quddiem il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.

 

Vidjosorveljanza u reġistrazzjonijiet vidjo

Sabiex tiġi assigurata l-protezzjoni tal-persuni li jaċċedu fil-bini tagħha kif ukoll tal-beni u tal-informazzjoni li hija għandha, il-Qorti tal-Ġustizzja installat sistema ta' vidjosorveljanza kemm ġewwa kif ukoll barra l-bini tagħha. L-immaġini rreġistrati jinżammu għal perijodu limitat u huma aċċessibbli biss għal numru limitat ta' persuni inkarigati b'dan ix-xogħol.

Ir-reġistrazzjoni tal-immaġini kif ukoll is-sorveljanza mill-kameras isiru fl-osservanza tal-leġiżlazzjoni relatata mal-protezzjoni tad-data personali u tal-ħajja privata. Avviżi speċifiċi mqiegħda viċin iż-żona sorveljata jindikaw il-preżenza tas-sistema ta' vidjosorveljanza.

Għal iktar informazzjoni:

- Politique de vidéosurveillanceVideo-surveillance policyVideoüberwachungsstrategie pdf icon

- Notice informative / Information notice concerning video surveillance / Informationsblatt zur Videoüberwachung pdf icon

 

Rapporti ta’ inċidenti

Il-Qorti tal-Ġustizzja implementat miżuri sabiex tiżgura li kwalunkwe anomalija, malfunzjoni, assistenza lil persuna, problema potenzjali marbuta mas-sigurtà jew mas-sigurtà tal-persuni, tal-oġġetti u tal-bini tkun is-suġġett ta’ rapport ta’ inċident intern.

Għal iktar informazzjoni:

Avviż dwar rapporti ta’ inċidenti pdf icon (FR)

 

 

 

.