CURIA
rss
tfittxija avvanzata
Politika dwar l-użu ta’ Twitter

Il-kontijiet Twitter @EUCourtPress u @CourUEPresse jiġu amministrati mid-Diviżjoni tal-Istampa u tal-Informazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

Bħala medja, ser jixxandru minn wieħed sa tliet tweets fil-ġimgħa dwar deċiżjonijiet kif ukoll ċerti avvenimenti istituzzjonali (udjenzi solenni, żjarat uffiċjali, evoluzzjoni tas-servizzi offerti lill-partijiet fil-kawża ...).

Messaġġi diretti jew tweets mibgħuta ma humiex ser jitqiesu li huma talba uffiċjali għal informazzjoni. Fil-każ li jkollok bżonn tikkuntattja uffiċjalment lill-Qorti tal-Ġustizzja, għandek iżżur il-paġna ta' kuntatt tagħna.

Il-kontijiet li nsegwu

Id-Diviżjoni tal-Istampa u tal-Informazzjoni ma ssegwix b'mod sistematiku l-kontijiet tal-followers tagħha. Kontijiet manifestament malizzjużi jew li jagħmlu użu ta' spamming ma jibqgħux segwiti. Il-fatt li kont ikun segwit minn wieħed mill-kontijiet tad-Diviżjoni tal-Istampa u tal-Informazzjoni ma jistax jitqies li jkun approvazzjoni jew sostenn lejn dawn il-kontijiet mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

Disponibbiltà

Id-Diviżjoni tal-Istampa u tal-Informazzjoni taġġorna u tissorvelja l-attività tal-kontijiet Twitter matul il-ħinijiet tax-xogħol mit-Tnejn sal-Ġimgħa.

Il-Qorti tal-Ġustizzja ma tistax tinżamm responsabbli għal kwalunkwe nuqqas ta' disponibbiltà tas-servizz Twitter.

.