CURIA
rss
tfittxija avvanzata
It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

Paul J. Mahoney
Paul J. Mahoney

Imwieled fl-1946; studji fid-dritt (Master of Arts, Università ta' Oxford, 1967; Master of Laws, University College London, 1969); Lecturer, University College London (1967-1973); Barrister (Londra, 1972-1974); Amministratur, Amministratur Prinċipali mal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (1974-1990); Visiting Professor fl-Università ta' Saskatchewan, Saskatoon, Kanada (1988); Kap tal-persunal mal-Kunsill tal-Ewropa (1990-1993); Kap ta' Diviżjoni (1993-1995), Deputat Reġistratur (1995-2001), Reġistratur fil-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (2001-Settembru 2005); President tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku mis-6 ta’ Ottubru 2005 sas-6 ta’ Ottubru 2011.

Sean Van Raepenbusch
Sean Van Raepenbusch

Imwieled fl-1956; gradwat fid-dritt (Université libre ta' Brussell, 1979); lawrea speċjali fid-Dritt Internazzjonali (Brussell, 1980); Dottorat fid-dritt (1989); responsabbli għas-servizz legali tas-Société anonyme du canal et des installations maritimes ta' Brussell (1979-1984); Uffiċjal mal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (Direttorat Ġenerali tal-Affarijiet Soċjali, 1984-1988); Membru tas-servizz legali tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (1988-1994); Référendaire mal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej (1994-2005); Lecturer fiċ-Ċentru universitarju ta' Charleroi (Dritt Soċjali Internazzjonali u Ewropew, 1989-1991); fl-Università ta' Mons-Hainaut (Dritt Ewropew, 1991-1997), fl-Università ta' Liège (Dritt tas-Servizz Pubbliku Ewropew, 1989-1991; Dritt Istituzzjonali tal-Unjoni Ewropea, 1995-2005; Dritt Soċjali Ewropew, 2004-2005) u, mill-2006, fl-Université libre ta' Brussell (Dritt Istituzzjonali tal-Unjoni Ewropea); diversi pubblikazzjonijiet fil-qasam tad-Dritt Soċjali Ewropew u tad-Dritt Istituzzjonali tal-Unjoni Ewropea; Imħallef fit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku mis-6 ta‘ Ottubru 2005; President tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku 7 ott 2011 li 31 Awissu, 2016.

Heikki Kanninen
Heikki Kanninen

Imwieled fl-1952; lawreat mill-Iskola tal-Istudji Kummerċjali Għolja ta' Helsinki u mill-Fakultà tal-Liġi ta' Helsinki; Référendaire mal-Qorti Amministrattiva Suprema tal-Finlandja; Segretarju Ġenerali tal-Kumitat dwar ir-riforma tal-protezzjoni legali fl-amministrazzjoni pubblika; Amministratur Prinċipali mal-Qorti Amministrattiva Suprema; Segretarju Ġenerali tal-Kumitat dwar ir-riforma tal-proċedimenti amministrattivi, Konsulent mad-Direttorat tal-Leġiżlazzjoni fil-Ministeru tal-Ġustizzja; Deputat Reġistratur fil-Qorti tal-EFTA; Référendaire mal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej; Imħallef fil-Qorti Amministrattiva Suprema (1998-2005); Membru tal-Bord tal-Appelli dwar ir-Refuġjati; Viċi-President tal-Kumitat dwar l-iżvilupp tal-istituzzjonijiet ġudizzjarji Finlandiżi; Imħallef fit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku mis-6 ta' Ottubru 2005 sas-6 ta' Ottubru 2009; Imħallef fil-Qorti Ġenerali mis-7 ta' Ottubru 2009; viċi President tal-Qorti Ġenerali mis-17 ta' Settembru 2013.

Haris Tagaras
Haris Tagaras

Imwieled fl-1955; gradwat fid-dritt (Università ta' Tessaloniki, 1977); lawrea speċjali fid-Dritt Ewropew (Institut d'Ètudes Européennes de l'Université Libre de Brussell, 1980); Dottorat fid-dritt (Università ta' Tessaloniki, 1984); Ġurist Lingwist mal-Kunsill tal-Komunitajiet Ewropej (1980-1982); Riċerkatur fiċ-Ċentru tad-Dritt Ekonomiku Internazzjonali u Ewropew ta' Tessaloniki (1982-1984); Amministratur mal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej u mal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (1986-1990); Professur tad-Dritt Komunitarju, tad-Dritt Internazzjonali Privat u tad-Drittijiet tal-Bniedem fl-Università Panteion ta' Ateni (mill-1990); Konsulent estern għall-affarijiet Ewropej mal-Ministeru tal-Ġustizzja u Membru tal-Kumitat Permanenti tal-Konvenzjoni ta' Lugano (1991-2004); Membru tal-Kummissjoni nazzjonali tal-kompetizzjoni (1999-2005); Membru tal-Kummissjoni nazzjonali tat-telekomunikazzjonijiet u tal-posta (2000-2002); Avukat fil-Qrati ta' Tessaloniki, Avukat fil-Qorti tal-Kassazzjoni; Membru fundatur tal-European Lawyers' Union (UAE); Membru assoċjat tal-International Academy of Comparative Law; Imħallef fit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku mis-6 ta’ Ottubru 2005 sas-6 ta’ Ottubru 2011.

Irena Boruta
Irena Boruta

Imwielda fl-1950; gradwata fid-dritt mill-Università ta' Wrocław (1972), Dottorat fid-dritt (Łodz 1982); Avukat fil-Qrati tar-Repubblika tal-Polonja (mill-1977); Visiting researcher (Università ta' Paris X, 1987-1988; Università ta' Nantes, 1993-1994); esperta ma' "Solidarnosc" (1995-2000); Professur tad-Dritt Industrijali u tad-Dritt Soċjali Ewropew fl-Università ta' Łodz (1997-1998 u 2001-2005), Professur Assoċjat fl-Iskola Superjuri tal-Kummerċ ta' Varsavja (2002), Professur tad-Dritt Industrijali u tad-Dritt tas-Sigurtà Soċjali fl-Università Kardinal Stefan Wyszynski f'Varsavja (2002-2005); Deputat Ministru għax-Xogħol u Affarijiet Soċjali (1998-2001); Membru tal-Kumitat tan-negozjaturi għall-adeżjoni tar-Repubblika tal-Polonja mal-Unjoni Ewropea (1998-2001); Rappreżentanta tal-Gvern Pollakk fl-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (1998-2001); awtriċi ta' diversi kotba fuqid-Dritt Industrijali u fuq id-Dritt Soċjali Ewropew; Imħallef fit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku mis-6 ta’ Ottubru 2005 sas-7 ta’ Ottubru 2013.

Stéphane Gervasoni
Stéphane Gervasoni

Imwieled fl-1967; diploma mill-Institut d'études politiques ta' Grenoble (1988) u mill-École nationale d'administration (1993); okkupa l-pożizzjoni ta' auditeur fil-Conseil d'État [Imħallef relatur fit-taqsima tal-kontenzjuż (1993-1997) u membru tat-taqsima soċjali (1996-1997)]; okkupa l-pożizzjoni ta' maître des requêtes fil-Conseil d'État (1996-2008); okkupa l-pożizzjoni ta' maître de conférences fl-Institut d'études politiques ta' Pariġi (1993-1995); Kummissarju tal-Gvern fi ħdan il-Commission spéciale de cassation des pensions (1994-1996); konsulent legali għall-Ministeru tas-Servizz pubbliku u għall-belt ta' Pariġi (1995-1997); Segretarju Ġenerali tal-kunsill tar-reġjun amministrattiv ta' Yonne, responsabbli għaż-żona ta' Auxerre (1997-1999); Segretarju Ġenerali tal-kunsill tar-reġjun amministrattiv ta' Savoie, responsabbli għaż-żona ta' Chambéry (1999-2001); référendaire mal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej (2001-2005); membru titolari tal-Kummissjoni tal-Appelli tal-Organizzazzjoni tat-Trattat tal-Atlantiku tat-Tramuntana (NATO) (2001-2005); Imħallef fit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (2005-2011, President ta' awla mill-2008 sal-2011); okkupa l-pożizzjoni ta' conseiller d'État bħala assistent tal-President tat-tmien awla tat-taqsima tal-kontenzjuż (2011-2013); Membru tal-Kummissjoni tal-Appelli tal-Aġenzija Spazjali Ewropea (2011-2013); Imħallef fil-Qorti Ġenerali mis-16 ta' Settembru 2013.

Horstpeter Kreppel
Horstpeter Kreppel

Imwieled fl-1945; studji universitarji f'Berlin, f'München, fi Frankfurt am Main (1966-1972); l-ewwel eżami tal-Istat (1972); Maġistrat trainee fi Frankfurt am Main (1972-1973 u 1974-1975); Collège d'Europe fi Bruges (1973-1974); it-tieni eżami tal-Istat (Frankfurt am Main, 1976); impjegat mal-Uffiċċju Federali dwar l-impjieg u Avukat (1976); Imħallef fit-Tribunal industrijali (Land ta' Hesse, 1977-1993); Lecturer fil-Fachhochschule für Sozialarbeit ta' Frankfurt am Main u fil-Verwaltungsfachhochschule ta' Wiesbaden (1979-1990); espert nazzjonali fis-servizz legali tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (1993-1996 u 2001-2005); Attaché għall-affarijiet soċjali fl-Ambaxxata tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja f'Madrid (1996-2001); Imħallef fit-Tribunal Industrijali ta' Frankfurt am Main (Frar-Settembru 2005); Imħallef fit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku mis-6 ta' Ottubru 2005 sas-13 ta’ April 2016.

Maria Isabel Rofes i Pujol
Maria Isabel Rofes i Pujol

Imwielda fl-1956; studji fid-dritt (licenciatura en derecho, Università ta' Barcelona, 1981); speċjalizzazzjoni fil-kummerċ internazzjonali (Messiku, 1983); studji dwar l-integrazzjoni Ewropea (Kamra tal-Kummerċ ta' Barcelona 1985) u dwar id-dritt Komunitarju (Escola d'Administació Pública de Catalunya 1986); Uffiċjal fil-Generalitat de Catalunya (Membru tas-servizz legali tal-Ministeru għall-Industrija u l-Enerġija, April 1984-Awwissu 1986); Avukat fil-qrati ta' Barcelona (1985-1987); Amministratur, sussegwentement amministratur prinċipali fid-Diviżjoni tar-Riċerka u Dokumentazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej (1986-1994); Référendaire mal-Qorti tal-Ġustizzja (uffiċċju tal-Avukat Ġenerali Ruiz-Jarabo Colomer, Jannar 1995-April 2004; uffiċċju tal-Imħallef Lõhmus, Mejju 2004-Awwissu 2009); Lecturer dwar il-ġurisprudenza Komunitarju fil-fakultà tal-Liġi (Universitat Autònoma de Barcelona, 1993-2000); diversi pubblikazzjonijiet u lectures fil-qasam tad-dritt soċjali Ewropew; Membru tal-Bord tal-Appell tal-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti (2006-2009); Imħallef fit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku mis-7 ta' Ottubru 2009 sas-13 ta’ April 2016.

Ezio Perillo
Ezio Perillo

imwieled fl-1950; dottorat fid-dritt u avukat fil-kamra tal-avukati ta’ Padova; assistent, u wara riċerkatur ikkonfermat fid-dritt ċivili u fid-dritt ikkomparat fil-fakultà tal-liġi tal-Università ta’ Padova (1977-1982); lecturer fid-dritt Komunitarju fil-Collège d’Europe (Parma, 1990-1998), fil-fakultajiet tal-liġi tal-Università ta’ Padova (1985-1987), ta’ Macerata (1991-1994), ta’ Napoli (1995) u fl-Università Statali ta’ Milano (2000-2001); membru tal-kumitat xjentifiku tal-Master in European integration fl-Università ta’ Padova; uffiċjal fi ħdan id-Direttorat tal-Bibljoteka, Riċerka u Dokumentazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej (1982-1984); référendaire fil-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej mal-Avukat Ġenerali G. F. Mancini (1984-1988); konsulent legali tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew, E. Vinci (1988-1993); Kap ta’ Diviżjoni fis-Servizz Legali tal-Parlament Ewropew (1995-1999); Direttur tal-affarijiet leġiżlattivi u tal-konċiljazzjonijiet, tar-relazzjonijiet interistituzzjonali u tar-relazzjonijiet mal-parlamenti nazzjonali fi ħdan il-Parlament Ewropew (1999-2004); Direttur tar-relazzjonijiet esterni tal-Parlament Ewropew (2004-2006); Direttur tal-affarijiet leġiżlattivi fis-servizz legali tal-Parlament Ewropew (2006-2011); awtur ta’ diversi pubblikazzjonijiet fid-dritt ċivili Taljan u fid-dritt tal-Unjoni Ewropea; Imħallef fit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku mis-6 ta’ Ottubru 2011 sal-31 ta’ Awwissu 2016; Imħallef fil-Qorti Ġenerali mid-19 ta’ Settembru 2016.

René Barents
René Barents

imwieled fl-1951; gradwat fil-liġi u speċjalizzazzjoni fl-ekonomija (Università Erasmus ta’ Rotterdam, 1973); dottorat fid-dritt (Università ta’ Utrecht, 1981); riċerkatur fid-dritt Ewropew u fid-dritt ekonomiku internazzjonali (1973-1974) u lecturer anzjan fid-dritt Ewropew u fid-dritt ekonomiku fl-Istitut Ewropew tal-Università ta’ Utrecht (1974-1979) u fl-Università ta’ Leyde (1979-1981); référendaire fil-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej (1981-1986), Kap tal-Unità “Drittijiet Statutorji” fid-Diviżjoni tal-Persunal tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej (1986-1987); membru tas-Servizz Legali tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (1987-1991); référendaire fil-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej (1991-2000); Kap ta’ Diviżjoni (2000-2009) u mbagħad Direttur (2009-2011) fid-Direttorat tar-riċerka u dokumentazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea; professur titolari (1988-2003) u professur onorarju (mill-2003) fid-dritt Ewropew fl-Università ta’ Maastricht; konsulent fil-qorti tal-appell ta’ ‘s‑Hertogenbosch (1993-2011); membru tal-Akkademja Rjali tax-Xjenza tal-Pajjiżi l-Baxxi (mill-1993); diversi pubblikazzjonijiet dwar id-dritt Ewropew; Imħallef fit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku mis-6 ta’ Ottubru 2011 sal-31 ta’ Awwissu 2016; Imħallef fil-Qorti Ġenerali mid-19 ta’ Settembru 2016.

Kieran Bradley
Kieran Bradley

Imwieled fl-1957; Lawreat fil-liġi (Trinity College, Dublin, 1975-1979); Assistent fir-Riċerka tas-senatriċi Mary Robinson (1978-79 u 1980); Borża ta’ Studju “Pádraig Pearse” sabiex jistudja fil-Collège d’Europe (1979); studji post universitarji fid-Dritt Ewropew fil-Collège d’Europe (1979-1980); Masters fid-dritt fl-Università ta’ Cambridge (1980-1981); Stagaire fil-Parlament Ewropew (il-Lussemburgu, 1981); Amministratur fis-Segretarjat tal Kummissjoni Legali tal-Parlament Ewropew (il-Lussemburgu, 1981-1988); Membru tas Servizz Legali tal-Parlament Ewropew (Brussell, 1988-1995); Référendaire fil-Qorti tal Ġustizzja (1995-2000); Lettur fid-Dritt Ewropew fil-Harvard Law School (2000); Membru tas-Servizz Legali tal-Parlament Ewropew (2000-2003), sussegwentement kap ta’ diviżjoni (2003-2011), wara Direttur (2011); Awtur ta’ diversi pubblikazzjonijiet; Imħallef fit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku mis-Ottubru 6, 2011 sas Awissu 31, 2016.

Jesper Svenningsen
Jesper Svenningsen

imwieled fl-1966; studji fid-dritt (Candidatus juris, Università ta’ Aarhus, 1989); avukat stagiaire mal-konsultent legali tal-Gvern Daniż (1989-1991); référendaire fil-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej mal-Avukat Ġenerali C. C. Gulmann (1991-1993); ammess fil-kamra tal-avukati tad-Danimarka (1993); avukat mal-konsulent legali tal-Gvern Daniż (1993-1995); lecturer fid-dritt Ewropew fl-Università ta’ Kopenħagen; lecturer anzjan fl-Institut européen d’administration publique (IEAP) (il-Lussemburgu, 1995-1997); avukat fil-kamra tal-avukati ta’ Brussell (1997); lecturer anzjan u sussegwentement aġent direttur tal-IEAP (il-Lussemburgu, 1997-1999); amministratur fi ħdan is-servizz legali tal-Awtorità tas-Sorveljanza tal-Assoċjazzjoni Ewropea għall-Kummerċ Ħieles (EFTA) (1999-2000); référendaire fil-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej mal-Imħallef Gulmann (2003-2006), u sussegwentement mal-Imħallef L. Bay Larsen (2006-2013); Imħallef fit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku mis-7 ta’ Ottubru 2013 sal-31 ta’ Awwissu 2016; Imħallef fil-Qorti Ġenerali mid-19 ta’ Settembru 2016.

João Sant
João Sant'Anna

Imwieled fl-1957; diploma fid-dritt mill-Università Klassika ta' Lisbona (1980); osservatur tad-dritt amministrattiv fl-Università Klassika ta' Lisbona (1979-1980); studji fil-qasam tal-proprjetà industrijali fl-Institut Max-Planck ta' München (1982-1984); amministratur u mbagħad kap ta' diviżjoni fil-Ministeru tal-intern (1980-1986); avukat fil-kamra tal-avukati ta' Lisbona (1981-1986); fi ħdan il-Parlament Ewropew, amministratur fid-Direttorat Ġenerali tal-informazzjoni u tar-relazzjonijiet pubbliċi (1986-1987), fid-Direttorat Ġenerali tar-riċerka u tal-istudji (1987-1992), fid-Direttorat Ġenerali tal-persunal, tal-baġit u tal-finanzi (1992-1996) u fis-servizz legali (1996-2000); kap tad-dipartiment amministrattiv u finanzjarju (2000-2007) u mbagħad direttur tad-dipartiment legali (2007-2011) u tad-Direttorat A (2012-2015) mal-Ombudsman Ewropew; Imħallef fit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku mit-13-31 April ta 'Awissu 2016.

Alexander Kornezov
Alexander Kornezov

imwieled fl-1978; diploma fid-dritt mill-Università Saint-Clément d’Ohrid ta’ Sofia (2002) u Master of Laws fid-dritt Ewropew tal-Collège d’Europe (Bruges, 2004); dottorat fid-dritt (2008); avukat fil-kamra tal-avukati ta’ Brussell (2004-2006); lecturer anzjan fid-dritt proċedurali tal-Unjoni Ewropea fl-Università tal-ekonomija nazzjonali u dinjija ta’ Sofia (2008-2012) u fl-Università Saint-Clément d’Ohrid ta’ Sofia (2010-2013); professur assoċjat tad-dritt tal-Unjoni Ewropew u tad-dritt internazzjonali privat fl-akkademja Bulgara tax-xjenzi (mill-2014); lecturer mistieden fl-Università ta’ Cambridge u fil-Università Kattolika ta’ Leuven; référendaire fil-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (2007-2016); fundatur u membru tal-kumitat tat-tmexxija tal-assoċjazzjoni Bulgara għad-dritt Ewropew; editur prinċipali tal-ġurnal tad-dritt Ewropew “Evropeiski praven pregled”; awtur ta’ diversi pubblikazzjonijiet fil-qasam tad-dritt Ewropew; Imħallef fit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku mit-13 ta’ April 2016 sal-31 ta’ Awwissu 2016; Imħallef fil-Qorti Ġenerali mid-19 ta’ Settembru 2016.

Waltraud Hakenberg
Waltraud Hakenberg

Imwielda fl-1955; studji fid-dritt f'Regensburg u f'Geneve (1974-1979); l-ewwel eżami tal-Istat (1979); studji post universitarji fid-Dritt Komunitarju fil-Collège d'Europe ta' Bruges (1979-1980); Maġistrat trainee f'Regensburg (1980-1983); Dottorat fid-dritt (1982); it-tieni eżami tal-Istat (1983); Avukat fi München u f'Pariġi (1983-1989); Uffiċjal mal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej (1990-2005); Référendaire mal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej (Uffiċċju tal-Imħallef Jann, 1995-2005); attivitajiet ta' tagħlim f'diversi universitajiet fil-Ġermanja, fl-Awstrija, fl-Isvizzera u fir-Russja; Professur Onorarju fl-Università tas-Saarland (mill-1999); Membru ta' diversi kumitati, assoċjazzjonijiet u bordijiet ġuridiċi; diversi pubblikazzjonijiet fil-qasam tad-Dritt Komunitarju u tal-ġurisprudenza Komunitarja; Reġistratur tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku Novembru 30, 2005 31 ta 'Awwissu 2016.

.