Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division) fis-7 ta’ Novembru 2018 – SY vs Associated Newspapers Ltd

(Kawża C-687/18)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: SY

Konvenuta: Associated Newspapers Ltd

Domanda preliminari

Jistgħu jitqiesu kompatibbli mal-Artikoli 9, 22 u 23 tad-Direttiva 95/46/KE 1 u mal-Artikoli 7, 8 u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali, bħall-Artikolu 32(4) u (5) tad-Data Protection Act 1998 (il-Liġi dwar il-Protezzjoni tad-Data tal-1998), li jipprevedu li, fejn il-kontrollur tad-data jsostni li d-data personali relatata mal-proċeduri mibdija kontrih huma pproċessati biss (i) għal skopijiet ġurnalistiċi, artistiċi jew letterarji, u (ii) għall-pubblikazzjoni ta’ kontenut ġurnalistiku, letterarju jew artistiku li ma kienx ippubblikat qabel, tali proċeduri għandhom jiġu sospiżi sa fejn jikkonċernaw data personali mhux ippubblikata sakemm (a) l-Information Commissioner (l-Awtorità Responsabbli għall-Protezzjoni tad-Data) tikkonstata li l-kundizzjoni msemmija fil-punt (i) jew fil-punt (ii) ma hijiex issodisfatta, (b) it-talba tal-kontrollur tad-data hija rtirata, jew (ċ) id-data personali tiġi ppubblikata?

____________

1 Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 95/46/KE ta’ l-24 ta’ Ottubru, 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward ta’ l-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 15, p. 355).