Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tas-17 ta’ Diċembru 2015 – Seigneur vs BĊE

(Kawża F-95/14)1

(Servizz Pubbliku – Persunal tal-BĊE – Membri tal-kumitat tal-persunal – Remunerazzjoni – Salarju – Żieda addizzjonali tas-salarju – Eliġibbiltà)

Lingwa tal-kawża:Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Olivier Seigneur (Frankfurt am Main, il-Ġermanja) (rappreżentanti: L. Levi u M. Vandenbussche, avukati)

Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew (rappreżentanti: E. Carlini, D. Camilleri Podestà u M. López Torres, aġenti, B. Wägenbaur, avukat)

Suġġett tal-kawża

It-talba għal annullament tad-deċiżjoni tad-direttorat tal-BĊE li r-rikorrent ma jingħatax ‘ASA’ (żieda addizzjonali tas-salarju), fil-kuntest tal-proċedura ta’ reviżjoni annwali tas-salarji u tal-premji, għas-sena 2014.

Dispożittiv

Id-deċiżjoni tad-direttorat tal-Bank Ċentrali Ewropew, tal-25 ta’ Frar 2014, li O.Seigneur ma jingħatax żieda addizzjonali tas-salarju għas-sena 2014 hija annullata.

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

Il-Bank Ċentrali Ewropew għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat għall-ispejjeż sostnuti minn O.Seigneur.

____________

1  ĠU C 421, 24.11.2014, p.63.