Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-23 ta' Novembru 2010 - Gheysens vs Il-Kunsill

(Kawża F-8/10) 1

"Servizz pubbliku - Membru tal-persunal awżiljarju bil-kuntratt - Nuqqas ta' tiġdid ta' kuntratt - Obbligu ta' motivazzjoni"

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Johan Gheysens (Malines, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis, E. Marchal, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Balta u K. Zieleśkiewicz, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kunsill li ma jiġix estiż il-kuntratt tar-rikorrent u, konsegwentement, li tintemm ir-relazzjoni ta' xogħol tiegħu mal-Kunsill.

Dispożittiv

Ir-rikors ta' J. Gheysens huwa miċħud.

J. Gheysens ibati l-ispejjeż kollha.

____________

1 - ĠU C 100, 17.04.2010, p. 69.