Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per la Sardegna (l-Italja) fid-29 ta’ Ottubru 2018 – CO vs Comune di Gesturi

(Kawża C-670/18)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale per la Sardegna

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: CO

Konvenut: Comune di Gesturi

Domanda preliminari

Il-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni msemmi fl-Artikoli 1 u 2 tad-Direttiva 2000/78/KE 1 jipprekludi d-dispożizzjoni li tinsab fl-Artikolu 5(9) tad-Digriet Liġi Nru 95, tas-6 ta’ Lulju 2012 (mibdul, b’emendi, f’liġi permezz tal-Liġi Nru 135, tas-7 ta’ Awwissu 2012, fil-verżjoni tagħha emendata bl-Artikolu 6 tad-Digriet Liġi Nru 90 tal-24 ta’ Ġunju 2014, mibdul f’liġi permezz tal-Liġi Nru 114 tal-11 ta’ Awwissu 2014) li tipprojbixxi lill-awtoritajiet pubbliċi milli jagħtu inkarigi ta’ analiżi u ta’ konsulenza lil persuni li rtiraw wara li jkunu ħadmu fis-settur privat u f’dak pubbliku?

____________

1     Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta’ Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 79).