Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fis-7 ta’ Settembru 2018 – Coty Germany GmbH vs Amazon Services Europe Sàrl et

(Kawża C-567/18)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Coty Germany GmbH

Konvenuti: Amazon Services Europe Sàrl, Amazon FC Graben GmbH, Amazon Europe Core Sàrl, Amazon EU Sàrl

Domanda preliminari

Persuna li, għan-nom ta’ terz taħżen prodotti li jiksru dritt ta’ trade mark mingħajr ma jkollha għarfien ta’ dan il-ksur, iżżomm dawn il-prodotti sabiex toffrihom jew tqegħidhom fis-suq jekk ma tkunx hija stess iżda t-terz li, waħdu, jintendi joffri dawn il-prodotti jew iqegħidhom fis-suq 1 ?

____________

1     Interpretazzjoni tal-Artikolu 9(2)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 tas-26 ta’ Frar 2009 dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 2009, L 78, p. 1), kif ukoll tal-Artikolu 9(3)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2017 dwar it-trademark tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2017, L 154, p. 1).