Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank van eerste aanleg te Antwerpen (il-Belġju) fis-16 ta’ Lulju 2018 – Argenta Spaarbank NV vs Belgische Staat

(Kawża C-459/18)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank van eerste aanleg te Antwerpen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Argenta Spaarbank NV

Konvenut: Belgische Staat

Domanda preliminari

L-Artikolu 49 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jipprekludi leġiżlazzjoni fiskali nazzjonali li tistabbilixxi li, għall-kalkolu tal-profitt taxxabbli tagħha, kumpannija li hija suġġetta għat-taxxa b’mod sħiħ fil-Belġju u li għandha, fi Stat Membru ieħor, stabbiliment permanenti li l-profitti minnu huma totalment eżentati fil-Belġju bis-saħħa ta’ ftehim dwar ħelsien minn taxxa doppja bejn il-Belġju u l-Istat Membru l-ieħor:

–    it-tnaqqis tal-kapital f’riskju għandu jitnaqqas minn ammont ta’ tnaqqis għal kapital f’riskju kkalkulat fuq id-differenza pożittiva bejn, minn naħa, il-valur kontabbli net ta’ elementi tal-attiv tal-istabbiliment permanenti u, min-naħa l-oħra, it-total tal-elementi tal-passiv li ma jifformawx parti mill-kapitali proprji tal-kumpannija u li huma attribwibbli lill-istabbiliment permanenti u

–    l-imsemmi tnaqqis ma għandux jiġi applikat meta l-ammont tat-tnaqqis ikun inqas mill-profitt ta’ dan l-istabbiliment permanenti,

filwaqt li m’għandu jsir l-ebda tnaqqis mit-tnaqqis għall-kapital f’riskju jekk din id-differenza pożittiva tkun tista’ tiġi attribwita lil stabbiliment permanenti li jinsab fil-Belġju?

____________