Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Erding (il-Ġermanja) fl-10 ta’ Diċembru 2018 – U.B. u T.V. vs Eurowings GmbH

(Kawża C-776/18)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Erding

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: U.B., T.V.

Konvenuta: Eurowings GmbH

Domanda preliminari

Fil-każ ta’ annullament fis-sens tal-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 1 , għandu jitqies li saret offerta ta’ trasport b’rotta alternattiva li jippermetti lill-passaġġieri jaslu fid-destinazzjoni finali tagħhom mhux iktar tard minn sagħtejn wara l-ħin tal-wasla skedat, anki meta t-trasport alternattiv jiġi pprovdut lejn ajruport differenti minn dak imsemmi fil-konferma ta’ riżervazzjoni, jekk dan l-ajruport ikun jinsab fl-istess reġjun?

____________

1 Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10)