Language of document :

Rikors ippreżentat fit-30 ta' Ġunju 2008 - Klug vs Europäische Arzneimittelagentur

(Kawża F-59/08)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Bettina Klug (Wiesbaden, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Zickgraf, avukat)

Konvenuta: Aġenzija Ewropea għall-Mediċini

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Annullament tar-rapport ta' evalwazzjoni tar-rikorrenti, stabbilit mill-konvenuta għall-perijodu bejn il-31 ta' Diċembru 2004 u l-31 ta' Diċembru 2006, u kundanna tal-konvenuta għall-ħlas ta' kumpens għad-danni morali u materjali.

Talbiet tar-rikorrenti

Ir-rikorrenti titlob li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku jogħġbu:

jiddikjara li r-rapport ta' evalwazzjoni tar-rikorrenti, stabbilit mill-konvenuta għall-perijodu bejn il-31 ta' Diċembru 2004 u l-31 ta' Diċembru 2006, huwa null;

jiddikjara li n-nuqqas ta' tiġdid tal-kuntratt ta' xogħol tar-rikorrenti huwa null;

jikkundanna lill-konvenuta għall-ħlas ta' EUR 200 000 lir-rikorrenti bħala kumpens għal danni materjali;

jikkundanna lill-konvenuta għall-ħlas ta' EUR 35 000 lir-rikorrenti bħala kumpens għal danni morali.

____________