Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen sad – Silistra (il-Bulgarija) fis-16 ta’ Ottubru 2020 – DB, LY vs Nachalnik na Rayonno upravlenie Silistra pri Oblastna direktsia na Ministerstvo na vatreshnite raboti

(Kawża C-520/20)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Administrativen sad – Silistra

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: DB, LY

Konvenut: Nachalnik na Rayonno upravlenie Silistra pri Oblastna direktsia na Ministerstvo na vatreshnite raboti

Domanda preliminari

L-Artikolu 39 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI tat-12 ta’ Ġunju 2007 dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-sistema ta’ informazzjoni ta’ Schengen Tat-Tieni Ġenerazzjoni (SIS II) (ĠU 2007, L 205, p. 63, rettifika fil-ĠU 2014, L 299, p. 33), u b’mod partikolari l-Artikolu 39(3) tagħha, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jippermettu dispożizzjoni nazzjonali u prattika amministrattiva li, bis-saħħa tagħhom, meta jkun hemm data li tippermetti li jiġi konkluż li l-allert introdott fis-SIS imur lil hinn mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-għanijiet li għalih ikun ġie rreġistrat, u b’mod partikolari l-għanijiet previsti fl-Artikolu 38(1), l-awtorità eżekuttiva kompetenti tista’ u għandha tirrifjuta l-eżekuzzjoni?

____________