Language of document : ECLI:EU:T:2007:383





Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tieni Awla Estiża) tat-12 ta’ Diċembru 2007 – L-Irlanda et vs Il-Kummissjoni

(Kawżi magħquda T-50/06, T-56/06, T-60/06, T-62/06 u T-69/06)

“Għajnuna mill-Istat – Direttiva 92/81/KEE – Dazju tas-sisa fuq iż-żjut minerali – Żjut minerali użati bħala kombustibbli għall-produzzjoni ta’ allumina – Eżenzjoni mogħtija mill-awtoritajiet Franċiżi, Irlandiżi u Taljani – Għajnuna ġdida – Għajnuna eżistenti – Obbligu ta’ motivazzjoni – Stħarriġ imqajjem ex officio”

Għajnuna mogħtija mill-Istati – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata l-inkompatibbiltà ta’ għajnuna mas-suq komuni – Deċiżjoni dwar eżenzjoni mis-sisa awtorizzata mill-Kunsill fuq proposta tal-Kummissjoni skond id-Direttiva 92/81 – Nuqqas ta’ eżami tal-possibbiltà ta’ klasifikazzjoni bħala għajnuna eżistenti – Nuqqas ta’ motivazzjoni (Artikoli 88(1) u (2) KE u 253 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 659/1999, Artikolu 1(b)(v); Direttiva tal-Kunsill 92/81, Artikolu 8(4)) (ara l-punti 52-64)

Suġġett

Talbiet għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/323/KE, tas-7 ta’ Diċembru 2005, dwar l-eżenzjoni mid-dazju tas-sisa fuq iż-żjut minerali użati bħala kombustibbli għall-produzzjoni ta’ allumina fir-reġjun ta’ Gardanne, fir-reġjun ta’ Shannon u f’Sardinja, implementata rispettivament minn Franza, l-Irlanda u l-Italja (ĠU 2006, L 119, p. 12).

Dispożittiv

1)

Il-Kawżi T-50/06, T-56/06, T-60/06, T-62/06 u T-69/06 huma magħquda għall-finijiet tas-sentenza.

2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/323/KE, tas-7 ta’ Diċembru 2005, dwar l-eżenzjoni mid-dazju tas-sisa fuq iż-żjut minerali użati bħala kombustibbli għall-produzzjoni ta’ allumina fir-reġjun ta’ Gardanne, fir-reġjun ta’ Shannon u f’Sardinja, implementata rispettivament minn Franza, l-Irlanda u l-Italja hija annullata.

3)

Il-kumplament tar-rikors fil-kawża T-62/06 huwa micħud.

4)

Il-Kummissjoni għandha tbati l-ispejjeż tagħha u dawk sostnuti mir-rikorrenti, inklużi dawk relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji fil-Kawża T-69/06 R.