Language of document :

Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Settembru 2014 – ZZ vs UASI

(Kawża F-93/14)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ (rappreżentant: S. Pappas, avukat)

Konvenut: UASI

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni tal-UASI, ibbażata fuq il-motivi tad-deċiżjoni tal-President ta’ dan l-Uffiċju, tad-29 ta’ Marzu 2012, dwar it-teleworking, li r-rikorrenti ma tiġix awtorizzata taħdem b’teleworking f’Barcelona, u għaldaqstant, li tobbligaha li tirritorna lejn Alicante.

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż ta’ dawn il-proċeduri.