Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sofiyski rayonen sad (il-Bulgarija) fit-30 ta’ Awwissu 2018 – K.H.K. vs B.A.C., E.E.K.

(Kawża C-555/18)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Sofiyski rayonen sad

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: K.H.K.

Konvenuti: B.A.C., E.E.K.

Domandi preliminari

Ordni għall-eżekuzzjoni ta’ obbligu monetarju prevista fl-Artikolu 410 tal-Grazhdanski protsesualen kodeks (il-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili; iktar ’il quddiem il-“GPK”), li ma tkunx għadha daħlet fis-seħħ, tikkostitwixxi strument awtentiku fis-sens tal-punt 10 tal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 655/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 1 ?

Fil-każ li l-ordni prevista fl-Artikolu 410 tal-GPK ma tikkostitwixxix strument awtentiku, għandhom jinfetħu proċeduri separati fir-rigward tat-talba, li jkunu differenti mill-proċeduri taħt l-Artikolu 410 tal-GPK, fis-sens tal-Artikolu 5(a) tar-Regolament Nru 655/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014?

Fil-każ li l-ordni prevista fl-Artikolu 410 tal-GPK tikkostitwixxi strument awtentiku, il-qorti għandha tagħti d-deċiżjoni tagħha fit-terminu previst fl-Artikolu 18(1) tar-Regolament (KE) Nru 655/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014, f’sitwazzjoni fejn id-dritt nazzjonali jipprevedi li t-termini ma jiddekorrux matul il-perijodi ta’ vaganzi ġuridiċi?

____________

1     Regolament (UE) Nru 655/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 li jistabbixxi proċedura ta’ Ordni Ewropea tal-Preservazzjoni tal-Kontijiet sabiex jiġi ffaċilitat l-irkupru transkonfinali tad-dejn f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU 2014, L 189, p. 59).