Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-28 ta' Ottubru 2010 - Vicente Carbajosa et vs Il-Kummissjoni
"Servizz pubbliku - Kompetizzjonijiet ġenerali EPSO/AD/116/08 u EPSO/AD/117/08 fil-qasam tal-ġlieda kontra l-frodi - Att li jikkawża preġudizzju - Esklużjoni tal-kandidati wara r-riżultati miksuba fit-testijiet ta' aċċess - Inkompetenza tal-EPSO"
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Isabel Vicente Carbajosa et (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u É. Marchal, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u B. Eggers, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni dwar l-adozzjoni u l-pubblikazzjoni tal-avviżi tal-kompetizzjonijiet EPSO/AD/116/08 u EPSO/AD/117/08 u tad-deċiżjonijiet dwar il-korrezzjoni tat-testijiet ta' preselezzjoni u tal-eżamijiet bil-miktub u dwar l-evalwazzjoni ta' u l-għoti ta' marki għall-eżamijiet orali.
Dispożittiv
Id-deċiżjonijiet tal-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) li ma jinkludix lil I. Vicente Carbajosa, fir-rigward tal-kompetizzjoni EPSO/AD/117/08, u lil N. Lehtinen u M. Menchén, fir-rigward tal-kompetizzjoni EPSO/AD/116/08, fil-lista tal-kandidati mistiedna sabiex jippreżentaw applikazzjoni kompleta huma annullati.
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż kollha.
____________1 - ĠU C 82, 4.4.2009, p. 37.