Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Contencioso-Administrativo nº 5 de Barcelona (Spanja) fit-2 ta’ Awwissu 2019 – SI vs Subdelegación del Gobierno en Barcelona

(Kawża C-592/19)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de lo Contencioso-Administrativo nº 5 de Barcelona

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: SI

Konvenuta: Subdelegación del Gobierno en Barcelona

Domanda preliminari

L-Artikoli 4 u 6(1) tad-Direttiva 2003/109/KE 1 għandhom jiġu interpretati fis-sens li preċedent kriminali, ta’ kwalunkwe natura, huwa raġuni suffiċjenti sabiex jiġi miċħud l-aċċess għall-istatus ta’ resident għal perijodu twil, mingħajr il-ħtieġa li jiġi evalwat it-tul tar-residenza u l-eżistenza ta’ rabta mal-pajjiż ta’ residenza?

____________

1     Direttiva tal-Kunsill 2003/109/KE tal-25 ta’ Novembru 2003 dwar l-istatus ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu residenti għat-tul (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 272).