Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla)

tat-2 ta' Diċembru 2008

Baniel-Kubinova vs Il-Parlament Ewropew

(Kawża F-131/07)1

(Servizz pubbliku - Membri tal-persunal temporanji u membri tal-persunal awżiljarji maħtura uffiċjali fuq perijodu ta' prova - Artikolu 10 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal - Dritt għall-allowance ta' kuljum wara għoti ta' parti mill-allowance ta' installazzjoni)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Barbora Baniel-Kubinova (Alzingen, il-Lussemburgu) u tlettax-il uffiċjal ieħor tal-Parlament Ewropew, (rappreżentanti: S. Orlandi, J.-N. Louis u E. Marchal, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: R. Ignătescu u S. Seyr, aġenti)

Suġġett

Annullament tad-diversi deċiżjonijiet tal-Awtorità tal-Ħatra tal-Parlament li jirrifjutaw li jagħtu lir-rikorrenti l-allowance ta' kuljum stipulata fl-Artikolu 10 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 - ĠU C 183, 19.07.08, p. 32.