Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesverwaltungsgericht (il-Ġermanja) fit-28 ta’ Jannar 2020 – F. vs Stadt Karlsruhe

(Kawża C-47/20)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesverwaltungsgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: F.

Konvenuta: Stadt Karlsruhe

Domanda preliminari

Fir-rigward ta’ Stat Membru li fit-territorju tiegħu l-persuna li jkollha liċenzja tas-sewqan tal-Unjoni Ewropea tal-kategoriji A u B, maħruġa minn Stat Membru ieħor, ikun tneħħielha, minħabba sewqan taħt l-influwenza tax-xorb, id-dritt ta’ sewqan ta’ vetturi bil-mutur b’din il-liċenzja tas-sewqan fl-ewwel Stat Membru, l-Artikolu 2(1) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11(4) tad-Direttiva 2006/126/KE 1 jipprekludu lil dan l-ewwel Stat Membru milli jirrifjuta r-rikonoxximent għal dawn il-kategoriji ta’ liċenzja tas-sewqan li tkun inħarġet għall-persuna kkonċernata fit-tieni Stat Membru wara l-imsemmija tneħħija fil-proċess ta’ tiġdid tal-liċenzja previst fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 7(3) tad-Direttiva 2006/126?

____________

1     Direttiva 2006/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 dwar il-Liċenzji tas-Sewqan (ĠU 2006, L 403, p. 18).