Language of document :

Rikors ippreżentat fil-15 ta' April 2009 - van Heuckelom vs Europol

(Kawża F-43/09)

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Partijiet

Rikorrent: Carlo van Heuckelom (La Haye, l-Olanda) (rappreżentanti: J. Damminghs u D. Dane, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju Ewropew tal-Pulzija (Europol)

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

L-annullament tad-deċiżjoni tal-14 ta' Lulju 2008 li tagħti lir-rikorrent skala waħda biss ta' klassifikazzjoni fi grad kif ukoll tad-deċiżjoni tad-19 ta' Jannar 2009 li tiċħad l-ilment imressaq kontra l-ewwel deċiżjoni

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni tad-19 ta' Jannar 2009 li tiċħad l-ilment tar-rikorrent mid-deċiżjoni tal-14 ta' Lulju 2008, u tannulla wkoll din l-aħħar deċiżjoni tal-14 ta' Lulju 2008 li tagħti skala waħda lir-rikorrent mill-1 ta' April 2008;

tikkundanna lill-Europol għall-ispejjeż.

____________