Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Köln (il-Ġermanja) fit-8 ta’ Settembru 2020 – RK vs CR

(Kawża C-422/20)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberlandesgericht Köln

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: RK

Konvenut: CR

Domandi preliminari

1.     Sabiex ikun hemm rifjut tal-ġurisdizzjoni tal-qorti adita preċedentement , kif previst fl-Artikolu 7(a) tar-Regolament Nru 650/2012 1 , huwa neċessarju li din il-qorti tkun irrifjutat b’mod espliċitu l-ġurisdizzjoni jew inkella dikjarazzjoni mhux espliċita tista’ wkoll tkun suffiċjenti jekk jista’ dedott, mill-interpretazzjoni tagħha, li din il-qorti rrifjutat il-ġurisdizzjoni?

2.    Il-qorti tal-Istat Membru li l-ġurisdizzjoni tagħha hija intiża li tirriżulta minn rifjut tal-ġurisidizzjoni tal-qorti adita preċedentement tal-Istat Membru l-ieħor hija awtorizzata li tivverifika jekk il-kundizzjonijiet għal deċiżjoni mill-qorti adita preċedentement kinux issodisfatti, skont l-Artikolu 6(a) u skont l-Artikolu 7(a) tar-Regolament Nru 650/2012? Sa liema punt hija d-deċiżjoni tal-qorti adita preċedentement vinkolanti? B’mod partikolari:

a)    il-qorti tal-Istat Membru li l-ġurisdizzjoni tagħha hija intiża li tirriżulta minn rifjut tal-ġurisidizzjoni tal-qorti adita preċedentement tal-Istat Membru l-ieħor hija awtorizzata li tivverifika jekk id-deċedut kienx għażel validament il-liġi tal-Istat Membru skont l-Artikolu 22 tar-Regolament Nru 650/2012?

b)    il-qorti tal-Istat Membru li l-ġurisdizzjoni tagħha hija intiża li tirriżulta minn rifjut tal-ġurisidizzjoni tal-qorti li tressqet l-ewwel kawża quddiemha tal-Istat Membru l-ieħor hija awtorizzata li tivverifika jekk, quddiem il-qorti adita preċedentement, waħda mill-partijiet fil-proċedura, skont l-Artikolu 6(a) tar-Regolament Nru 650/2012, ressqitx talba sabiex din il-qorti tiddikjara n-nuqqas ta’ ġurisdizzjoni?

c)    il-qorti tal-Istat Membru li l-ġurisdizzjoni tagħha hija intiża li tirriżulta minn rifjut tal-ġurisidizzjoni tal-qorti li tressqet l-ewwel kawża quddiemha tal-Istat Membru l-ieħor hija awtorizzata li tivverifika jekk il-qorti adita inizjalment ippreżumietx, ġustament, li l-qrati tal-Istat Membru li l-liġi tiegħu kienet intgħażlet qegħdin fl-aħjar pożizzjoni sabiex jiddeċiedu dwar is-suċċessjoni?

3.    L-Artikolu 6(a) u l-Artikolu 7(a) tar-Regolament Nru 650/2012, li jippreżupponu għażla tal-liġi applikabbli “skont l-Artikolu 22”, japplikaw ukoll meta, f’dispożizzjoni testamentarja stabbilita qabel is-17 ta’ Awwissu 2015, id-deċedut ma kienx għażel b’mod espliċitu jew b’mod impliċitu l-liġi applikabbli, iżda l-liġi applikabbli għas-suċċessjoni tista’ tirriżulta biss mill-Artikolu 83(4) tar-Regolament Nru 650/2012?

____________

1     Regolament (UE) Nru 650/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-infurzar ta’ deċiżjonijiet u l-aċċettazzjoni u l-infurzar ta’ strumenti awtentiċi fil-qasam tas-suċċessjonijiet u dwar il-ħolqien ta’ Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni (ĠU 2012, L 201, p. 107, rettifiki fil-ĠU 2012, L 344, p. 3 u fil-ĠU 2013, L 60, p. 140).