Rikors ippreżentat fis-26 ta' Novembru 2010 - Labiri vs KESE
(Kawża F-124/10)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Vassiliki Labiri (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u E. Marchal, avukati)
Konvenut: Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Suġġett
L-annullament tad-deċiżjoni li tingħalaq mingħajr tkomplija l-proċedura ta' investigazzjoni amministrattiva li nbdiet wara lment dwar fastidju psikoloġiku mressaq mir-rikorrent.
Talbiet tar-rikorrent
Tannulla d-deċiżjoni tat-18 ta' Jannar 2010 tas-Segretarju Ġenerali tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew li ma tittieħed ebda miżura kontra l-kap tal-unità min-naħa tar-rikorrent u li tingħalaq mingħajr tkomplija l-proċedura ta' investigazzjoni amministrattiva li nbdiet b'mod konġunt mill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u mill-Kumitat tar-Reġjuni wara l-ilment ta' dwar fastidju psikoloġiku;
tikkundanna lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-ispejjeż.
____________