Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tad-9 ta’ Ottubru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Kammergericht Berlin - il-Ġermanja) – Eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ kontra NJ

(Kawża C-489/19 PPU) 1

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Proċedura b’urġenza għal deċiżjoni preliminari – Kooperazzjoni mill-pulizija u ġudizzjarja f’materji kriminali – Mandat ta’ arrest Ewropew – Deċiżjoni Qafas 2002/584/ĠAI – Artikolu 1(1) – Kunċett ta’ “mandat ta’ arrest Ewropew” – Rekwiżiti minimi li minnhom tiddependi l-validità – Artikolu 6(1) – Kunċett ta’ “awtorità ġudizzjarja emittenti” – Mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ mill-Uffiċċju tal-Prosekutur ta’ Stat Membru – Status – Eżistenza ta’ rabta ta’ subordinazzjoni fir-rigward ta’ korp tal-poter eżekuttiv – Setgħat ta’ struzzjoni individwali tal-Ministru għall-Ġustizzja – Approvazzjoni tal-mandat ta’ arrest Ewropew minn qorti qabel it-trażmissjoni tiegħu)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Kammergericht Berlin

Partijiet fil-kawża prinċipali

NJ

Fil-preżenza ta’: Generalstaatsanwaltschaft Berlin

Dispożittiv

Il-kunċett ta’ “mandat ta’ arrest Ewropew” previst fl-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni Kwadru [Qafas] tal-Kunsill 2002/584/ĠAI tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ konsenja bejn l-Istati Membri, kif emendata bid-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/299/ĠAI tas-26 ta’ Frar 2009, għandu jiġi interpretat fis-sens li jaqgħu taħt dan il-kunċett il-mandati ta’ arrest Ewropej maħruġa mill-Uffiċċji tal-Prosekutur ta’ Stat Membru minkejja li dawn l-Uffiċċji tal-Prosekutur jiġu esposti għal riskju li jkunu suġġetti, direttament jew indirettament, għal ordnijiet jew għal struzzjonijiet individwali min-naħa tal-poter eżekuttiv, bħal Ministru għall-Ġustizzja, fil-kuntest tal-ħruġ ta’ dawn il-mandati ta’ arrest, sa fejn dawn il-mandati ta’ arrest huma s-suġġett, obbligatorjament, sabiex ikunu jistgħu jiġu trażmessi minn dawn l-Uffiċċji tal-Prosekutur, ta’ approvazzjoni minn qorti li tistħarreġ b’mod indipendenti u oġġettiv, billi jkollha aċċess għall-fajl dwar il-kawża kriminali kollu kemm hu li fih ikunu inklużi eventwali ordnijiet jew struzzjonijiet individwali min-naħa tal-poter eżekuttiv, il-kundizzjonijiet għall-ħruġ kif ukoll il-proporzjonalità ta’ dawn l-istess mandati ta’ arrest, billi għalhekk tadotta deċiżjoni awtonoma li tagħtihom il-forma definittiva tagħhom.

____________

1     ĠU C 280, 19.8.2019.