Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-12 ta’ April 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank Den Haag – il-Pajjiżi l-Baxxi) – A, S vs Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie

(Kawża C-550/16) 1

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Dritt għar-riunifikazzjoni tal-familja – Direttiva 2003/86/KE – Il-parti inizjali tal-Artikolu 2 u l-Artikolu 2(f) – Kunċett ta’ ‘minuri mhux akkumpanjat’ – Artikolu 10(3)(a) – Dritt ta’ refuġjat għar-riunifikazzjoni tal-familja mal-ġenituri tiegħu – Refuġjat taħt l-età ta’ 18-il sena fil-mument tad-dħul tiegħu fit-territorju tal-Istat Membru u tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni tiegħu għall-ażil, iżda maġġorenni fil-mument tal-adozzjoni tad-deċiżjoni li tagħtih l-ażil u tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni tiegħu għar-riunifikazzjoni tal-familja – Data determinanti għall-evalwazzjoni tal-istatus ta’ ‘minuri’ tal-persuna kkonċernata)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank Den Haag

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: A, S

Konvenut: Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie

Dispożittiv

Il-parti inizjali tal-Artikolu 2 u l-Artikolu 2(f) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/86/KE tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar id-dritt għal riunifikazzjoni tal-familja, moqrija flimkien mal-Artikolu 10(3)(a) tagħha, għandhom jiġu interpretati fis-sens li għandu jingħata l-istatus ta’ “minuri”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr Stat li kienet taħt l-età ta’ 18-il sena fil-mument tad-dħul tagħha fit-territorju ta’ Stat Membru u tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni tagħha għall-ażil f’dan l-Istat, iżda li, matul il-proċedura ta’ ażil, issir maġġorenni u, sussegwentement, jiġi rrikonoxxut l-istatus tagħha ta’ refuġjat.

____________

1     ĠU C 38, 6.2.2017.