Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tas-16 ta’ Mejju 2012 – Skareby vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-42/10) 1

“Servizz Pubbliku – Dmir ta’ assistenza – Artikoli 12a u 24 tar-Regolamenti tal-Persunal – Fastidju psikoloġiku minn superjur ġerarkiku”

Lingwa tal-kawża:il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Carina Skareby (Louvain, il-Belġju), (rappreżentanti: S. Rodrigues u C. Bernard-Glanz, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u J. Baquero Cruz, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-konvenuta li tiċħad it-talba tagħha għal għajnuna fir-rigward ta’ fastidju psikoloġiku li r-rikorrenti tallega li kienet vittma tiegħu.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

C. Skareby hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha u għal tliet kwarti tal-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea.

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati kwart tal-ispejjeż tagħha.

____________

1 ĠU C 209, 31.07.10, p. 55