Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht München (il-Ġermanja) fit-3 ta’ Novembru 2014 – Tobias Mc Fadden vs Sony Music Entertainment Germany GmbH
(Kawża C-484/14)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Landgericht München
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Tobias Mc Fadden
Konvenuta: Sony Music Entertainment Germany GmbH
Domandi preliminari
L-ewwel domanda:
L-ewwel parti tal-Artikolu 12(1) tad-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-8 ta’ Ġunju 2000, dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (“Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku”) 1 , moqri flimkien mal-Artikolu 2(a) [Ntt: dan għandu mingħajr dubju jinqara l-Artikolu 2“(b)”] tad-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-8 ta’ Ġunju 2000, dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (“Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku”) u mal-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 98/34/KE, kif emendata bid-Direttiva 98/48/KE 2 , għandha tiġi interpretata fis-sens li l-espressjoni “normalment ipprovdut għal remunerazzjoni” tfisser li l-qorti nazzjonali għandha tiddetermina
a. jekk il-persuna kkonċernata konkreta, li tipprevalixxi ruħha mill-kwalità ta’ persuna li tipprovdi servizz, tipprovdix dan is-servizz konkret normalment għal remunerazzjoni,
jew
b. jekk hemmx persuni li jipprovdu servizz fis-suq li jipprovdu dan is-servizz jew servizzi simili għal remunerazzjoni,
jew
c. jekk il-parti l-kbira ta’ dawn is-servizzi jew servizzi simili humiex ipprovduti għal remunerazzjoni?
It-tieni domanda:
L-ewwel parti tal-Artikolu 12(1) tad-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-8 ta’ Ġunju 2000, dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (“Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku”) għandha tiġi interpretata fis-sens li l-espressjoni “proveddiment ta’ aċċess lejn network ta’ komunikazzjoni” tfisser li, sabiex persuna li tipprovdi servizz tkun konformi mad-Direttiva, huwa importanti biss li jirriżulta li jiġi pprovdut aċċess għal netwerk ta’ komunikazzjoni (pereżempju, għall-internet)?
It-tielet domanda:
L-ewwel parti tal-Artikolu 12(1) tad-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-8 ta’ Ġunju 2000, dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (“Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku”), moqri flimkien mal-Artikolu 2(b) tad-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-8 ta’ Ġunju 2000, dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (“Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku”), għandha tiġi interpretata fis-sens li għal “tipprovdi” fis-sens tal-Artikolu 2(b) tad-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-8 ta’ Ġunju 2000, dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (“Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku”) huwa suffiċjenti li s-servizz tas-soċjetà tal-informazzjoni jkun fil-fatt tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-utent, f’dan il-każ li WLAN miftuħ jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-utent, jew, pereżempju, huwa neċessarju wkoll li, barra minn hekk, ikun hemm “pubbliċità”?
Ir-raba’ domanda:
L-ewwel parti tal-Artikolu 12(1) tad-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-8 ta’ Ġunju 2000, dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (“Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku”) għandha tiġi interpretata fis-sens li l-espressjoni “ma jkunx responsabbli għall-informazzjoni trasmessa” tfisser li huma bħala prinċipju esklużi, fir-rigward tal-persuna kkonċernata minħabba l-ksur tad-drittijiet tal-awtur, drittijiet eventwali għall-projbizzjoni, kumpens, il-ħlas tal-ispejjeż ta’ intimazzjoni u tal-ispejjeż ġudizzjarji kontra l-persuna li tipprovdi aċċess, jew dawn huma esklużi f’kull każ mal-ewwel ksur tad-drittijiet tal-awtur stabbilit?
Il-ħames domanda:
L-ewwel parti tal-Artikolu 12(1) moqrija flimkien mal-Artikolu 12(3) tad-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-8 ta’ Ġunju 2000, dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (“Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku”), għandha tiġi interpretata fis-sens li l-Istati Membri ma jistgħux jawtorizzaw lill-qorti nazzjonali, f’kawża prinċipali, tordna lill-persuni li jipprovdu aċċess sabiex jastjenu fil-futur milli jippermettu lil terzi li jipprovdu, permezz ta’ konnessjoni tal-internet konkreta, xogħol partikolari protett mid-drittijiet tal-awtur f’borża ta’ skambju fuq l-internet għal konsultazzjoni online?Is-sitt domanda:L-ewwel parti tal-Artikolu 12(1) tad-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-8 ta’ Ġunju 2000, dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (“Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku”) għandha tiġi interpretata fis-sens li, fiċ-ċirkustanzi tal-kawża prinċipali, ir-regola prevista fl-Artikolu 14(1)(b) tad-Direttiva 2000/31/KE għandha tiġi applikata b’analoġija għal dritt li tinkiseb il-projbizzjoni?Is-seba’ domanda:L-ewwel parti tal-Artikolu 12(1) tad-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-8 ta’ Ġunju 2000, dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (“Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku”), moqrija flimkien mal-Artikolu 2(b) tad-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-8 ta’ Ġunju 2000, dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (“Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku”), għandha tiġi interpretata fis-sens li r-rekwiżiti imposti fuq persuna li tipprovdi servizz huma limitati għall-fatt li tali persuna hija kull persuna fiżika jew ġuridika li tipprovdi servizz tas-soċjetà tal-informazzjoni?It-tmien domanda:Fil-każ ta’ risposta negattiva għad-domanda 7, liema rekwiżiti supplimentari għandhom jiġu imposti fuq persuna li tipprovdi servizz fl-ambitu tal-interpretazzjoni tal-Artikolu 2(b) tad-Dir
ettiva 2000/31/KE
tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-8 ta’ Ġunju 2000, dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (“Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku”)?Id-disa’ domanda:a)L-ewwel parti tal-Artikolu 12(1) tad-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-8 ta’ Ġunju 2000, dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (“Direttiv
a dwar il-kummerċ
elettroniku”), fid-dawl tal-protezzjoni tal-proprjetà intellettwali ggarantita mid-drittijiet fundamentali u li toħroġ mid-dritt għall-proprjetà [Artikolu 17(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea], fid-dawl ukoll tar-regoli previsti fid-direttivi li ġejjin fil-qasam tal-protezzjoni tal-proprjetà intellettwali, qabel kollox tad-drittijiet tal-awtur:- Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Mejju 2001, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni,- Direttiva 2004/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, fuq l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwaliu fid-dawl tal-libertà tal-informazzjoni kif ukoll tal-libertà tal-intrapriża
ggarantiti mid-dri
ttijiet fundamentali tal-Unjoni (Artikolu 16 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea),għandha tiġi interpretata fis-sens li ma tipprekludix deċiżjoni ta’ qorti nazzjonali mogħtija f’kawża prinċipali li tordna lill-persuna li tipprovdi aċċess, taħt piena ta’ penalità, li tastjeni fil-futur milli tippermetti li terzi jipprovdu, permezz ta’ konnessjoni tal-internet konkreta, xogħol partikolari, jew partijiet minnu,
protett mid-dritt
iji
et tal-awtur f’borża ta’ skambju fuq l-internet għal konsultazzjoni online, u b’mod li l-persuna li tipprovdi aċċess ikollha b’dan il-mod l-għażla ta’ miżuri tekniċi li hija tista’ konkretament tadotta sabiex tikkonforma ruħha ma’ din l-ordni?b)Dan japplika wkoll jekk il-persuna li tipprovdi aċċess tista’ fil-prattika tosserva l-projbizzjoni ġudizzjarja biss billi twaqqaf il-konnessjoni tal-internet, jew billi tissuġġettaha għal password, jew billi teżamina l-komunikazzjonijiet kollha trażmessi permezz ta’ din il-konnessjoni sabiex tivverifika li x-xogħol inkwistjoni protett mid-drittijiet tal-awtur ma jerġax jiġi trażmess b’mod ille
gali, meta dan huwa sa mill-bidu nett stabbilit u ma jidhirx biss fil-kuntest tal-proċedura ta’ infurzar jew ta’ sanzjoni?
________________________1 ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 25, p. 399. Direttiva
98/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Lulju 1998, li temenda d-Direttiva 98/34/KE li tistabbilixxi proċedura għall-għoti t