Language of document : ECLI:EU:T:2014:251

Kawża T‑198/12

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

vs

Il-Kummissjoni Ewropea

“Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Direttiva 2009/48/KE — Sikurezza tal-ġugarelli — Valuri ta’ limitu għan-nitrosammini, għas-sustanzi nitrosatabbli, għaċ-ċomb, il-barju, l-arseniku, l-antimonju u l-merkurju preżenti fil-ġugarelli — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tapprovax totalment iż-żamma tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jidderogaw — Approvazzjoni limitata fiż-żmien — Prova ta’ livell ta’ protezzjoni ogħla għas-saħħa tal-bniedem mogħti mid-dispożizzjonijiet nazzjonali”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tal-14 ta’ Mejju 2014

1.      Rikors għal annullament — Rikors tal-Istati membri — Rikors kontra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tapprovax totalment iż-żamma tad-dispożizzjonijiet nazzjonali preeżistenti u derogatorji — Ammissibbiltà mhux suġġetta għall-ġustifikazzjoni ta’ interess ġuridiku

(Artikolu 263 TFUE)

2.      Atti tal-istituzzjonijiet — Motivazzjoni — Obbligu — Portata — Deċiżjoni li ssegwi d-direzzjoni ta’ deċiżjonijiet preċedenti — Neċessità ta’ motivazzjoni espliċita fil-każ biss ta’ evoluzzjoni kkomparata mal-prassi preċedenti — Deċiżjoni fil-kuntest tal-proċedura prevista fl-Artikolu 114(4) TFUE — Portata

(Artikolu 114(4) TFUE, u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 296 TFUE)

3.      Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Artikolu 114 TFUE — Proċedura ta’ approvazzjoni tad-dispożizzjonijiet derogatorji nazzjonali — Talba intiża għaż-żamma tad-dispożizzjonijiet nazzjonali preeżistenti — Possibbiltà għall-Istat Membru applikant li jibbaża t-talba tiegħu fuq evalwazzjoni tar-riskju għas-saħħa pubblika differenti minn dik adottata mil-leġiżlatur tal-Unjoni — Obbligu li jiġi stabbilit livell ta’ protezzjoni tas-saħħa pubblika ogħla mill-miżura ta’ armonizzazzjoni tal-Unjoni — Obbligu li jiġi osservat il-prinċipju ta’ proporzjonalità

(Artikolu 114(4) u (6) TFUE)

1.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 37, 38)

2.      Jekk deċiżjoni tal-Kummissjoni taqa’ fi prassi deċiżjonali stabbilita, tista’ tkun immotivata b’mod sommarju, b’mod partikolari permezz ta’ referenza għal din il-prassi, billi din tmur lil hinn, b’mod sinjifikattiv, minn deċiżjonijiet preċedenti, hija l-Kummissjoni li għandha tiżviluppa r-raġunament tagħha b’mod espliċitu. Fir-rigward ta’ deċiżjoni li taqa’ fil-kuntest tal-proċeduri previsti fl-Artikolu 114(4) TFUE, l-obbligu tal-Kummissjoni li timmotiva d-deċiżjoni tagħha b’mod suffiċjenti jirriżulta li huwa iktar importanti, peress li l-prinċipju ta’ kontradittorju ma japplikax għal dawn il-proċeduri.

F’dan ir-rigward, il-motivazzjoni ta’ att għandha tkun loġika, u partikolarment din ma għandha turi l-ebda kontradizzjoni interna li taffettwa l-ftehim tar-raġunijiet wara dan l-att. Fil-fatt, kontradizzjoni fil-motivazzjoni ta’ deċiżjoni tikkostitwixxi ksur tal-obbligu li jirriżulta mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 296 TFUE, tali li jaffettwa l-validità tal-att inkwistjoni jekk ikun stabbilit li, minħabba din il-kontradizzjoni, id-destinatarju tal-att ma huwiex f’pożizzjoni li jifhem, kompletament jew parzjalment, il-motivi veri tad-deċiżjoni u li, minħabba dan, id-dispożittiv tal-att huwa, kompletament jew parzjalment, nieqes minn kull sostenn ġuridiku.

(ara l-punti 47-50)

3.      Stat Membru jista’ jibbaża talba bil-għan taż-żamma tad-dispożizzjonijiet nazzjonali tiegħu fuq evalwazzjoni tar-riskju għas-saħħa pubblika differenti minn dik ikkunsidrata mil-leġiżlatur tal-Unjoni fl-adozzjoni tal-miżura ta’ armonizzazzjoni li għaliha dawn id-dispożizzjonijiet nazzjonali jidderogaw. Għal dan il-għan, huwa l-Istat Membru li għandu jitlob li jiġi stabbilit li l-imsemmija dispożizzjonijiet nazzjonali jiżguraw livell ta’ protezzjoni tas-saħħa pubblika iktar għolja mill-miżura ta’ armonizzazzjoni tal-Unjoni u li huma ma jeċċedux dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħaq dan l-għan.

Min-naħa l-oħra, jekk, sabiex jiġġustifika ż-żamma tad-dispożizzjonijiet nazzjonali, evalwazzjonijiet diverġenti ta’ dawn ir-riskji jistgħu leġittimament jitwettqu mill-Istat Membru li jkun ressaq talba, mingħajr neċessarjament ma jkunu bbażati fuq data xjentifika differenti jew ġdida, huwa għandu juri kif il-provi diġà ppreżentati lill-Kummissjoni ġew evalwati b’mod żbaljat minn din u jeħtieġu interpretazzjoni differenti minn naħa tal-qorti tal-Unjoni.

(ara l-punti 70, 92, 100)