Language of document : ECLI:EU:F:2009:95

DIGRIET TAT-TRIBUNAL GĦAS-SERVIZZ PUBBLIKU

(It-Tieni Awla)

10 ta’ Lulju 2009

Kawża F-15/09

Valentina Hristova

vs

Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

“Servizz pubbliku – Kompetizzjoni – Eżekuzzjoni ta’ sentenza – Ammissibbiltà”

Suġġett: Rikors, ippreżentat skont l-Artikoli 236 KE u 152 KEEA, li permezz tiegħu V. Hristova titlob li jiġu ordnati l-miżuri xierqa għall-eżekuzzjoni tas-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-25 ta’ Novembru 2008, Hristova vs Il-Kummissjoni (F‑50/07, ĠabraSP p. I‑A‑1‑0000 u II‑A‑1‑0000).

Deċiżjoni: Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli. Ir-rikorrenti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

Sommarju

Uffiċjali – Rikorsi – Suġġett – Ordni lill-amministrazzjoni – Inammissibbiltà

(Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 91)

Fil-kuntest tar-rikors ippreżentat skont l-Artikolu 91 tar-Regolamenti tal-Persunal, il-Qorti Komunitarja ma tistax, mingħajr ma tinterferixxi fil-prerogattivi tal-awtorità amministrattiva, tagħmel dikjarazzjonijiet jew konstatazzjonijiet ta’ prinċipju, u lanqas tindirizza ordnijiet lill-istituzzjonijiet Komunitarji. Dan il-prinċipju jirrendi inammissibbli talbiet intiżi sabiex l-istituzzjoni tiġi ordnata tieħu l-miżuri li timplika l-eżekuzzjoni ta’ sentenza ta’ annullament ta’ deċiżjoni.

(ara l-punt 15)

Referenza:

Il-Qorti tal-Prim’Istanza: 27 ta’ Ġunju 1991, Valverde Mordt vs Il-Qorti tal-Ġustizzja, T‑156/89, Ġabra p. II‑407, punt 150; 8 ta’ Ġunju 1995, P vs Il‑Kummissjoni, T‑583/93, ĠabraSP p. I‑A‑137 u II‑433, punti 17 u 18;

It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku: 12 ta’ Marzu 2009, Hambura vs Il-Parlament, F‑4/08, ĠabraSP p. I‑A‑1‑0000 u II‑A‑1‑0000, punt 32