Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sad Najwyższy (il-Polonja) fis-26 ta’ Ġunju 2019 – W.Ż.

(Kawża C-487/19)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Najwyższy

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: W.Ż.

Partijiet oħra fil-proċedura: Prokurator Generalny zastępowany przez Prokuraturę Krajową, Rzecznik Praw Obywatelskich

Domanda preliminari

L-Artikolu 2, l-Artikolu 6(1) u (3) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE, moqrija flimkien mal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u mal-Artikolu 267 TFUE, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma tikkostitwixxix qorti indipendenti u imparzjali stabbilita minn qabel mil-liġi, fis-sens tad-dritt tal-Unjoni, qorti komposta minn imħallef uniku ppreseduta minn persuna maħtura bħala imħallef bi ksur manifest tad-dispożizzjonijiet tal-Istat Membru li jirregolaw il-ħatra tal-imħallfin, minħabba, b’mod partikolari, il-ħatra ta’ din il-persuna li seħħet minkejja rikors ippreżentat preċedentement quddiem il-qorti nazzjonali kompetenti [Naczelny Sąd Aministracyjny (il-Qorti Suprema Amministrattiva, il-Polonja)] kontra d-deċiżjoni ta’ korp nazzjonali [il-Krajowa Rada Sądownictwa (il-Kunsill Nazzjonali tal-Maġistratura, il-Polonja)] li tipproponi l-ħatra tal-persuna kkonċernata għall-funzjonijiet ta’ imħallef, kif ukoll is-sospensjoni tal-eżekuzzjoni ta’ din id-deċiżjoni stabbilita skont id-dritt nazzjonali u minkejja li l-proċeduri quddiem il-qorti nazzjonali kompetenti [Naczelny Sąd Aministracyjny (il-Qorti Suprema Amministrattiva)] kienu għadhom pendenti fid-data tan-notifika tal-att ta’ ħatra?

____________