Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-2 ta’ Lulju 2014 – Psarras vs ENISA

(Kawża F-63/13) 1

(Servizz Pubbliku – Membru tal-persunal temporanju – Rexissjoni ta’ kuntratt – Artikolu 41(2)(a) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni – Dritt għal smigħ – Dannu morali – Deċiżjoni illegali bħala konsegwenza – Preġudizzju eċċessiv għad-drittijiet ta’ terz – Kundanna għad-danni ex officio – Nuqqas ta’ eżekuzzjoni ta’ sentenza ta’ annullament)

Lingwa tal-kawża:Il-Grieg

Partijiet

Rikorrent: Aristidis Psarras (Héraklion, il-Ġreċja) (rappreżentant: V. Christianos, avukat)

Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (rappreżentanti: inizjalment minn M. P. Empadinhas, bħala aġent, sussegwentement minn M. S. Purser, bħala aġent, assistit minn C. Meidanis, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullamet, min-naħa, tad-deċiżjoni ta’ tkeċċija tar-rikorrent, min-naħa l-oħra, tad-deċiżjoni, meħuda wara s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-118/10, li taħtar uffiċjal ieħor għall-kariga ta’ accountant u, fl-aħħar nett, il-kumpens tad-dannu morali subitDispożittivId-deċiżjoni tal-4 ta’ Settembru 2012 tad-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni li tirrixxindi l-kuntratt ta’ membru tal-persunal temporanju A. Psarras hija annullata.L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni hija kkundannata tħallas lil A. Psarras is-somma ta’ EUR 40 000.Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata tħallas l-ispejjeż sostnuti minn A. Psarras.