Language of document :

Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Awwissu 2015 – ZZ vs F4E

(Kawża F-117/15)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: A. Asmaryan Degtyareva, avukat)

Konvenuta: Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni (Fusion for Energy, F4E)

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

Annullament tad-deċiżjoni tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni li ma tinkludix lir-rikorrent fil-lista ta’ riżerva tal-proċedura ta’ selezzjoni F4E/CA/ST/FGIV/2015/00 u dikjarazzjoni ta’ annullament u annullament l-atti ta’ ħatra tal-kandidati magħżula sabiex jimlew pożizzjonijiet vakanti.

Talbiet

jiddikjara bħala nulla l-proċedura ta’ selezzjoni ta’ Fusion for Energy bir-referenza F4E/CA/STIFGIV/2015/001 għall-pożizzjonijiet ta’ Assistent Uffiċjal Kontrollur tal-Ispejjeż (“Cost control support officer”);

jiddikajra nulla l-lista ta’ riżerva stabbilita mill-konvenuta bħala konsegwenza tal-proċedura ta’ selezzjoni applikata;

jiddikjara bħala nulla l-ħatra tal-kandidiati magħżula sabiex jimlew il-pożizzjonijiet vakanti u d-dħul fil-kariga tal-kandidati proposti mill-Kumitat ta’ Selezzjoni u magħżula mid-Direttur ta’ Fusion for Energy;

jiddikjara l-leġittimità ta’ proċedura ġdida ta’ selezzjoni ta’ kandidati għall-pożizzjonijiet vakanti ta’ Assistent Uffiċjal Kontrollur tal-Ispejjeż (“Cost control support officer”);jiddikjara l-leġittimità tal-eżami bil-miktub fil-proċedura ta’ selezzjoni ġdida ta’ Assistent Uffiċjal Kontrollur tal-Ispejjeż (“Cost control support officer”) u l-organizzazzjoni immedjata tagħha sabiex jintgħażlu kandidati;jiddikjara bħala abbużiva u nulla l-possibbiltà għall-konvenuta li ma tużax l-eżami bil-miktub fil-proċeduri ta’ selezzjoni, li bil-kontra huwa stabbilit mill-Gwida għall-kandidati (“Guide for Applicants”) minħabba s-sitwazzjoni ineżami;jordna kwalunkwe miżura li dan it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku jqis xieraq sabiex tiġi repetuta l-proċedura ta’ selezzjoni skont ir-regoli stabbiliti fl-avviż ta’ pożizzjoni vakanti (“Vacancy Notice”) ippubblikat fil-5 ta’ Frar 2015 u dawk rikonoxxuti mill-Gwida għall-kandidati (“Guide for Applicants”) indikata fl-istesss dokument, peress li huwa obbligatorju t-twettiq tal-eżami orali u tal-eżami bil-miktub;tikkundanna lill-konvenuta, Fusion for Energy, għall-ħlas tal-ispejjeż ta’ dawn il-proċeduri.

____________