Language of document :

Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Ġunju 2013 – ZZ vs Il-Qorti tal-Ġustizzja

(Kawża F-64/13)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ (rappreżentant: F. Rollinger, avukata)

Konvenuta: Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Annullament tar-rapport ta’ evalwazzjoni tar-rikorrenti għall-perijodu bejn l-1 ta’ Jannar 2008 u l-31 ta’ Diċembru 2008, kif ukoll għall-kundanna tal-konvenuta għall-ħlas ta’ somma bħala kumpens għad-dannu morali.

Talbiet tar-rikorrenti

jannulla r-rapport ta’ evalwazzjoni tar-rikorrenti għall-perijodu bejn l-1 ta’ Jannar u l-31 ta’ Diċembru 2008;

jannulla d-deċiżjoni li tiċħad l-ilment tal-21 ta’ Marzu 2013;

jikkundanna lill-konvenuta għall-ħlas ta’ somma ta’ EUR 58 000 bħala kumpens għad-dannu morali;

jikkundanna lill-Qorti tal-Ġustizzja għall-ispejjeż.