Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fis-7 ta’ Jannar 2019 – Azienda ULSS n. 6 Euganea vs Pia Opera Croce Verde Padova

(Kawża C-11/19)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Azienda ULSS n. 6 Euganea

Konvenuta: Pia Opera Croce Verde Padova

Domandi preliminari

Fil-każ fejn iż-żewġ partijiet ikkonċernati jkunu organi pubbliċi, il-premessa 28, l-Artikolu 10 u l-Artikolu 12(4) tad-Direttiva 2014/24/UE 1 , jipprekludu l-applikazzjoni tal-Artikolu 5 flimkien mal-Artikoli 1, 2, 3, u 4 tal-Liġi Reġjonali tal-Veneto Nru 26/2012, abbażi tas-sħubija pubblika-pubblika, prevista fl-Artikolu 12(4) tad-Direttiva 2014/24/UE u fl-Artikolu 5(6) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 50/2016 u fl-Artikolu 15 tal-Liġi Nru 241/1990?

Fil-każ fejn iż-żewġ partijiet ikkonċernati jkunu organi pubbliċi, il-premessa 28, l-Artikolu 10 u l-Artikolu 12(4) tad-Direttiva 2014/24/UE jipprekludu l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Liġi Reġjonali tal-Veneto Nru 26/2012, abbażi tas-sħubija pubblika-pubblika prevista fl-Artikolu 12(4) tad-Direttiva 2014/24/UE, u fl-Artikolu 5(6) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 50/2016 u fl-Artikolu 15 tal-Liġi Nru 241/1990, biss fis-sens li jobbligaw lill-awtorità kontraenti tipprovdi r-raġunijiet għall-għażla li tagħti s-servizz ordinarju tat-trasport mediku permezz ta’ sejħa għall-offerti, minflok ma tagħtih direttament permezz ta’ ftehim?

____________

1     Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU 2014, L 94, p. 65 u rettifika fil-ĠU 2015 L 275, p. 68).