Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fit-13 ta’ Mejju 2019 – HF vs Finanzamt Bad Neuenahr-Ahrweiler

(Kawża C-374/19)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: HF

Konvenut: Finanzamt Bad Neuenahr-Ahrweiler

Domanda preliminari

Persuna taxxabbli li tipproduċi beni ta’ investiment bil-għan ta’ użu taxxabbli li jagħti dritt għal tnaqqis tat-taxxa tal-input (f’dan il-każ: kostruzzjoni ta’ bini għall-operat ta’ kafeterija) għandha taġġusta t-tnaqqis tat-taxxa tal-input skont l-Artikolu 185(1) u l-Artikolu 187 tad-Direttiva 2006/112/KE 1 jekk tieqaf teżerċita l-attività (f’dan il-każ: l-operat ta’ kafeterija) li tagħti lok għat-tnaqqis tat-taxxa tal-input u jekk fil-frattemp il-beni ta’ investiment jibqa’ ma jintużax fis-sens tal-użu preċedentement taxxabbli?

____________

1     Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU 2006, L 335, p. 60)