Language of document :

Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-21 ta’ Ġunju 2011 – Marcuccio vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-67/10) 1

(Servizz pubbliku – Uffiċjali – Rikors għal kumpens tad-danni li għandu bħala suġġett l-intaxxar tal-ispejjeż – Inammissibbiltà)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Europea (rappreżentanti: J. Currall u C. Berardis-Kayser, aġenti, A. Dal Ferro, avukat)

Suġġett

Talba għal annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma jiġux rimborsati żewġ terzi tal-ispejjeż sostnuti mir-rikorrent fil-kuntest tal-Kawża F-41/06.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

M. Marcuccio huwa kkundannat għall-ispejjeż kollha.

____________

1  ĠU C 288, 23.10.2010, p. 74.