Language of document :

Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Ottubru 2013 – ZZ vs Il-Kunsill

(Kawża F-108/13)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: J.-N. Louis u D. Abreu Caldas, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

L-annullament tar-rendikonti tar-remunerazzjoni tar-rikorrent ta’ Jannar, Frar u Marzu 2013 stabbiliti skont id-deċiżjoni tal-Kunsill, tal-20 ta’ Diċembru 2012, li permezz tagħha dan tal-aħħar irrifjuta li jadotta l-proposta tal-Kummissjoni dwar regolament li jadatta, b’effett mill-1 ta’ Lulju 2012, ir-remunerazzjonijiet u l-pensjonijiet ta’ uffiċjali u impjegati oħra tal-Unjoni Ewropea kif ukoll il-koeffiċjent ta’ korrezzjoni li minnu huma affettwati dawn ir-remunerazzjonijiet u l-pensjonijiet.

Talbiet tar-rikorrentjannulla r-rendikonti tar-remunerazzjonijiet tar-rikorrent stabbiliti mill-15 ta’ Jannar 2013;jikkundanna lill-Kunsill iħallas lir-rikorrent l-arretrati tar-remunerazzjoni li għalihom għandu d-dritt mill-1 ta’ Lulju 2012 miżjuda b’interessi moratorji kkalkolati, b’effett mid-data tal-iskadenza tal-arretrati dovuti, bir-rata ffissata mill-BĊE għat-tranżazzjonijiet prinċipali tar-rifinanzjament miżjud b’żewġ punti;jikkundanna lill-Kunsill li jħallas lir-rikorrent euro simboliku b’kumpens tad-dannu morali su

bit minħabba r-repetizzjoni tad-difetti tas-servizz imwettqa mill-Kunsill u l-Awtorità tal-Ħatr

a;jikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.