Language of document :

Rikors ippreżentat fis-7 ta' Frar 2011 - Bojinova u Ghiba vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-10/11)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Silvia Bojinova (Brussell, il-Belġju) u Dorina Maria Ghiba (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: C. Mourato, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

Annullament tad-deċiżjonijiet tal-Bordijiet tal-Għażla COM/INT/EU2/10/AD5 u COM/INT/EU2/AST3 li jiċħdu l-applikazzjonijiet tar-rikorrenti għar-raġuni li huma ma ssodisfawx il-kundizzjonijiet ta' eliġibbiltà mitluba mill-avviżi tal-kompetizzjoni.

Talbiet tar-rikorrenti

jannulla d-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla tal-11 ta' Mejju 2010 li tiċħad l-applikazzjoni ta' Silvia Bojinova għall-kompetizzjoni interna COM/INT/EU2/10/AD5 kif ukoll id-deċiżjoni konfermatorja tal-Awtorità tal-Ħatra tas-26 ta' Ottubru 2010 li tiċħad l-ilment relatat imressaq fis-6 ta' Awwissu 2010;

jannulla d-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla tal-10 ta' Mejju 2010 li tiċħad l-applikazzjoni ta' Dorina Maria Ghiba għall-kompetizzjoni interna COM/INT/EU2/10/AST3 kif ukoll id-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tas-26 ta' Ottubru 2010 li tiċħad l-ilment relatat imressaq fl-4 ta' Awwissu 2010;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

____________