Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-iSpetsializiran nakazatelen sad (il-Bulgarija) fl-1 ta’ Ottubru 2019 – Proċeduri kriminali kontra HP

(Kawża C-724/19)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Spetsializiran nakazatelen sad

Parti fil-proċeduri kriminali nazzjonali

HP

Domandi preliminari

Leġiżlazzjoni nazzjonali (f’dan il-każ il-punt 1 tal-Artikolu 5(1) taz-Zakon za Evropeyskata zapoved za razsledvane (il-Liġi dwar it-Talba għal Investigazzjoni Ewropea)) li tidentifika lill-prosekutur bħala l-awtorità kompetenti, fil-kuntest tal-fażi preliminari tal-proċedura kriminali, sabiex toħroġ talba għal investigazzjoni Ewropea li tikkonċerna t-trażmissjoni ta’ data dwar it-traffiku u dwar il-lokalizzazzjoni relatata ma’ telekomunikazzjonijiet, hija konformi mal-Artikolu 2(c)(i) tad-Direttiva 2014/41/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 dwar l-Ordni ta’ Investigazzjoni Ewropew f’materji kriminali 1 u mal-prinċipju ta’ ekwivalenza, sa fejn, fl-istess sitwazzjoni fil-kuntest nazzjonali, l-awtorità kompetenti hija mħallef?

Ir-rikonoxximent ta’ din it-talba għal investigazzjoni Ewropea mill-awtorità kompetenti tal-Istat ta’ eżekuzzjoni (prosekutur jew imħallef istruttorju) jista’ jissostitwixxi d-digriet ta’ mħallef li jeżiġi d-dritt tal-Istat emittenti?

____________

1     ĠU 2014, L 130, p. 1, rettifika fil-ĠU 2015, L 143, p. 16.